|
21.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 346/111 |
P8_TA(2015)0097
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (15528/2014 – C8-0295/2014 – 2013/0285(NLE))
(Approvazzjoni)
(2016/C 346/20)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15528/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 46, 53(1) u 62 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0295/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, u l-Artikolu 99(2), kif ukoll l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0064/2015), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri. |