<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-713/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0713</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:782">EU:C:2022:782</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20221013">13.10.2022</DATE> – Kawża C‑713/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Raad van bestuur van de Sociale verzekeringbank (Intervalli bejn missjonijiet ta’ xogħol temporanju)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (it-Tieni Awla)</P><P>13 ta’ Ottubru 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11(3)(a) u (e)</KEYWORD><KEYWORD>Persuna residenti fi Stat Membru u li teżerċita attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt(i) ta’ xogħol konkluż(i) ma’ aġenzija għal xogħol temporanju waħda</KEYWORD><KEYWORD>Missjonijiet ta’ xogħol temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Intervalli</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli matul l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑713/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa miċ-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku, Il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tas‑17 ta’ Diċembru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑24 ta’ Diċembru 2020, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">X,</HT></P><P>u</P><P><HT TYPE="BOLD">Y</HT></P><P>vs</P><P><HT TYPE="BOLD">Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (it-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, M. L. Arastey Sahún, F. Biltgen (Relatur), N. Wahl u J. Passer, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għar-Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank, minn G. J. Oudenes u H. van der Most, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn M. K. Bulterman u P. Huurnink, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u F. van Schaik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati matul is-seduta tas‑17 ta’ Marzu 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal- Artikolu 11(3)(a) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet, għall-ewwel waħda, bejn ir-Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (il-Bord tad-Diretturi tal-Bank tal-Assigurazzjonijiet Soċjali, il-Pajjiżi l-Baxxi) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>SVB<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u X, u, għat-tieni waħda, bejn Y u s-SVB dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħti lil X u lil Y benefiċċji soċjali abbażi tal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-għan tar-Regolament Nru 883/2004, li daħal fis-seħħ fl‑20 ta’ Mejju 2004, huwa l-koordinazzjoni tal-iskemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali. Konformement mal-Artikolu 91 tiegħu, dan huwa applikabbli b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>), jiġifieri l‑1 ta’ Mejju 2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 883/2004 jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>attività bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>attività bħala persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-Titolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Determinazzjoni ta’ liema leġislazzjoni tapplika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jinkludi, b’mod partikolari, l-Artikolu 11 tal-imsemmi regolament, intitolat, min-naħa tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, u li jipprevedi, fil-paragrafi (1) sa (3) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għanijiet ta’ dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta’ l-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma japplikax għal pensjonijiet marbuta ma’ l-invalidità, pensjonijiet ta’ l-età, pensjonijiet tas-superstiti jew għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma’ mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji fi flus marbutin ma’ mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 12 sa 16:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>persuna impjegata maċ-ċivil għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li għalih hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegah jew li timpjegaha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>persuna msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex tagħmel servizz maċ-ċivil fi Stat Membru, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>kull persuna oħra li għaliha ma japplikawx is-subparagrafi (a) sa (d) għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha: dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament li jiggarantixxu benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Pajjiżi l‑Baxxi</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-AOW</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) u (3) tal-Algemene Ouderdomswet (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija), tal‑31 ta’ Mejju 1956 (Stb. 1956, Nru 281), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>AOW<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, persuna għandha tkun assigurata jekk għadha ma għalqitx l-età pensjonabbli u:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>hija residenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>ma hijiex residenti iżda hija suġġetta għat-taxxa fuq id-dħul