SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla)
25 ta’ April 2024 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2000/60/KE – Qafas għal politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma – Artikolu 4(1)(a) – Għanijiet ambjentali relatati mal-ilmijiet tal-wiċċ – Obbligu tal-Istati Membri li ma jawtorizzawx proġett li jista’ jipprovoka deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ – Artikolu 5 u Anness II – Karatterizzazzjoni tat-tipi ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ – Artikolu 8 u Anness V – Klassifikazzjoni tal-istat tal-ilmijiet tal-wiċċ – Artikolu 11 – Programm ta’ miżuri – Proġett ta’ estrazzjoni ta’ ilma minn lag b’superfiċji ta’ inqas minn 0.5 km2”
Fil-Kawża C‑301/22,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tas‑26 ta’ Jannar 2022, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑3 ta’ Mejju 2022, fil-proċedura
Peter Sweetman
vs
An Bord Pleanála,
Ireland and the Attorney General,
fil-preżenza ta’:
Bradán Beo Teoranta,
Galway City Council,
Environmental Protection Agency,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla),
komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, F. Biltgen, N. Wahl, J. Passer (Relatur) u M. L. Arastey Sahún, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: A. Rantos,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Peter Sweetman, minn J. Devlin, SC, B. Harrington, solicitor, u M. Heavey, barrister, |
|
– |
għal An Bord Pleanála, minn J. Moore, solicitor, R. Mulcahy, SC, u F. Valentine, SC, |
|
– |
għall-Irlanda, minn M. Browne, A. Joyce, D. O’Reilly u M. Tierney, bħala aġenti, assistiti minn J. Doherty, SC, E. Egan McGrath, SC, G. Gilmore, BL, u A. McBride, SC, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn B. Travard, J.‑L. Carré u W. Zemamta, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u H. S. Gijzen, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati u E. Sanfrutos Cano, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑21 ta’ Settembru 2023,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275, rettifika fil-ĠU 2019, L 260, p. 70). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Peter Sweetman u l-An Bord Pleanála (l-Aġenzija tal-Ippjanar tat-Territorju, l-Irlanda, iktar ’il quddiem l-“Aġenzija”) kif ukoll Ireland (l-Irlanda) u l-Attorney General (il-Prosekutur Ġenerali, l-Irlanda) dwar proġett ta’ żvilupp intiż sabiex jippermetti l-estrazzjoni tal-ilma ħelu minn lag. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
Il-premessi 25, 33, 34 u 36 tad-Direttiva 2000/60 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
|
|
4 |
Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat “Kamp ta’ applikazzjoni”: “L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni ta’ l-ilmijiet tal-wiċċ interni, ilmijiet temporanji, ilmijiet tal-kosta u ilmijiet ta’ taħt l-art li:
[…]” |
|
5 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: ‘ilma tal-wiċċ’ ifisser ilmijiet interni, barra ilma ta’ taħt l-art; ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta, minbarra fejn jirrigwarda stat kimiku li għali għandhom ikunu inklużi ukoll ilmijiet territorjali. […] ‘ilma intern’ ifisser kull ilma qiegħed jew li jnixxi fuq wiċċ l-art, u kull ilma ta’ taħt l-art madwar l-art tal-linja ta’ bażi minfejn il-wisa’ tal-ilmijiet territorjali huwa mkejjel. […] ‘Lag’ ifisser korp ta’ l-ilma tal-wiċċ intern qiegħed. ‘Ilmijiet temporanji’ huma korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ fil-viċinanza ta’ bokki tax-xmara li huma parzjalment salini naturali bħala riżultat tal-prossimità tagħhom għal ilmijiet tal-kosta imma li huma sostanzjalment influenzati minn tnixxija ta’ ilma ħelu. ‘ilma tal-kosta’ ifisser ilma tal-wiċċ fuq il-ġenb tal-linja viċin ta’ l-art, li kull punt tiegħu huwa f’distanza ta’ mil nawtiku fin-naħa ta’ barra tal-baħar mill-aktar punt viċin tal-linja ta’ bażi minn fejn il-wisa’ tal-ilmijiet territorjali jiġu mkejla, estiż fejn xieraq sal-limitu ta’ barra ta’ l-ilmijiet transizzjonali. […] ‘Korp ta’ ilma tal-wiċċ’ ifisser element diskret u sinifikanti ta’ ilma tal-wiċċ bħal lag, reservoir, ilma kurrenti, xmara jew kanal, parti minn ilma kurrenti, xmara jew kanal, ilma transizzjonali jew tul ta’ ilma kostali. […] ‘Stat ta’ l-ilma tal-wiċċ’ hija l-espressjoni ġenerali ta’ stat ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ, stabbilit mill-ifqar stat ekoloġiku u tal-istat kimiku tiegħu. ‘Stat tajjeb ta’ ilma tal-wiċċ’ ifisser l-istat milħuq mill-korp ta’ l-ilma tal-wiċċ meta l-istat ekoloġiku u l-istat kimiku tiegħu huma għall-inqas ‘tajbin’. […] ‘Stat ekoloġiku’ hija espressjoni tal-kwalità ta’ struttura u funzjoni ta’ ekosistemi akkwatiċi assoċjati ma’ l-ilma tal-wiċċ, klassifikati skond l-Anness V. ‘Stat ekoloġiku tajjeb’ huwa l-istat ta’ korp tal l-ilma tal-wiċċ, kif klassifikat skond l-Anness V. […]” |
|
6 |
L-Artikolu 4 tal-istess direttiva, intitolat “Għanijiet ambjentali”, jiddisponi: “1. Meta l-programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:
[…] 7. L-Istati Membri ma’ jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta:
u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu milħuqa:
