|
24.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 369/33 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1386/2014
tad-19 ta' Awwissu 2014
li jemenda l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika sistema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jistabbilixxi kriterji ta' eliġibilità speċifiċi għall-għoti ta' preferenzi tariffarji skont l-arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) lil pajjiż rikjedenti. Għal dan l-għan, il-pajjiż għandu jitqies bħala vulnerabbli. Huwa għandu jkun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament u l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti ma jkunu identifikaw nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva ta' xi waħda minn dawn il-konvenzjonijiet. Fir-rigward ta' kwalunkwe konvenzjoni, il-pajjiż ma kellux jifformula riżerva pprojbita minn din il-konvenzjoni jew li, għall-finijiet esklussivi tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, titqies inkompatibbli mal-għan u l-fini ta' din il-konvenzjoni. Għandu jaċċetta mingħajr riżerva l-obbligi ta' rapportar imposti minn kull konvenzjoni u jagħti l-impenji vinkolanti msemmijin fil-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012. |
|
(2) |
Pajjiż benefiċjarju tal-SĠP li jixtieq jibbenefika mill-SĠP+ ikollu jagħmel talba flimkien ma' informazzjoni komprensiva li tikkonċerna r-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, ir-riżervi tiegħu u l-oġġezzjonijiet għal dawn ir-riżervi magħmula minn partijiet oħra għall-konvenzjoni, u l-impenji obbligatorji tiegħu. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE biex tistabbilixxi u temenda l-Anness III biex jingħata l-SĠP+ lil pajjiż rikjedenti billi jiżdied mal-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP+. |
|
(4) |
Fit-28 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba għal SĠP+ mir-Repubblika tal-Filippini (il-Filippini). |
|
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet magħmula skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, u stabbilixxiet li l-Filippini jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibilità. Għalhekk il-Filippini għandhom jingħataw SĠP+ mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni tħalli taħt rieżami l-istatus ta' ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom mill-Filippini, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-Filippini mal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (UE) Nru 978/2012
Fl-Anness III tar- Regolament (UE) Nru 978/2012, il-pajjiż li ġej u l-kodiċi alfabetiku korrispondenti jiżdiedu taħt il-kolonni B u A, rispettivament:
|
Il-Filippini |
PH |
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO