|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4681 |
20.8.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12088 — SWISS LIFE HOLDING / APG / ITINERE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4681)
1.
Fit-12 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Swiss Life Holding A.G. (“Swiss Life”, l-Iżvizzera), |
|
— |
APG Asset Management N.V. (“APG”, in-Netherlands) ikkontrollata minn APG Groep N.V. (“APG Groep”, in-Netherlands), |
|
— |
Itínere Infraestructuras, S.A. (“Itínere” jew “Target”, Spanja), ikkontrollata minn APG. |
Swiss Life permezz ta’ Swiss Life Retina BidCo S.à.r.l. (il-Lussemburgu) entità bi skop speċjali, u APG se jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Itínere kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Swiss Life hija fornitur ta’ soluzzjonijiet komprensivi, fil-qasam tal-ħajja, il-pensjonijiet u l-finanzi lill-impriżi u l-individwi. |
|
— |
APG, fornitur tal-pensjonijiet fin-Netherlands, jipprovdi konsulenza eżekuttiva, ġestjoni tal-assi, pensjoni u servizzi ta’ komunikazzjoni u ta’ min iħaddem. |
3.
Itínere hija attiva fis-settur tat-toroq b’pedaġġ, u b’mod aktar speċifiku, fil-ġestjoni tal-konċessjonijiet.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12088 — SWISS LIFE HOLDING / APG / ITINERE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4681/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)