Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ April 2010 – Claro vs UASI – Telefónica (Claro)

(Kawża T-225/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tridimensjonali Claro – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CLARO – Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell – Artikoli 59 u 62 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikoli 60 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Regola 49 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appell - Terminu u forma tal-appell – Preżentata, fit-termini, ta’ nota li ssemmi r-raġunijiet - Kundizzjoni għall-ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 59; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 49) (ara l-punti 19-21)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2009 (Każ R 1079/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Telefónica SA u BCP S/A.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Claro SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark tridimensjonali li tinkludi l‑element denominattiv Claro għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 – Applikazzjoni Nru 5229241

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Telefónica, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali Komunitarja preċedenti CLARO (Nru 2017341) b’mod partikolari għal prodotti u servizzi fil-klassijiet  9 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud bħala inammissibbli, peress li l-appellanti ma ppreżentatx nota li ssemmi r-raġunijiet tal-appell


 Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Claro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.