8. Meta jkun qed japplika l-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7, Stat Membru jrid jiżgura li l-applikazzjoni ma’ teskludix b’mod permaneti jew tikkomprometti l-kisba ta’ l-għanijiet ta’ din id-Direttiva f’korpi oħra ta’ l-ilma fi ħdan l-istess distrett tal-baċin tax-xmara u huwa konsistenti ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja oħra ambjentali. […]” |
|
7 |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60, intitolat “Karatteristiċi tad-distrett ta’ baċin ta’ l-ilma, reviżjoni ta’ l-impatt ambjentali ta’ attività umana u analiżi ekonomika tal-użu ta’ l-ilma”, jistabbilixxi fil-paragrafu 1 tiegħu: “Kull Stati Membru jrid jiżgura li għal kull distrett tal baċin tax-xmara jew għal parti ta’ distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa fi ħdan it-territorju tiegħu:
hija marbuta skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa fl-Anness II u III u li huwa komplut sa’ l-anqas erba snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.” |
|
8 |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60, intitolat “Monitoraġġ ta’ l-istat ta’ l-ilma tal-wiċċ, l-istat ta’ l-ilma ta’ taħt l-art u żoni protetti”: “1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li jkunu stabbiliti l-programmi għall-monitoraġġ ta’ l-istat ta’ l-ilma sabiex titwaqqaf deskrizzjoni ġenerika koerenti u komprensiva ta’ l-istat ta’ l-ilma fi ħdan kull distrett ta' baċin tax-xmara:
[…] 2. Dawn il-programmi jridu jkunu operazzjonali mhux aktar tard minn sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva sakemm ma’ jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni konċernata. Dan il-monitoraġġ irid ikun jaqbel mal-ħtiġiet ta’ l-Anness V. […]” |
|
9 |
L-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, intitolat “Programm ta’ miżuri”, jipprevedi: “1. Kull Stat Membru jrid jiżgura li jkun stabbilit għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, jew għall-parti ta’ distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara fi ħdan it-territorju tiegħu, programm ta’ miżuri, b’konsiderazzjoni tar-riżultati ta’ l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, sabiex jinkisbu l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4. Dawn il-programmi ta’ miżuri jistgħu jirreferu għal miżuri li joħorġu minn leġislazzjoni adottata f’livell nazzjonali u tkopri t-territorju kollu ta’ Stat Membru. Fejn hu xieraq, Stat Membru jista’ jadotta miżuri applikabbli għad-distretti kollha tal-baċin tax-xmara u/jew il-parti ta’ distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa’ fi ħdan it-territorju tiegħu. 2. Kull programm ta’ miżuri jrid jinkludi l-miżuri ‘bażiċi’ speċifikati f’paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, miżuri ‘supplimentari’. 3. ‘Miżuri bażiċi’ huma l-ħtiġiet minimi li jridu jiġu mħarsa u jikkonsistu f’: […]
[…]
[…] 4. Miżuri ‘supplimentari’ huma dawk il-miżuri ddisinjati u implimentati b’żieda mal-miżuri bażiċi, bl-għan tal-kisba ta’ l-għanijiet stabbiliti skond l-Artikolu 4. Parti B ta’ l-Anness VI fiha lista mhux esklussiva ta’ dawn il-miżuri. […]” |
|
10 |
Skont l-Anness II tad-Direttiva 2000/60: “1. L-ilmijiet tal-wiċċ 1.1. Karatterizzazzjoni ta’ tipi ta’ korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ L-Istati Membri jridu jidentifikaw il-post u l-fruntieri ta’ korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ u jridu jagħmlu karatterizzazzjoni inizjali ta’ dawn it-tipi ta’ korpi bi qbil mal-metodoloġija li jmiss. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ flimkien għall-iskopijiet ta’ din il-karatterizzazzjoni inizjali.
[…] 1.2. Ekoreġjuni u tipi [ta’ korpi] ta’l-ilma tal-wiċċ […] 1.2.2. Lagi Sistema A
Sistema B
[…] 1.3. Twaqqif ta’ kundizzjonijiet ta’ referenzi ta’ tip speċifiku għal tipi ta’ korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ
[…] 1.5. Stima ta’ Impatt L-Istati Membri jridu jagħmlu stima ta’ suxxettibilità tal-istat tal-korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ għal pressjonijiet identifikati hawn fuq. L-Istati Membri jridu jużaw l-informazzjoni miġbura hawn fuq, u kull informazzjoni oħra relevanti inklużi data ta’ monitoraġġ eżistenti ambjentali, biex issir stima ta’ probabbiltà li dawk il-korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jonqsu li jilħqu l-għanjiet ta’ kwalità ambjentali stipulati għall-korpi taħt l-Artikolu4. L-Istati Membri jistgħu jutilizzaw tekniki ta’ mudellar biex jassistu f’din l-istima. Għal dawk il-korpi identifikati bħal li jkunu fir-riskju li jfallu fl-għanjiet ta’ kwalità ambjentali, aktar karatterizzazzjoni trid, fejn relevanti, issir biex ittejjeb id-disinn kemm tal-programmi ta’ osservazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 8, u kemm il-programmi ta’ miżuri meħtieġa taħt l-Artikolu 11. […]” |
|
11 |
L-Anness V tad-Direttiva 2000/60 jippreċiża, fil-Parti 1 tiegħu li tinkludi r-regoli dwar il-klassifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ: “[…] 1.2. Definizzjonijiet normattivi ta’ klassifikazzjonijiet ta’ stat ekoloġiku Tabella 1.2. Definizzjoni ġenerali għal xmajjar, lagi, ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta [It-test segwenti jagħti definizzjoni ġenerali tal-kwalità ekoloġika. Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, il-valuri tal-elementi ta’ kwalità tal-istat ekoloġiku ta’ kull kategorija ta’ ilma tal-wiċċ huma dawk indikati fit-tabelli 1.2.1 sa 1.2.4 segwenti.]
