1992L0080 — MT — 27.02.2010 — 004.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p.10) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 211 |
47 |
11.8.1999 |
||
|
L 46 |
26 |
16.2.2002 |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/117/KE tal-5 ta’ Diċembru 2003 |
L 333 |
49 |
20.12.2003 |
|
|
L 50 |
1 |
27.2.2010 |
||
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/80/KEE
tad-19 ta’ Ottubru 1992
dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku w Soċjali ( 3 ),
Billi d-Direttiva nru 72/464/KEE ( 4 ), tistabilixxi fit-Titolu I dispożizzjonijiet ġenerali dwar it-taxxa tas-sisa li jgħoddu għat-tabakk kollu fabbrikat; billi skond it-Titolu II, diġa ġew adottati dispożizzjonijiet speċjali għas-sigarretti; billi dispożizzjonijiet speċjali għat-tipi l-oħra ta’ tabakk fabbrikat għad iridu jiġu adottati;
Billi d-Direttiva nru 79/32/KEE ( 5 ) stabbilit id-definizzjonijiet konnessi mad-diversi gruppi ta’ tabakk fabbrikat;
Billi, biex jiġi stabbilit is-suq intern fl-1 ta’ Jannar 1993, jeħtieġ li jiġu stabbiliti t-taxxi tas-sisa minimi fuq it-tabakk manifatturat li mhux sigarretti;
Billi għandha tiġi stabbilita inċidenza armoniżżata ta’ taxxa għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ tabakk fabbrikat;
Billi l-iffissar ta’ taxxa tas-sisa minima fuq kollox imfissra bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru stabilit ta’ oġġetti huwa l-aktar xieraq biex jintlaħaq is-suq intern;
Billi r-Repubblika Taljana w r-Renju ta’ Spanja għandhom jingħataw sal-31 ta’ Diċembru 1998 il-possibilta ta’ taxxa aktar baxxa fuq is-sigarri w s-sigarillos in konnessjoni ma’ rombli ta’ tabakk li jkunu jikkonsistu kompletament f’tabakk naturali li mhumiex sigarretti;
Billi għandha tiddaħħal proċedura biex ir-rati jew l-ammonti stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu riveduti kull tant żmien fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jieħu in konsiderazzjoni l-fatturi kollha xierqa;
Billi għandu jiġi ffissat mekkaniżżmu biex l-ammonti speċifiċi mfissra f’ecu jkunu jistgħu jinqalbu fil-munita nazzjonali,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-gruppi li ġejjin ta’ tabakk fabbrikat prodotti fil-Komunità w impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri jaqgħu taħt, f’kull wieħed mill-Istati Membri, taxxa tas-sisa minima skond kif stabbilita fl-Artikolu 3:
(a) sigarri w sigarillos;
(b) tabakk maqtugħ fin maħsub għat-tgerbib tas-sigarretti;
(ċ) tabakki oħra għat-tipjip.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 ikunu dawk stabbiliti fl-Artikoli 2, 4 u 4a rispettivament tad-Direttiva nru 79/32/KEE.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom japplikaw taxxa tas-sisa li tista tkun:
(a) jew taxxa ad valorem ikkalkulata fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut ta' kull prodott, stabbilit b'mod liberu mill-produtturi stabbiliti fil-Komunità u minn importaturi minn pajjiżi mhux membri skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta' Novembru 1995dwar it-taxxi li mhumiex taxxi ta' valur tal-bejgħ li jaffettwaw il-konsum tat-tabakk prodott ( 6 ),
(b) jew taxxa speċifika mfissra bħala ammont għal kull kilogramma jew fil-każ ta' sigarri u sigarri żgħar alternattivament għal numru mogħti ta' oġġetti,
(ċ) jew taħlita tat-tnejn, li tgħaqqad element ad valorem u element speċifiku.
Fil-każijiet fejn it-taxxa tas-sisa tkun jew ad valorem jew imħallta, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta' taxxa tas-sisa.
It-taxxa tas-sisa totali mfissra bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramma jew għal numru mogħti ta' oġġetti għandha tkun mill-anqas ekwivalenti għar-rati jew għall-ammonti minimi stipulati għal:
— sigarri u sigarri żgħar: 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kolha, jew EUR 9 għal kull 1 000 oġġett jew kull kilogramma,
— tabakk tat-tipjip imqatta rqiq maħsub għall-brim tas-sigaretti: 30 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 24 għal kull kilogramma,
— tabakk ieħor tat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxex kollha, jew EUR 18 għal kull kilogramma.
Mill-1 ta' Jannar 2001, l-ammonti ta' EUR 9, EUR 24 u EUR 18 fit-tliet inċiżi preċedenti għandhom ikunu sostitwiti b' EUR 10, EUR 25 u EUR 19 rispettivament.
Mill-1 ta’ Lulju 2002, it-taxxa ġenerali minima tas-sisa imposta fuq it-tabakk mqatta fin għat-tipjip maħsub biex ikun irrumblat f’sigarretti għandha tkun għallinqas ugwali għal 32 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha jew EUR 27 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Lulju 2003, it-taxxa ġenerali minima tas-sisa għandha tkun għallinqas daqs ir-rati jew ammonti minimi li ġejjin:
(a) fil-każ ta’ sigarri jew cigarillos: 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha jew EUR 11 għal kull 1 000 wieħed jew għal kull kilogramm;
(b) fil-każ ta’ tabakk mqatta’ fin għat-tipjip maħsub biex ikun irrumblat f’sigarretti: 33 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 29 għal kull kilogramm;
(ċ) fil-każ ta’ tabakk ieħor għat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 20 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Lulju 2004, is-sisa ġenerali imposta fuq it-tabakk mqatta’ fin għat-tipjip maħsub biex ikun irrumblat f’sigarretti għandha tkun għallinqas ugwali għal 36 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 32 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2011, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta’ sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 40 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta' sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 40 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2013, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta’ sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 43 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta' sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 47 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2015, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta’ sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 46 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta' sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 54 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta’ sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 48 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta' sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm.