għax-xogħol imwettaq fil-Pajjiżi l-Baxxi jew fuq il-blata kontinentali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-kategorija tal-persuni assigurati tista’ tiġi mwessgħa jew limitata minn miżura amministrattiva ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6a tal-AOW jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fil-każ ta’ deroga mill-Artikolu 6 u mid-dispożizzjonijiet li jirriżultaw minnu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>għandha titqies bħala assigurata l-persuna li l-assigurazzjoni tagħha skont din il-liġi tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ trattat jew ta’ deċiżjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>għandha titqies bħala mhux assigurata l-persuna li għaliha tapplika l-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor bis-saħħa ta’ trattat jew deċiżjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 13(1) tal-AOW jirriżulta li tnaqqis ta’ 2 % huwa applikabbli fuq l-ammont tal-pensjoni għal kull sena kalendarja li matulha, wara li jkun laħaq l-età ta’ 15-il sena iżda qabel ma jkun laħaq l-età ta’ 65 sena, id-detentur tal-pensjoni ma kienx assigurat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-AKW</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Algemene Kinderbijslagwet (il-Liġi li Tistabbilixxi Skema Ġenerali tal-Allowances tal-Familja), tas‑26 ta’ April 1962 (Stb. 1962, Nru 160), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>AKW<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), jirriproduċi, f’termini identiċi. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 6 tal-AOW.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6a tal-AKW jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Fil-każ ta’deroga mill-Artikolu 6 u mid-dispożizzjonijiet li jirriżultaw minnu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandha titqies wkoll bħala assigurata l-persuna li l-assigurazzjoni tagħha skont din il-liġi tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ trattat jew ta’ deċiżjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-għanijiet tal-Kapitolu 3 ta’ din il-liġi, għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>assigurata<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> anki persuna li ma hijiex assigurata u li akkwistat dritt għall-allowances tal-familja skont ir-Regolament [Nru 883/2004];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ma għandhiex titqies bħala assigurata l-persuna li hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor bis-saħħa ta’ trattat jew ta’ deċiżjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-BUB</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-Besluit uitbreiding en beperking kring verzekerden volksverzekeringen 1999 (id-Digriet tal‑1999 li jestendi u li jillimita l-kategorija ta’ persuni assigurati abbażi tal-assigurazzjonijiet soċjali), tal‑24 ta’ Diċembru 1998 (Stb. 1998, Nru 746) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>BUB<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Interruzzjoni temporanja tax-xogħol fil-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Persuna li ma tirrisjedix fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda li taħdem esklużivament fil-Pajjiżi l-Baxxi u li x-xogħol tagħha huwa interrott temporanjament, tibqa’ assigurata taħt l-assigurazzjoni soċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>għal mard, diżabbiltà, tqala, maternità jew qagħad; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>minħabba leave, strajk jew lock-out.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti fil‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑kawża relatata ma’ X</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’effett mill‑14 ta’ Jannar 2013, X, ċittadina tal-Pajjiżi l-Baxxi residenti fil-Ġermanja, bdiet teżerċita attività bħala persuna impjegata fil-Pajjiżi l-Baxxi permezz ta’ impriża ta’ xogħol temporanju. Il-kuntratt ta’ xogħol konkluż ma’ din l-impriża kien jipprevedi li r-relazzjoni ta’ xogħol kellha tibda fil-mument tal-bidu effettiv tal-missjoni ta’ xogħol u kellha tintemm <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> hekk kif, fuq talba tal-impriża utenti, tintemm l-imsemmija missjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt, X wettqet diversi missjonijiet ta’ xogħol temporanju, b’xi intervalli bejniethom, l-itwal wieħed, mid‑19 ta’ Ottubru 2013 sat‑30 ta’ Marzu 2014 u, l-iqsar perijodi, mill‑20 sal‑25 ta’ Settembru 2014, kif ukoll mit‑23 sat‑28 ta’ Jannar 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Matul dawn l-intervalli, X kienet volontarja fil-Pajjiżi l-Baxxi u wettqet kompiti mingħajr remunerazzjoni ta’ kura tal-familja. Hija wettqet ukoll xogħol tad-dar għand uliedha, li għalihom hija rċeviet remunerazzjoni baxxa ħafna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑6 ta’ Lulju 2015, is-SVB, fuq talba ta’ X, ikkomunikalha r-rendikont tad-drittijiet għall-irtirar tagħha abbażi tal-AOW li minnu jirriżulta li, fit‑30 ta’ Jannar 2015, il-persuna kkonċernata kienet ikkostitwixxiet 82 % tal-pensjoni tax-xjuħija kkompletata abbażi tal-AOW. Is-SVB qies, f’dan ir-rigward, li sa fejn hija kienet residenti fil-Ġermanja, X kienet assigurata abbażi tal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Pajjiżi l-Baxxi biss matul il-perijodi