Ilmijiet li jiksbu stat inqas minn moderat iridu jiġu kklassifikati bħala fqar jew ħżiena. Ilmijiet li juru evidenza ta’ alterazzjoni maġġuri għall-valuri ta’ elementi ta’ kwalità bioloġika għat-tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ u fejn il-komunitajiet bioloġiċi relevanti joħorġu sostanzjalment minn dawk assoċjati normalment mat-tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ taħt kundizzjonijiet mhux imfixkla, iridu jiġu klassifikati bħala fqar. Ilmijiet li juru evidenza ta’ alterazzjonijiet kbar għall-valuri tal-elementi ta’ kwalità bioloġika għat-tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ u fejn partijiet kbar tal-Komunitajiet bioloġiċi relevanti normalment assoċjati mat-tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ taħt kundizzjonijiet mhux imfixxkla huma nieqsa, iridu jiġu klassifikati bħala ħżiena. […] 1.2.6. Proċedura għat-twaqqif ta’ standards ta’ kwalità kimiku mill-Istati Membri Fid-dħul ta’ standards ta’ kwalità ambjentali għal kontaminanti elenkati f’punti 1 sa’ 9 ta’ l-Anness VIII għall-protezzjoni ta’ biota akkwatika, l-Istati Membri jridu jaġixxu bi qbil mad-disposizzjonijiet li jmiss. Standards jistgħu jiġu stabbiliti għal ilma, sediment jew biota. Fejn possibbli, data akuti u wkoll il-kroniki jridu jinkisbu għat-taxa maħruġa taħt fejn huwa relevanti għat-tip ta’ ilma tal-wiċċ konċernat kif ukoll kull taxa akkwatika oħra li għalihom data huma disponibbli. Is-‘set ta’ bażi’ tat-taxa huma:
[…] 1.3. Monitoraġġ ta’ stat ekoloġiku u stat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ In-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-wiċċ iridu jitwaqqfu bi qbil mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 8. In-networks ta’ monitoraġġ iridu jiġu disinjati sabiex jipprovdu diskrezzjoni koerenti u komprensiva ta’ stat ekoloġiku u kimiku fi ħdan kull baċin tax-xmara u jridu jippermettu klassifikazzjoni ta’ korpi ta’ l-ilma f’ħames klassijiet konsistenti mad-definizzjonijiet normattivi f’sezzjoni 1.2. L-Istati Membri jridu jipprovdu mappa jew mapep li juru n-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-wiċċ fil-pjan ta’ l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Fuq il-bażi tal-istima tal-karatterizzazzjoni u tal-impatt magħmula skond l-Artikolu 5 u l-Anness II, l-Istati Membri jridu għal kull perjodu ta’ fejn pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin ta’ l-ilma japplika, jistabbilixxu programm ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza u programm ta’ monitoraġġ operazzjonali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu f’ċerta każi li jwaqqfu programmi ta’ monitoraġġ investigattiv. […]” |
|
12 |
L-Anness VI ta’ din id-direttiva jistabbilixxi, fil-parti B tiegħu, il-lista mhux eżawrjenti ta’ miżuri addizzjonali li l-Istati Membri, għal kull distrett ta’ baċin tax-xmara, jistgħu jinkludu fil-programm ta’ miżuri previst fl-Artikolu 11(4) tal-imsemmija direttiva. Fost dawn il-miżuri jinsab, taħt (viii), il-“kontrolli ta’ estrazzjoni”. |
Id‑dritt Irlandiż
|
13 |
Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali intiżi sabiex jimplimentaw id-Direttiva 2000/60 jinsabu fil-European Communities (Water Policy) Regulations 2003 (ir-Regolament dwar il-Politika tal-Ilma tal-Komunitajiet Ewropej tal‑2003) (S.I. Nru 722 tal‑2003) u fil-European Union (Water Policy) Regulations 2014 (ir-Regolament dwar il-Politika tal-Ilma tal-Unjoni Ewropea tal‑2014) (S.I. Nru 350 tal‑2014). |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
14 |
Il-kawża prinċipali tikkonċerna talba għal awtorizzazzjoni li tirrigwarda proġett ta’ żvilupp intiż sabiex jippermetti l-estrazzjoni tal-Loch an Mhuilinn, lag intern privat mingħajr marea, b’superfiċji ta’ 0.083 km2 u li jinsab fuq il-gżira ta’ Gorumna fil-Kontea ta’ Galway (l-Irlanda), bl-ippumpjar permezz ta’ pipeline, ta’ mhux iktar minn 4680 m3 ta’ ilma ħelu fil-ġimgħa, għal erba’ sigħat kuljum matul mhux iktar minn erbat ijiem fil-ġimgħa sa 22 ġimgħa fis-sena mix-xahar ta’ Mejju sax-xahar ta’ Settembru. L-ilma ħelu estratt kellu, wara t-trasferiment tiegħu lejn erba’ siti operati minn Bradán Beo Teoranta, kumpannija Irlandiża, fil-bajja ta’ Kilkieran fil-Kontea ta’ Galway, iservi għall-ħasil tal-salamun marid sabiex dan jinħeles mill-marda amibika tal-garġi kif ukoll mill-qamel tal-baħar. |
|
15 |
P. Sweetman ippreżenta, quddiem l-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża, rikors kontra d-deċiżjoni tal-Aġenzija, tal‑20 ta’ Lulju 2018, li tat l-awtorizzazzjoni mitluba. |
|
16 |
Permezz ta’ sentenza tal‑15 ta’ Jannar 2021, l-imsemmija qorti annullat din id-deċiżjoni, billi ddeċidiet li din ma kinitx tosserva r-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/60. F’dan ir-rigward, il-High Court (il-Qorti Għolja), b’mod iktar preċiż, ikkunsidrat li l-Environmental Protection Agency (l-Aġenzija Irlandiża għall-Protezzjoni tal-Ambjent, iktar ’il quddiem l-“EPA”) kellha tikklassifika l-Loch an Mhuilinn fi stat speċifiku, wara evalwazzjoni preċiża u sorveljanza, kif jeżiġu din id-direttiva u l-leġiżlazzjoni Irlandiża intiża sabiex tiżgura t-traspożizzjoni tagħha. Issa, peress li l-EPA naqset milli twettaq tali klassifikazzjoni, din il-qorti waslet għall-konklużjoni li kien impossibbli għall-aġenzija li tevalwa jekk ix-xogħlijiet proposti kinux konformi mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/60. |
|
17 |
Wara li ngħatat din is-sentenza, Bradán Beo Teoranta talbet l-opinjoni tal-EPA. F’ittra tat‑28 ta’ Jannar 2021, l-EPA esponiet l-interpretazzjoni tagħha li, fir-rigward tal-lagi, id-Direttiva 2000/60 tipprevedi li dawk biss li s-superfiċji tagħhom hija ta’ iktar minn 0.5 km2 għandhom jiġu identifikati bħala li jikkostitwixxu korpi ta’ ilma li jaqgħu taħt din id-direttiva. Fir-rigward tal-lagi li s-superfiċji tagħhom hija inqas minn dan il-limitu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkluduhom bħala korpi tal-ilma li jaqgħu taħt l-imsemmija direttiva jekk huma importanti fil-kuntest tal-għanijiet u tad-dispożizzjonijiet tal-istess direttiva. Konformement ma’ dawn il-prinċipji, il-lagi kollha ta’ daqs ta’ iktar minn 0.5 km2, kif ukoll il-lagi ż-żgħar fiż-żoni protetti (żoni speċjali ta’ konservazzjoni jew żoni użati għall-estrazzjoni ta’ ilma għax-xorb) ġew identifikati fl-Irlanda bħala li jikkostitwixxu korpi tal-ilma li jaqgħu taħt id-Direttiva 2000/60. B’kuntrast ma’ dan, il-Loch an Mhuilinn ma ġiex identifikat bħala korp tal-ilma li jaqa’ taħt din id-direttiva, sa fejn ma jissodisfax dawn il-kriterji dwar id-daqs jew il-lokalizzazzjoni f’żona protetta, u, għaldaqstant, l-EPA ma kklassifikatx l-istat tiegħu. |