Mill-1 ta’ Jannar 2020, id-dazju tas-sisa globali (dazju speċifiku u/jew dazju ad valorem minbarra l-VAT) fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta’ sigaretti għandu jirrappreżenta tal-anqas 50 % tal-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut tat-tabakk tat-tipjip imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta' sigaretti rilaxxat għall-konsum, jew tal-anqas EUR 60 għal kull kilogramm.
Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun ikkalkulat b'referenza għall-valur totali tat-tabakk imqatta' fin intenzjonat għall-brim tas-sigaretti kollha rilaxxati għall-konsum, ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, diviż bil-kwantità totali tat-tabakk imqatta' fin intenzjonat għall-brim ta' sigaretti rilaxxat għall-konsum. Dan għandu jiġi ddeterminat mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena abbażi ta' data relatata mar-rilaxx għall-konsum kollu li jkun sar fis-sena kalendarja preċedenti.
Mill-1 ta’ Jannar 2011, id-dazju tas-sisa globali espress bħala perċentwal, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal għadd iffissat ta’ oġġetti għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għal li ġej:
(a) fil-każ ta’ sigarri u sigarri żgħar, 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha jew EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew għal kull kilogramm;
(b) fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta’ fin intenzjonat għall-brim tas-sigaretti, 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm.
2. Ir-rati jew l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ikunu effettivi għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-grupp tat-tabakki fabbrikati in kwsitjoni, mingħajr distinzjoni f’kull grupp għal dak li hija kwalità, dehra, oriġini tal-prodotti, il-materjali wżati, il-karatteristiċi tad-ditti involuti jew kull kriterju ieħor.
3. Ir-Repubblika Taljana w ir-Renju ta’ l-Ispanja jistgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 1998 fuq rombli tat-tabakk li jikkonsistu għal kollox f’tabakk naturali li mhumiex sigarretti rata jew ammont li jista’ jkun sa 50 % anqas mir-rata normali nazzjonali tat-taxxa tas-sisa fuq sigarri w sigarillos li jistgħu jaqgħu taħt ir-rata minima stabbilita fil-paragrafu 1.
4. B'deroga mill-paragrafu 1, Franza tista' tkompli tapplika għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2015, rata mnaqssa ta' dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat li mhux sigaretti rilaxxat għall-konsum fid-dipartimenti ta' Korsika Ir-rata mnaqqsa għandha tkun:
(a) għal sigarri u sigarillos:
mill-inqas 10 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha;
(b) għal tabakk tat-tipjip maqtugħ fin intenzjonat għall-brim ta' sigarretti:
— sal-31 ta' Diċembru 2012, mill-inqas 27 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha,
— mill-1 ta' Jannar 2013, mill-inqas 30 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha,
— mill-1 ta' Jannar 2015, mill-inqas 35 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha,
(c) għal tabakk ieħor għat-tipjip:
mill-inqas 22 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha.
Artikolu 4
1. Kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport u, fejn adatt, proposta dwar ir-rati u l-istruttura tad-dazju tas-sisa stabbiliti f’din id-Direttiva.
Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu jqis it-tħaddim sew tas-suq intern, il-valur veru tar-rati tad-dazji tas-sisa u l-għanijiet usa' tat-Trattat.
2. Ir-rapport msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ibbażat b'mod partikolari fuq it-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri.
3. Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa ( 7 ), tiddetermina lista ta' data ta' statistika meħtieġa għar-rapport, eskluż data relatata ma' persuni fiżiċi individwali jew entitajiet legali. Minbarra d-data li hija diġà disponibbli għall-Istati Membri, il-lista għandha tinkludi biss data li l-ġbir u l-muntaġġ tagħha ma jkunx jinvolvi piż amministrattiv sproporzjonat min-naħa tal-Istati Membri.
4. Il-Kummissjoni m'għandhiex tippubblika jew tikxef dik id-data b'xi mod ieħor fejn dan ikun jista' jwassal għall-iżvelar ta' sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali.
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fis-sena l-valur tal-euro fil-muniti nazzjonali li għandu jiġi applikat għall-ammonti tad-dazju tas-sisa globali.
Ir-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum ta' xogħol ta' Ottubru u ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar tas-sena kalendarja ta’ wara.
2. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammonti tat-taxxi tas-sisa li jkunu fis-seħħ fiż-żmien ta’ l-aġġustament ta’ kull sena previst fil-paragrafu 1 jekk il-konverżjoni ta’ l-ammont tat-taxxi tas-sisa mfissra f’ecu jirriżultaw f’żieda ta’ anqas minn 5 % jew ECU 5, liema wieħed jkun l-ammont aktar baxx, fit-taxxa tas-sisa mfissra fil-munita nazzjonali.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom iqgħedu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti w dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1992. Huma għandhom fil-pront jinfurmaw lilll-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, (dawn il-miżuri) għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandu ikun hemm magħhom din ir-riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir riferenza bħal din għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 12, tat-18.1.1990, p. 8.
( 2 ) ĠU C 94, tat-13.1.1992, p. 38.
( 3 ) ĠU C 225, ta’ l-10.9.1990, p. 56.
( 4 ) ĠU L 303, tal-31.12.1972, p. 1. Emendata l-aħħar bid-Direttiva nru 92/78/KEE (ara paġna 5 tal-Ġurnal Uffiċjali).
( 5 ) ĠU L 10, tas-16.1.1979, p. 8.
( 6 ) ĠU L 291, tas-6.12.1995, p. 40.
( 7 ) ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.