li matulhom hija kienet effettivament ħadmet għall-impriża ta’ xogħol temporanju fil-Pajjiżi l-Baxxi iżda mhux matul l-intervalli bejn il-missjonijiet tagħha ta’ xogħol temporanju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li l-ilment tagħha kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud bħala infondat permezz ta’ deċiżjoni tas-SVB tal‑21 ta’ Diċembru 2015, X ressqet kawża quddiem ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat‑3 ta’ Ottubru 2016, l-imsemmija qorti ordnat lis-SVB jadotta deċiżjoni ġdida. Hija ddeċidiet, billi għamlet riferiment, b’mod partikolari, għas-sentenza tat‑23 ta’ April 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franzen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑382/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:261">EU:C:2015:261</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol temporanju mwettqa minn X kellhom jitqiesu bħala perijodi ta’ leave jew ta’ qagħad, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-BUB, b’tali mod li, matul l-imsemmija intervalli, X kienet koperta mil-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-SVB appella minn din is-sentenza quddiem iċ-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà soċjali u tas-Servizz Pubbliku, il-Pajjiżi l-Baxxi), il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti tar-rinviju tindika li, sa fejn X ma wettqitx perijodi ta’ assigurazzjoni fil-Ġermanja, hija ma tistax tinvoka d-dritt għal pensjoni tax-xjuħija f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il‑kawża relatata ma’ Y</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’effett mis‑16 ta’ Lulju 2007, Y, ċittadin Pollakk residenti mal-familja tiegħu fil-Polonja, beda jeżerċità attività bħala persuna impjegata fil-Pajjiżi l-Baxxi, permezz ta’ impriża ta’ xogħol temporanju li magħha huwa kkonkluda kuntratti ta’ xogħol suċċessivi, b’diversi intervalli bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl‑20 ta’ Lulju 2015, Y ikkonkluda kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ tmien xhur mal-imsemmija impriża, li kien jipprevedi li, jekk ix-xogħol mal-impriża utenti jintemm, Y ikun obbligat, matul il-perijodu tal-imsemmi kuntratt, li jaċċetta xogħol xieraq ta’ sostituzzjoni u li dan il-kuntratt jintemm jekk huwa jirrifjuta jew jekk ma jkunx iktar dispost li jaħdem. Peress li din l-aħħar każ immaterjalizza ruħu, l-imsemmi kuntratt intemm fil‑31 ta’ Diċembru 2015.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Y, li ma kienx ħadem bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑7 ta’ Frar 2016, ikkonkluda, fit‑8 ta’ Frar 2016, kuntratt ta’ xogħol ġdid mal-istess impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad‑29 ta’ Marzu 2016, is-SVB informa lil Y li huwa ma kellux dritt għall-allowances tal-familja abbażi tal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-Pajjiżi l-Baxxi għax-xahar ta’ Jannar u għal dak ta’ Frar 2016 peress li huwa ma kienx jeżerċità attività professjonali fil-Pajjiżi l-Baxxi l-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn ix-xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sa fejn l-ilment tiegħu kien ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tas-SVB tal‑20 ta’ Mejju 2016, Y ressaq rikors quddiem ir-rechtbank Amsterdam (il-Qorti ta’ Amsterdam).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑5 ta’ Jannar 2017, dik il-qorti ċaħdet ir-rikors bħala infondat. Hija qieset li l-kuntratt ta’ xogħol tal‑20 ta’ Lulju 2015 kien intemm matul l-intervall ta’ bejn l‑1 ta’ Jannar u s‑7 ta’ Frar 2016 u tippreċiża li ma kienx ġie stabbilit li fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt kienu ġie previst leave imħallas jew mingħajr ħlas. Għalhekk, dan l-intervall ma setgħax jikkostitwixxi interruzzjoni temporanja ta’ xogħol, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-BUB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Y appella minn din is-sentenza quddiem iċ-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet komuni għaż‑żewġ tilwimiet fil‑kawża prinċipali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li X u Y kienu assigurati abbażi, rispettivament, tal-AOW u tal-AKW matul il-perijodi li matulhom huma wettqu missjonijiet ta’ xogħol temporanju fil-Pajjiżi l-Baxxi u li t-tilwimiet fil-kawża prinċipali jirrigwardaw il-kwistjoni dwar jekk l-affiljazzjoni tagħhom mas-sigurtà soċjali tal-Pajjiżi l-Baxxi ntemmitx matul l-intervalli bejn l-imsemmija missjonijiet. Dik il-qorti tqis li huwa neċessarju, għal dan il-għan, li tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbli matul dawn l-intervalli abbażi tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hija tfakkar, f’dan ir-rigward, li, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004, il-persuni li fir-rigward tagħhom huwa applikabbli dan ir-regolament huma suġġetti biss għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed, leġiżlazzjoni li tiġi ddeterminata konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 jkun applikabbli, għandu jkun hemm attività jew sitwazzjoni ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-regolament, li titqies bħala tali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li fih tiġi eżerċitata din l-attività jew fejn isseħħ is-sitwazzjoni ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, is-sitwazzjonijiet