|
18 |
Fid-dawl ta’ din l-ittra tal-EPA, l-Aġenzija ressqet talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-kawża, talba li l-qorti tar-rinviju laqgħet, billi kkunsidrat li l-indikazzjonijiet li jinsabu fl-imsemmija ittra jistgħu jaffettwaw l-eżitu tal-imsemmija kawża. |
|
19 |
Skont il-High Court (il-Qorti Għolja), tqum, b’mod partikolari fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet tas-sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2015, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland (C‑461/13, EU:C:2015:433), kwistjoni prinċipali dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/60, jiġifieri jekk huwiex meħtieġ li l-korpi tal-ilma kollha, indipendentement mid-daqs tagħhom, ikunu s-suġġett ta’ analiżi tal-karatteristiċi tagħhom kif ukoll ta’ klassifikazzjoni tal-istat tagħhom konformement ma’ din id-direttiva b’tali mod li, fil-kuntest ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ żvilupp li jaffettwa korp tal-ilma tal-wiċċ, qorti tkun f’pożizzjoni li tevalwa l-iżvilupp propost b’riferiment għall-kunċetti ta’ “deterjorazzjoni” u ta’ “stat tajjeb” tal-ilmijiet tal-wiċċ. |
|
20 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court (il-Qorti Għolja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel domanda
|
21 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija din tal-aħħar li għandha tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. Minn din il-perspettiva, hija l-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ikun il-każ, li għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 2021, W.Ż.(Awla ta’ Stħarriġ Straordinarju u Affarijiet Pubbliċi tal-Qorti Suprema – Ħatra), C‑487/19, EU:C:2021:798, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
22 |
F’dan il-każ, l-ewwel nett, għalkemm l-ewwel domanda tirreferi b’mod ġenerali għall-“korpi tal-ilma”, mit-talba għal deċiżjoni preliminari u, barra minn hekk, mill-preċiżazzjoni li tinsab fl-aħħar tal-punt (a) ta’ din id-domanda, jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda korp tal-ilma tal-wiċċ u b’mod iktar preċiż lag. |
|
23 |
It-tieni nett, filwaqt li l-punt (b) tal-ewwel domanda tirrigwarda korpi tal-ilma f’żona protetta, il-qorti tar-rinviju ppreċiżat, b’risposta għal domanda bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-lag inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jinsabx f’tali żona, iżda fir-realtà huwa konness biss maż-żona speċjali ta’ konservazzjoni tal-bajja u tal-gżejjer ta’ Kilkieran permezz ta’ konnessjoni intermareali diretta. |
|
24 |
Fl-aħħar nett, it-tielet nett, għalkemm l-ewwel domanda ma tidentifikax id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba, mit-talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll mill-verbi “jikkaratterizzaw” u “jikklassifikaw”, li l-qorti tar-rinviju tuża f’din id-domanda, jirriżulta li, permezz ta’ din id-domanda, hija tirreferi, essenzjalment, għall-obbligi previsti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60, moqrija flimkien mal-Annessi II u V tagħha. |
|
25 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60, moqrija flimkien mal-Annessi II u V ta’ din id-direttiva, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li lag li s-superfiċji tiegħu huwa inqas minn 0.5 km2 huwa kopert, minn naħa, mill-obbligu li tiġi stabbilita, għal kull distrett idrografiku, analiżi tal-karatteristiċi tiegħu u, min-naħa l-oħra, mill-obbligu li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma sabiex titfassal tabella koerenti u kompleta tal-istat tal-ilma fi ħdan kull distrett idrografiku. |
|
26 |
Għandu jitfakkar li, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jwettqu l-għanijiet kwalitattivi mfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni, jiġifieri l-preservazzjoni jew it-tisħiħ ta’ stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ, id-Direttiva 2000/60 tipprevedi sensiela ta’ dispożizzjonijiet, fosthom dawk tal-Artikoli 5 u 8 kif ukoll tal-Annessi II u V, li jistabbilixxu proċess kumpless u li jinkludu diversi stadji rregolati fid-dettall, bil-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa, skont l-aspetti speċifiċi u l-karatteristiċi tal-korpi ta’ ilma identifikati fit-territorji tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑24 ta’ Ġunju 2021, Il‑Kummissjoni vs Spanja (Deterjorazzjoni taż-żona naturali ta’ Doñana), C‑559/19, EU:C:2021:512, punti 41 u 42 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
27 |
Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60, din id-dispożizzjoni timponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw, b’mod partikolari, li, għal kull distrett idrografiku, issir analiżi tal-karatteristiċi tiegħu skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-direttiva. |
|
28 |
Konformement mal-punt 1.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, għall-finijiet tal-karatterizzazzjoni tat-tipi ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri, qabel kollox, jiddeterminaw il-post u l-limiti tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ, sussegwentement, jiddefinixxu l-korpi tal-ilma tal-wiċċ ġewwa distrett idrografiku bħala li jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji elenkati ta’ ilma tal-wiċċ (xmajjar, lagi, ilmijiet temporanji, ilmijiet tal-kosta) jew bħala li jikkostitwixxu korpi tal-ilma tal-wiċċ artifiċjali jew korpi tal-ilma tal-wiċċ immodifikati ħafna u, fl-aħħar nett, għal kull kategorija ta’ ilma tal-wiċċ, iqassmu l-korpi tal-ilma fi ħdan id-distrett idrografiku f’tipi ddefiniti permezz ta’ waħda mis-sistemi, A jew B, iddefiniti fil-punt 1.2 ta’ dan l-Anness II. Sussegwentement, konformement mal-punt 1.3 tal-imsemmi Anness II, il-kundizzjonijiet ta’ referenza karatteristiċi tat-tipi ta’ korpi ta’ ilma tal-wiċċ għandhom jiġu stabbiliti. |
|
29 |
