|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1819 |
20.3.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11928 – OAKLEY CAPITAL / EURAZEO / BRIDEWELL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/1819)
1.
Fit-12 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Oakley Sotogrande Luxco S.à r.l. (“Oakley Capital”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Oakley Capital Limited (ir-Renju Unit), |
|
— |
Eurazeo Global Investor SAS (“Eurazeo”, Franza), ikkontrollata minn Eurazeo SE (Franza), |
|
— |
Bridewell Group Holdings Limited (“Bridewell”), attwalment ikkontrollata minn Growth Capital Partners Fund V LP, United Kingdom. |
Oakley Capital u Eurazeo se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bridewell kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Oakley Capital hija kumpanija ta’ investiment pan-Ewropea li tispeċjalizza fl-investiment f’negozji fis-setturi ewlenin tat-teknoloġija, tal-konsumaturi, tas-servizzi tan-negozju u tal-edukazzjoni, |
|
— |
Eurazeo hija kumpanija ta’ investiment attiva f’ekwità privata, dejn privat u assi reali. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Bridewell huma dawn li ġejjin: Servizzi taċ-ċibersigurtà tal-IT.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11928 – OAKLEY CAPITAL / EURAZEO / BRIDEWELL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1819/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)