ta’ X u ta’ Y matul l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol tagħhom ma jikkostitwixxux attivitajiet bħala persuna impjegata, fis-sens tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 883/2004. Fil-fatt, abbażi tad-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-attivitajiet eżerċitati minn X fil-Pajjiżi l-Baxxi matul dawn l-intervalli ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet bħala persuna impjegata. Bl-istess mod, abbażi tal-imsemmi dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, Y ma kienx eżerċita attività bħala persuna impjegata matul l-imsemmija intervalli għaliex il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu kien intemm f’dak iż-żmien. Barra minn hekk, ma kien ġie miftiehem minn qabel ebda leave mingħajr ħlas u l-kuntratt ta’ xogħol tat‑8 ta’ Frar 2016 kien ġie konkluż għal perijodu li jaqbeż id-data ta’ tmiem inizjalment prevista fil-kuntratt ta’ xogħol preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, għalhekk, jekk is-sitwazzjonijiet ta’ X u ta’ Y matul l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol temporanju tagħhom jistgħux jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sitwazzjoni[jiet] ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Hija tosserva, f’dan ir-rigward, li ma kinitx għadha teżisti relazzjoni ta’ xogħol matul l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol temporanju ta’ X u ta’ Y, b’tali mod li dawn ma setgħux jitqiesu bħala li kienu, matul dawn il-perijodi, ħaddiema fis-sens tad-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tkompli tesponi, hekk kif jirriżulta mis-sentenza tad‑19 ta’ Settembru 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>van den Berg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑95/18 u C‑96/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:767">EU:C:2019:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Istat Membru ta’ impieg ma huwiex obbligat li jissuġġetta għal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali lill-ħaddiem migranti residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-perijodi li matulhom dan tal-aħħar huwa suġġett, abbażi tat-Titolu II<?PAGE NO="8"?> tar-Regolament Nru 883/2004, għal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-Istat Membru msemmi l-aħħar, minkejja li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impjieg ma tagħti lil dan il-ħaddiem ebda dritt għal pensjoni tax-xjuħija jew għall-allowances tal-familja. Għaldaqstant, il-fatt li l-persuni kkonċernati ma kellhomx dritt għal benefiċċji simili fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar jekk il-leġiżlazzjoni applikabbli matul l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol temporanju ta’ X u ta’ Y għandhiex tiġi ddeterminata abbażi tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hija ssostni, f’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mill-punt 50 tas-sentenza tat‑23 ta’ April 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franzen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑382/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:261">EU:C:2015:261</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), mogħtija fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal‑14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fil-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat‑2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑18 ta’ Diċembru 2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="392" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 392, p. 1</REF.DOC.OJ>), li hija trasponibbli fil-kuntest tar-Regolament Nru 883/2004, jirriżulta li l-persuni li normalment jeżerċitaw l-attività professjonali tagħhom fi Stat Membru huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 sakemm huma ma jkunux definittivament jew temporanjament temmu din l-attività u li huma jibqgħu suġġetti għal din il-leġiżlazzjoni anki fil-ġranet meta huma ma jeżerċitawx effettivament din l-attività. Għalhekk, iċ-ċirkustanza li teżisti relazzjoni ta’ xogħol ma hijiex deċiżiva f’dan ir-rigward. Il-qorti tar-rinviju ma teskludix, għalhekk, li l-intervalli bejn il-missjonijiet ta’ xogħol temporanju ta’ X u ta’ Y, b’mod partikolari ta’ X, ma jikkostitwixxux effettivament tmiem tal-attività tagħhom bħala persuni impjegati fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija tistaqsi liema huma l-elementi rilevanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward, b’mod partikolari dwar it-terminu li lil hinn minnu għandu jitqies li persuna li, bħal X, ma għandhiex iktar relazzjoni ta’ xogħol, temmet l-attività tagħha fl-Istat Membru ta’ impieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tosserva wkoll li mill-punt 51 tal-imsemmija sentenza jirriżulta li persuna hija l-ewwel u qabel kollox suġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza jekk hija ma teżerċitax xogħol bi ħlas u ma għandhiex relazzjoni ta’ xogħol, anki jekk hija temmet biss temporanjament l-attività tagħha fl-Istat ta’ impieg, fejn l-unika eċċezzjoni hija meta l-persuna kkonċernata tirċievi benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, iċ-Centrale Raad van Beroep (il-Qorti tal-Appell tas-Sigurtà Soċjali u tas-Servizz Pubbliku) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament [Nru 883/2004] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiem li jirrisjedi fi Stat Membru u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol temporanju li jipprevedi li r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm mat-tmiem tal-missjoni u hija sussegwentement stabbilita mill-ġdid, jibqa’ suġġett, fil-perijodi bejn wieħed u l-ieħor, għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat Membru, sakemm ma jkunx waqaf temporanjament minn dan ix-xogħol?