Issa, fir-rigward tal-lagi u t-tipoloġija tagħhom tad-dimensjoni bbażata fuq is-superfiċji, il-punt 1.2.2 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60 jipprevedi biss, għall-finijiet tas-sistema A, it-tipi minn 0.5 sa 1 km2, minn 1 sa 10 km2, minn 10 sa 100 km2, u iktar minn 100 km2. Barra minn hekk, il-punt 1.1 (iv) ta’ dan l-Anness II jiddisponi li, jekk tintuża s-sistema B, l-Istati Membri għandhom jilħqu mill-inqas l-istess livell ta’ dettall bħal fis-sistema A, u dan jawtorizza lill-Istati Membri jagħżlu s-sistema B li jżommu wkoll id-daqs minimu ta’ 0.5 km2 bħala fattur ta’ karatterizzazzjoni obbligatorja relatat mad-daqs, fis-sens tal-punt 1.2.2 tal-imsemmi Anness II. |
|
30 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-fatt, irrilevat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li studju ta’ fattibbiltà idroloġika ta’ Bradán Beo Teoranta jindika li l-lag inkwistjoni fil-kawża prinċipali li minnu hija prevista l-estrazzjoni huwa interkonness ma’ mill-inqas seba’ lagi oħra, għandu jiġi mfakkar li, skont il-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60, lag ifisser korp ta’ ilma tal-wiċċ qiegħed u li l-qorti tar-rinviju, li hija biss għandha tikklassifika l-fatti, adottat tali klassifikazzjoni f’dak li jikkonċerna l-korp tal-ilma inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, għandu jiġi osservat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, għalkemm, konformement mal-punt 1.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri jistgħu jiġbru flimkien korpi tal-ilma tal-wiċċ għall-bżonnijiet tal-ewwel karatterizzazzjoni, din hija fakultà u mhux obbligu. |
|
31 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-obbligu, previst fil-punt 1.3 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ referenza karatteristiċi tat-tipi ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ ma jirrigwardax il-lagi li s-superfiċji tagħhom hija inqas minn 0.5 km2, u dan indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-Istat Membru kkonċernat irrikorriex għas-sistema A jew, bħal f’dan il-każ, skont ir-risposta tal-qorti tar-rinviju għad-domanda bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, għas-sistema B. |
|
32 |
Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60, dan jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu programmi ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma sabiex titfassal tabella koerenti u kompleta tal-istat tal-ilma fi ħdan kull distrett idrografiku u jirreferi, fit-titolu tiegħu, b’mod partikolari, b’mod ġenerali, għall-“ilma tal-wiċċ”. |
|
33 |
Madankollu, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tiegħu, peress li, għal-lagi li s-superfiċji tagħhom hija inqas minn 0.5 km2, l-Istati Membri ma humiex obbligati jikklassifikawhom, skont l-Artikolu 5 u l-Anness II tad-Direttiva 2000/60, minn dan jirriżulta loġikament li l-Istati Membri lanqas ma għandhom l-obbligu li jikklassifikaw l-istat ekoloġiku ta’ tali lagi, konformement mal-Artikolu 8 u mal-Anness V ta’ din id-direttiva. |
|
34 |
Qari flimkien tal-Annessi II u V tad-Direttiva 2000/60 jikkonferma, sa fejn ikun meħtieġ, din l-interpretazzjoni. |
|
35 |
B’mod partikolari, meta l-Anness V tad-Direttiva 2000/60 jistabbilixxi, fil-punt 1.2 tiegħu, id-definizzjoni ġenerali tal-istat ekoloġiku għax-xmajjar, il-lagi, l-ilmijiet temporanji u l-ilmijiet kostali, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom, huwa jirreferi espressament għat-“tipi” ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ, peress li dawn huma ddefiniti fl-Anness II ta’ din id-direttiva li, fir-rigward tal-lagi, ikopri biss dawk li għandhom superfiċji ta’ mill-inqas 0.5 km2, kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din is-sentenza. Bl-istess mod, fir-rigward tal-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati Membri għall-istabbiliment tal-istandards ta’ kwalità kimika tal-ilma tal-wiċċ, il-punt 1.2.6 tal-imsemmi Anness V jirreferi wkoll għat-“tipi” ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ. |
|
36 |
Barra minn hekk, pereżempju, mill-punt 1.3(i) tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, jirriżulta li l-kundizzjonijiet ta’ referenza karatteristiċi ta’ kull tip ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ ikkaratterizzat skont il-punt 1.1 ta’ dan l-Anness II għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jirrappreżentaw il-valuri tal-elementi ta’ kwalità idromorfoloġiċi, fiżikokimiċi u bijoloġiċi indikati fil-punt 1.1 tal-Anness V tal-imsemmija direttiva għal dan it-tip ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ ta’ stat ekoloġiku tajjeb ħafna, kif iddefinit fit-tabella rilevanti tal-punt 1.2 ta’ dan l-Anness V. Bl-istess mod, konformement mat-tielet paragrafu tal-punt 1.5 tal-Anness II tad-Direttiva 2000/60, huwa, b’mod partikolari, sabiex jiġi ottimizzat id-disinn tal-programmi ta’ sorveljanza meħtieġa bis-saħħa tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva li karatterizzazzjoni iktar estensiva hija, jekk ikun il-każ, meħtieġa, f’dak li jirrigwarda l-korpi tal-ilma identifikati bħala li jirriskjaw li ma jissodisfawx l-għanijiet ta’ kwalità ambjentali. |
|
37 |
Barra minn hekk, konformement mat-tieni paragrafu tal-punt 1.3 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60, huwa abbażi tal-analiżi tal-karatteristiċi u tal-istudju tal-effetti mwettqa konformement mal-Artikolu 5 u mal-Anness II ta’ din id-direttiva, li għandhom jiġu stabbiliti programm ta’ kontroll ta’ sorveljanza u programm ta’ kontrolli operattivi. |
|
38 |
L-interpretazzjoni tal-Artikoli 5 u 8 kif ukoll tal-Annessi II u V tad-Direttiva 2000/60 fis-sens li la l-obbligu li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ referenza karatteristiċi tat-tipi ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ, u lanqas dak li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma, ma jirrigwardaw il-lagi li s-superfiċji tagħhom hija inqas minn 0.5 km2 hija kkorroborata wkoll mix-xogħol preparatorju ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, minn naħa, il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-ilma (ĠU 1997, C 184, p. 20), kif issupplimentata bi proposta emendata (ĠU 1998, C 108, p. 94), kienet tipprevedi obbligi analogi għal dawk attwalment iddettaljati fl-imsemmija Annessi II u V fil-kuntest ta’ Anness V wieħed. Min-naħa l-oħra, din l-istess proposta ta’ direttiva, kif issupplimentata ma kinitx tkopri, fil-kuntest tas-sistema A, lagi li s-superfiċji tagħhom huma inqas minn 0.01 km2, filwaqt li d-Direttiva 2000/60, kif finalment adottata, tipprevedi, għall-istess finijiet, limitu ta’ 0.5 km2. |