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Liema huma l-fatturi rilevanti sabiex jiġi evalwat, f’tali każijiet, jekk kienx hemm jew le waqfien temporanju mill-attività tiegħu?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Wara liema perijodu ta’ żmien ħaddiem li ma għadx għandu relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol għandu, ħlief meta jeżistu indikazzjonijiet kuntrarji konkreti, jitqies li jkun waqqaf temporanjament l-attività tiegħu fl-Istat ta’ impjieg?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tat-tliet domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(3)(a) u (e) tar-Regolament Nru 883/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li persuna residenti fi Stat Membru u li twettaq, permezz ta’ impriża ta’ xogħol temporanju stabbilita fi Stat Membru ieħor, missjonijiet ta’ xogħol temporanju fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor hija suġġetta, matul l-intervalli bejn l-imsemmija missjonijiet ta’ xogħol temporanju, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tagħha ta’ impieg jew inkella fis-sens li tali persuna hija suġġetta, matul l-imsemmija intervalli, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tagħha ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament Nru 883/2004, li fosthom hemm l-Artikolu 11(3) tiegħu, jikkostitwixxu sistema sħiħa u uniformi ta’ regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li l-għan tagħhom huwa li jissuġġettaw lill-ħaddiema li jiċċaqilqu fi ħdan l-Unjoni għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed biss, b’tali mod li jiġu evitati l-kumuli ta’ leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli u l-komplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minn dan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Mejju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑879/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:409">EU:C:2021:409</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 jimponi l-prinċipju li jgħid li l-persuna li teżerċita attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-eżistenza ta’ tali relazzjoni ta’ xogħol tkun irrilevanti biss fil-każ tal-possibbiltà eċċezzjonali prevista fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 883/2004, li tassimila lill-persuni li jwettqu attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha ma’ dawk li jirċievu benefiċċju fi flus għal jew bħala konsegwenza ta’ tali attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul l-intervalli bejn il-missjonijiet tagħhom ta’ xogħol temporanju, X u Y ma bbenefikawx mill-vantaġġi msemmija fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu, għalhekk, jiġi ddeterminat jekk X u Y għandhomx jitqiesu bħala li eżerċitaw, matul l-imsemmija intervalli, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, fis-sens tal-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 883/2004 jiddefinixxi t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>attività bħala persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bħala attività jew sitwazzjoni ekwivalenti meqjusa bħala attività għall-għanijiet tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta’ l-Istat Membru li fih teżisti din l-attività jew sitwazzjoni ekwivalenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li X kienet teżerċita l-attività tagħha fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol temporanju għal żmien determinat, li kien jinkludi klawżola li abbażi tagħha r-relazzjoni ta’ xogħol tibda meta hija effettivament tibda<?PAGE NO="10"?> l-attività tagħha u tispiċċa meta din l-attività tintemm. Minn dan isegwi li, matul l-intervalli bejn il-missjonijiet tagħha ta’ xogħol temporanju, ma kinitx teżisti relazzjoni ta’ xogħol bejn X u l-impriża ta’ xogħol temporanju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm, matul dawn l-intervalli, X kienet iskritta ma’ diversi impriżi ta’ xogħol temporanju tal-Pajjiżi l-Baxxi, hija ma wettqet ebda missjoni ta’ xogħol temporanju f’isem dawn tal-aħħar. Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ volontarjat u tax-xogħol tad-dar li X wettqet fil-Pajjiżi l-Baxxi matul l-imsemmija intervalli, huwa biżżejjed li jiġi osservat li dawn ma jistgħux, skont il-qorti tar-rinviju, jitqiesu bħala attività bħala persuna impjegata jew sitwazzjoni ekwivalenti, fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda Y, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li dan kien eżerċita l-attività tagħha f’isem impriża ta’ xogħol temporanju permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat li beda fl‑20 ta’ Lulju 2015 u ntemm fil‑31 ta’ Diċembru 2015 u li ma’ din l-istess impriża huwa kkonkluda kuntratt ġdid ta’ xogħol li beda fit‑8 ta’ Frar 2016. Għalhekk, matul l-intervall bejn dawn iż-żewġ kuntratti, jiġifieri mill‑1 ta’ Jannar 2016 sas‑7 ta’ Frar 2016, ir-relazzjoni ta’ xogħol bejn Y u l-impriża ta’ xogħol temporanju kienet intemmet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, minħabba t-tmiem tal-attività professjonali tagħhom, X u Y ma kinux jeżerċitaw, matul l-intervalli bejn il-missjonijiet tagħhom ta’ xogħol temporanju, attività bħala persuna impjegata u lanqas ma kienu jinsabu f’sitwazzjoni ekwivalenti, fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi. Konsegwentement, huma ma kinux koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004, b’tali mod li huma ma kinux suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkonfutata mis-sentenza tat‑23 ta’ April 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franzen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑382/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:261">EU:C:2015:261</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għaliha jagħmlu riferiment il-Kummissjoni u l-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, fil-punti 50 u 51 ta’ dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impieg tibqa’ applikabbli sakemm il-persuna kkonċernata tibqa’ teżerċita l-attività professjonali tagħha fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru iżda li, min-naħa l-oħra, il-persuni li temmew, definittivament jew temporanjament, l-attività professjonali tagħhom huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn huma jirrisjedu. minn dan jirriżulta li, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 82 u 84 tal-konklużjonijiet tiegħu, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impieg, l-eżistenza ta’ relazzjoni kontinwa ta’ xogħol hija dejjem neċessarja. Il-modalitajiet konkreti tal-eżerċizzju tal-provvista ta’ xogħol, bħal ma hija ċ-ċirkustanza li x-xogħol jitwettaq part-time jew b’mod okkażjonali jew li l-obbligi konkreti li jirriżultaw minnu huma sospiżi, huma irrilevanti peress li dawn ma jaffettwawx in-natura kontinwa ta’ relazzjoni ta’ xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-konstatazzjoni mwettqa fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, matul l-intervalli l-missjonijiet tagħhom ta’ xogħol temporanju, X u Y kienu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004, li jikkostitwixxi regola residwa, li hija maħsuba sabiex tapplika għall-persuni kollha li jinsabu f’sitwazzjoni li ma hijiex irregolata b’mod speċifiku minn dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmi regolament, li jistabbilixxi sistema sħiħa għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Inspecteur van de Belastingdienst</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑631/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:381">EU:C:2019:381</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-persuni l-oħra għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-imsemmi paragrafu huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza, bla ħsara għal dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-regolament li jiggarantixxulhom benefiċċji abbażi<?PAGE NO="11"?> tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ diversi Stati Membri. Din tapplika kemm għall-persuni li jkunu definittivament temmu l-attività professjonali tagħhom kif ukoll għal dawk li jkunu temmewha biss temporanjament (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2004, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adanez-Vega</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑372/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:705">EU:C:2004:705</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, is-sitwazzjoni ta’ X u ta’ Y matul l-intervalli bejn il-missjonijiet tagħhom ta’ xogħol temporanju la tikkorrispondi għas-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004 hekk kif ġie espost fil-punti 45 sa 48 ta’ din is-sentenza, u lanqas għal dawk previsti fl-Artikolu 11(3)(b) sa (d) ta’ dan ir-regolament, sa fejn dawn tal-aħħar jirrigwardaw il-persuni impjegati maċ-ċivil, il-persuni qiegħda u l-persuni msejħa jew imsejħa mill-ġdid biex isservi fil-forzi armati jew biex iwettqu s-servizz ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 11(3)(a) u (e) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna residenti fi Stat Membru u li twettaq, permezz ta’ impriża ta’ xogħol temporanju stabbilita fi Stat Membru ieħor, missjonijiet ta’ xogħol temporanju fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor hija suġġetta, matul l-intervalli bejn l-imsemmija missjonijiet ta’ xogħol, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ residenza tagħha, kemm-il darba, skont il-kuntratt temporanju, ir-relazzjoni ta’ xogħol tintemm matul dawn l-intervalli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(3)(a) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">persuna residenti fi Stat Membru u li twettaq, permezz ta’ impriża ta’ xogħol temporanju stabbilita fi Stat Membru ieħor, missjonijiet ta’ xogħol temporanju fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor hija suġġetta, matul l-intervalli bejn l-imsemmija missjonijiet ta’ xogħol, għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ residenza tagħha, kemm il-darba, skont il-kuntratt temporanju, ir-relazzjoni ta’ xogħol tintemm matul dawn l-intervalli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>