|
39 |
Tali żieda tal-livell massimu dimensjonali hekk operata għal-lagi matul il-proċedura leġiżlattiva għandha b’mod partikolari tinftiehem fid-dawl tal-kumplessità tal-proċess imfakkar fil-punt 26 ta’ din is-sentenza u tal-fatt, irrilevat, sussegwentement għall-adozzjoni tad-Direttiva 2000/60, fil-punt 3.5 tad-Dokument ta’ Gwida Nru 2, intitolat “Identifikazzjoni tal-korpi tal-ilma”, żviluppat fil-kuntest tal-istrateġija komuni ta’ implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, filwaqt li jinvolvu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri kollha, il-pajjiżi aderenti, ir-Renju tan-Norveġja u partijiet interessati oħra u organizzazzjonijiet mhux governattivi, li l-ilmijiet tal-wiċċ jinkludu għadd kbir ta’ korpi tal-ilma żgħar ħafna li għalihom il-piż amministrattiv fuq il-ġestjoni jista’ jkun enormi. |
|
40 |
Dan premess, din il-konstatazzjoni ma tipprekludix lill-Istati Membri li jqisuh opportun li jissottomettu, fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2000/60, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sistema B imsemmija fil-punt 1.1(iv) tal-Anness II ta’ din id-direttiva, ċerti tipi ta’ lagi li għandhom superfiċji ta’ inqas minn 0.5 km2, għas-sistemi stabbiliti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 8 u mill-Annessi II u V tal-imsemmija direttiva. |
|
41 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60, moqrija flimkien mal-Annessi II u V ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li lag li s-superfiċji tiegħu huwa inqas minn 0.5 km2 ma huwiex kopert mill-obbligu li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ referenza tal-karatteristiċi tiegħu u lanqas mill-obbligu li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma, previsti f’dawn id-dispożizzjonijiet. |
Fuq it‑tieni domanda
|
42 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. |
Fuq it‑tielet domanda
|
43 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, liema huma l-obbligi li għandha awtorità kompetenti bis-saħħa tad-Direttiva 2000/60 meta tiddeċiedi dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ proġett li jista’ jaffettwa lag li għalih, minħabba s-superfiċji tiegħu ta’ inqas minn 0.5 km2, la l-kundizzjonijiet ta’ referenza tal-karatteristiċi tiegħu u lanqas programm ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma ma ġew stabbiliti, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60 rispettivament, moqrija flimkien mal-Annessi II u V ta’ din id-direttiva. |
|
44 |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar, qabel kollox, li l-premessa 25 tad-Direttiva 2000/60 tenfasizza li għandhom jiġu stabbiliti l-għanijiet ambjentali b’mod li jiġi żgurat l-istat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art fl-Unjoni Ewropea kollha u li jiġi evitat deterjorament tal-istat tal-ilmijiet fil-livell tal-Unjoni. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 1(a) ta’ din id-direttiva jiddisponi li din għandha l-għan li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, tal-ilmijiet temporanji, tal-ilmijiet tal-kosta u tal-ilmijiet ta’ taħt l-art li jipprevjenu iktar deterjorazzjoni, jippreżervaw u jtejbu l-istat tal-ekosistemi akkwatiċi u tal-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuqhom. Fl-aħħar nett, huwa fl-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva li l-għanijiet ambjentali li l-Istati Membri huma obbligati jilħqu huma speċifikati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2015, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, C‑461/13, EU:C:2015:433, punti 35, 36 u 38). |
|
45 |
Din l-aħħar dispożizzjoni, li tfittex fil-paragrafu 1 tagħha sabiex tagħmel operazzjonali l-programmi ta’ miżuri previsti fil-pjan ta’ mmaniġġar tad-distrett idrografiku, għandha żewġ għanijiet distinti, għalkemm intrinsikament marbuta. Minn naħa, konformement mal-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60, l-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu d-deterjorament tal-istat ta’ kull korp tal-ilma tal-wiċċ (obbligu li jiġi prekluż id-deterjorament). Min-naħa l-oħra, skont dan l-Artikolu 4(1)(a)(ii), l-Istati Membri għandhom jipproteġu, itejbu u jsaħħu l-korpi kollha tal-ilma tal-wiċċ, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-punt (iii) ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-korpi tal-ilma artifiċjali u mmodifikati ħafna, sabiex jintlaħaq stat tajjeb sa mhux iktar tard mill-aħħar tas-sena 2015 (obbligu ta’ titjib) (sentenza tal‑1 ta’ Lulju 2015, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, C‑461/13, EU:C:2015:433, punt 39). |
|
46 |
Sa fejn dan l-Artikolu 4 jirreferi għalhekk, fil-paragrafu 1(a)(i) u (ii) tiegħu, għall-“korpi kollha ta’ l-ilma tal-wiċċ”, għandu jiġi rrilevat li l-punt 10 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60 jiddefinixxi l-“korp ta’ ilma ta’ l-wiċċ” bħala “element diskret u sinifikanti ta’ ilma tal-wiċċ bħal lag, reservoir, ilma kurrenti, xmara jew kanal, parti minn ilma kurrenti, xmara jew kanal, ilma transizzjonali jew tul ta’ ilma kostali” u li l-Artikolu 2(5) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-“lag” bħala “korp ta’ l-ilma tal-wiċċ intern qiegħed”, mingħajr ma jirreferi għal kwalunkwe limitu. |
|
47 |
Madankollu, għandu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (sentenza tas‑26 ta’ April 2022, Landespolizeidirektion Steiermark (Perijodu massimu tal-kontroll fil-fruntieri interni), C‑368/20 u C‑369/20, EU:C:2022:298, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
48 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva 2000/60, li sabiex tiġi stabbilita l-portata tal-obbligi ta’ prevenzjoni tad-deterjorament u ta’ titjib tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ, imfakkra fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, din id-dispożizzjoni tirreferi wkoll għall-“istat” tal-imsemmija korpi tal-ilma. Dan l-aħħar kunċett huwa ddefinit fil-punt 17 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva bħala “l-espressjoni ġenerali ta’ stat ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ, stabbilit mill-ifqar stat ekoloġiku u tal-istat kimiku tiegħu”, fejn l-“istat ekoloġiku” huwa ddefinit, fil-punt 21 ta’ dan l-Artikolu 2, bħala “espressjoni tal-kwalità ta’ struttura u funzjoni ta’ ekosistemi akkwatiċi assoċjati ma’ l-ilma tal-wiċċ, klassifikati skond l-Anness V”. |
|
49 |
Issa, kif irrilevat fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, mit-tabella 1.2 ta’ dan l-Anness V, intitolat “Definizzjoni ġenerali għal xmajjar, lagi, ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta”, jirriżulta li l-klassifikazzjonijiet tal-istat ekoloġiku huma previsti biss fir-rigward ta’ “tipi” ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ. Barra minn hekk, l-imsemmi Anness V jirreferi għat-“tipi” ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ ukoll meta huwa jipprevedi, fil-punt 1.2.6 tiegħu, il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati Membri għall-istabbiliment tal-istandards ta’ kwalità kimika. |
|
50 |
Għalhekk, mill-kliem tal-Artikolu 4(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva 2000/60, interpretati fil-kuntest tagħhom, jirriżulta li, bħall-obbligi li jirriżultaw mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) u mill-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, u bla ħsara għall-possibbiltà mfakkra fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, li għandhom l-Istati Membri, li jiġbru flimkien il-korpi tal-ilma tal-wiċċ għall-bżonnijiet tal-ewwel karatterizzazzjoni, iż-żewġ obbligi previsti f’dan l-Artikolu 4(1)(a)(i) u (ii) ma jkoprux il-lagi li s-superfiċji tagħhom hija inqas minn 0.5 km2. |
|
51 |
Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mill-fatt li dan l-imsemmi Artikolu 4 u l-obbligi li huwa jistabbilixxi jagħmlu parti minn proċess kumpless stabbilit mid-Direttiva 2000/60 u li huma jikkostitwixxu t-terminu tiegħu. |
|
52 |
Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, sabiex jiġi żgurat it-twettiq mill-Istati Membri tal-għanijiet ambjentali segwiti mid-Direttiva 2000/60 u speċifikati fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva, din tipprevedi sensiela ta’ dispożizzjonijiet, b’mod partikolari dawk tal-Artikoli 5 u 8 kif ukoll tal-Annessi II u V tal-imsemmija direttiva, li jistabbilixxu proċess kumpless u li jinkludi diversi stadji rregolati fid-dettall, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri neċessarji, skont l-ispeċifiċitajiet u l-karatteristiċi tal-korpi tal-ilma identifikati fit-territorji tagħhom. |
|
53 |
Għalhekk, ikun inkompatibbli mal-istruttura tad-Direttiva 2000/60, u b’mod partikolari man-natura kumplessa tal-proċess li din tistabbilixxi, li n-natura vinkolanti tal-għanijiet ambjentali speċifikati fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva tikkonċerna wkoll korpi tal-ilma tal-wiċċ li, konformement mal-imsemmija direttiva, ma kinux u ma kellhomx obbligatorjament ikunu s-suġġett ta’ żewġ stadji tal-imsemmi proċess, jiġifieri dawk previsti fl-Artikoli 5 u 8 tal-istess direttiva, u li l-iskop tiegħu huwa madankollu li jippermetti l-kisba tad-data neċessarja għat-twettiq tal-imsemmija għanijiet. |
|
54 |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-obbligu li jiġi prekluż id-deterjorament tal-istat tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ, imsemmi fl-Artikolu 4(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/60, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet espressament, diversi drabi, li dan l-obbligu jibqa’ vinkolanti f’kull stadju tal-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva u huwa applikabbli għal “kull tip” u għal kull stat tal-korp tal-ilma tal-wiċċ li għalih ġie jew kellu jiġi adottat pjan ta’ ġestjoni (sentenzi tal‑1 ta’ Lulju 2015, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, C‑461/13, EU:C:2015:433, punt 50; tal‑4 ta’ Mejju 2016, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija, C‑346/14, EU:C:2016:322, punt 64, u tal‑5 ta’ Mejju 2022, Association France Nature Environnement (Impatti temporanji fuq l-ilmijiet tal-wiċċ), C‑525/20, EU:C:2022:350, punt 25). |
|
55 |
Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, peress li l-ilmijiet tal-wiċċ jistgħu jirriżultaw naturalment konnessi bejniethom, il-kwalità ta’ element tal-ilma tal-wiċċ ta’ daqs żgħir tista’ taffettwa l-kwalità ta’ element ikbar ieħor. |
|
56 |
Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-Artikolu 4(1)(a)(i) sa (iii) tad-Direttiva 2000/60 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma obbligati, bla ħsara għall-għoti ta’ deroga, jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ proġett partikolari meta dan ikun jista’ jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew meta dan jikkomprometti l-għan li jinkiseb stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb u stat kimiku tajjeb ta’ tali ilmijiet fid-data prevista minn din id-direttiva (sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Protect Natur-, Arten- und Landschaftsschutz Umweltorganisation, C‑664/15, EU:C:2017:987, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
57 |
Għalhekk, meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tevalwa talba għal awtorizzazzjoni ta’ proġett li jista’ jaffettwa lag b’erja ta’ inqas minn 0.5 km2, din ma għandhiex tillimita dik l-evalwazzjoni għall-effetti tal-proġett fuq dak il-lag. Għall-kuntrarju, sabiex jiġi ddeterminat jekk dan il-proġett jistax jikkawża deterjorament tal-istat ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ jew jikkomprometti l-kisba ta’ stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb u ta’ stat kimiku tajjeb ta’ tali ilmijiet, huwa jieħu inkunsiderazzjoni l-korpi tal-ilma li magħhom dan il-lag huwa konness. |
|
58 |
Minn dan isegwi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha wkoll l-obbligu, bla ħsara għall-għoti ta’ deroga, li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ proġett partikolari li jista’ jikkawża, minħabba l-effetti tiegħu fuq lag li ma kienx suġġett, fid-dawl tas-superfiċji tiegħu ta’ inqas minn 0.5 km2, għal karatterizzazzjoni skont l-Artikolu 5 l-Anness II tad-Direttiva 2000/60 u li għalih programm ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma ma kienx, għall-istess raġuni, stabbilit skont l-Artikolu 8 u l-Anness V ta’ din id-direttiva, deterjorament tal-istat ta’ korp ieħor ta’ ilma tal-wiċċ li kien jew kellu jiġi identifikat minn dan l-Istat Membru bħala li jikkostitwixxi “tip” ta’ ilma tal-wiċċ, jew li jikkomprometti l-kisba ta’ stat tajjeb ta’ ilma tal-wiċċ jew ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb u ta’ stat kimiku tajjeb ta’ korp ieħor ta’ ilma tal-wiċċ bħal dan. |
|
59 |
F’dan il-kuntest, għandu b’mod partikolari jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/60, għall-applikazzjoni, fost l-oħrajn, tal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-applikazzjoni ma tipprekludix jew tikkomprometti t-twettiq tal-għanijiet ta’ din id-direttiva f’korpi oħra tal-ilma tal-istess distrett idrografiku u li tkun koerenti mal-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent. |
|
60 |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ppreċiżat, b’risposta għal domanda bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-lag inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa konness maż-żona speċjali ta’ konservazzjoni tal-bajja u tal-gżejjer ta’ Kilkieran permezz ta’ konnessjoni intermareali diretta. Barra minn hekk, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jindika, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li jirriżulta minn studju ta’ fattibbiltà idroloġika ta’ Bradán Beo Teoranta tax-xahar ta’ Lulju 2017 li dan il-lag huwa interkonness ma’ lagi oħra. |
|
61 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-lagi l-oħra jew, jekk ikun il-każ, porzjoni ta’ ilmijiet kostali ġewx identifikati jew kellhomx jiġu identifikati mill-Irlanda bħala li jikkostitwixxu “tipi” ta’ korpi ta’ ilma tal-wiċċ u, jekk dan jirriżulta li huwa l-każ, jekk it-twettiq tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jaffettwa l-istat ta’ dawn il-korpi ta’ ilma tal-wiċċ jew, jekk ikun il-każ, ta’ korp ieħor ta’ ilma tal-wiċċ li ġie jew kellu jiġi identifikat bħala “tip” ta’ korp ta’ ilma tal-wiċċ. |
|
62 |
Barra minn hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika wkoll jekk it-twettiq tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwiex kompatibbli mal-miżuri implimentati taħt il-programm imfassal, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, għad-distrett idrografiku kkonċernat. |
|
63 |
Fil-fatt, għalkemm, konformement mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 11, tali programm ta’ miżuri għandu jieħu “konsiderazzjoni tar-riżultati ta’ l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5” tad-Direttiva 2000/60, mill-kliem tal-Artikolu 11 tagħha jirriżulta li l-portata ta’ programm ta’ miżuri ma hijiex limitata biss għat-“tipi” ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ ikkaratterizzati fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-imsemmi Artikolu 5 u tal-Anness II ta’ din l-istess direttiva. |
|
64 |
B’mod partikolari, skont l-Artikolu 11(3)(ċ) tad-Direttiva 2000/60, il-“miżuri bażiċi”, li għandhom ikunu inklużi f’kull programm ta’ miżuri u li jikkostitwixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu osservati, għandhom jinkludu miżuri li jippromwovu użu effiċjenti u sostenibbli tal-“ilma” b’mod li jiġi evitat li jiġi kompromess it-twettiq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva. |
|
65 |
Issa, fid-dawl ta’ dak li ġie rrilevat fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, protezzjoni tal-ilmijiet li jaqgħu taħt il-korpi tal-ilma tal-wiċċ li, bħal-lag inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġewx u ma kellhomx obbligatorjament jiġu identifikati mill-Istat Membru kkonċernat bħala li jikkostitwixxu “tipi” ta’ korpi ta’ ilma tal-wiċċ tista’ tirriżulta neċessarja f’dan il-kuntest. |
|
66 |
Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mid-dokument ta’ gwida msemmi fil-punt 39 ta’ din is-sentenza. Fil-fatt, filwaqt li jikkonferma l-assenza ta’ obbligu li jiġu identifikati l-lagi li s-superfiċji tagħhom hija inqas minn 0.5 km2 bħala “tipi” ta’ korpi ta’ ilma tal-wiċċ, dan id-dokument jenfasizza l-fatt li “l-għanijiet tad-Direttiva [2000/60] japplikaw għall-ilmijiet tal-wiċċ kollha” u jirrakkomanda applikazzjoni għall-elementi tal-ilma tal-wiċċ imsejħa “żgħar”, tal-inqas, tal-miżuri bażiċi elenkati fl-Artikolu 11(3) ta’ din id-direttiva “fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi evitat li jiġi kompromess il-ksib tal-għanijiet f’korpi oħra tal-ilma”. |
|
67 |
Għall-istess raġuni, jista’ jkun neċessarju li jiġu applikati anki għall-korpi tal-ilma tal-wiċċ li ma ġewx u li ma kellhomx obbligatorjament jiġu identifikati bħala li jikkostitwixxu “tipi” ta’ korpi tal-ilma tal-wiċċ miżuri ta’ kontroll tal-estrazzjoni tal-ilma, imsemmija fl-Artikolu 11(3)(e) tad-Direttiva 2000/60 u fil-punt (viii) tal-Parti B tal-Anness VI tagħha. |
|
68 |
Għalhekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk tali miżuri humiex applikabbli għal-lag inkwistjoni fil-kawża prinċipali abbażi ta’ programm ta’ miżuri adottat mill-Irlanda konformement mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60 u jekk it-twettiq tal-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwiex kompatibbli ma’ dawn il-miżuri. |
|
69 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jimponu fuq awtorità kompetenti, meta tiddeċiedi dwar it-talba għal awtorizzazzjoni ta’ proġett li jista’ jaffettwa lag li għalih, minħabba s-superfiċji tiegħu ta’ inqas minn 0.5 km2, la l-kundizzjonijiet ta’ referenza tal-karatteristiċi tiegħu u lanqas programm ta’ monitoraġġ tal-istat tal-ilma ma ġew stabbiliti, skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60, rispettivament moqrija flimkien mal-Annessi II u V ta’ din id-direttiva, li tiżgura, minn naħa, li t-twettiq ta’ tali proġett ma jistax jikkawża, minħabba l-effetti tiegħu fuq tali lag, deterjorament tal-istat ta’ korp ieħor ta’ ilma tal-wiċċ li ġie jew kellu jiġi identifikat minn dan l-Istat Membru bħala li jikkostitwixxi “tip” ta’ korp tal-ilma tal-wiċċ, u li lanqas jikkomprometti l-kisba ta’ stat tajjeb tal-ilmijiet tal-wiċċ jew ta’ potenzjal ekoloġiku tajjeb u ta’ stat kimiku tajjeb ta’ tali korp ieħor ta’ ilma tal-wiċċ u, min-naħa l-oħra, li t-twettiq ta’ dan il-proġett huwa kompatibbli mal-miżuri implimentati taħt il-programm imfassal, konformement mal-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, għad-distrett idrografiku kkonċernat. |
Fuq l‑ispejjeż
|
70 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.