12004V404

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Sezzjoni 2 - Il-Budget annwali ta' l-Unjoni - Artikolu III-404

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0174 - 0175


Artikolu III-404

Il-liġi Ewropea għandha tistabbilixxi l-budget annwali ta' l-Unjoni skond id-disposizzjonijiet li ġejjin:

1. Kull Istituzzjoni għandha, qabel l-1 ta' Lulju, tfassal estimi tal-ħruġ tagħha għas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tikkonsolida dawn l-estimi f'abbozz tal-budget li jista' jkun fih stimi differenti.

L-abbozz tal-budget għandu jkun fih stima tad-dħul u stima tal-ħruġ.

2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposta li tinkludi l-abbozz tal-budget lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux iktar tard mill-1 ta' Settembru tas-sena ta' qabel dik li fiha l-budget għandu jiġi implimentat.

Il-Kummissjoni tista' temenda l-abbozz ta' l-budget tul il-proċedura sa meta l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, previst fil-paragrafu 5 hawn taħt, jiġi mlaqqa'.

3. Il-Kunsill għandu jadotta l-posizzjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-budget u jgħaddih lill-Parlament Ewropew sa mhux iktar tard mill-1 ta' Ottubru tas-sena qabel dik li fiha l-budget għandu jiġi implimentat. Il-Kunsill tal-Ministri għandu jinforma lill-Parlament Ewropew b'mod sħiħ bir-raġunijiet li wassluh biex jadotta l-posizzjoni tiegħu.

4. a) japprova l-posizzjoni tal-Kunsill, il-liġi Ewropea li tistabbilixxi l-budget tkun adottata;

b) ma jkunx għadu ħa deċiżjoni, l-liġi Ewropea li tistabbilixxi l-budget tkun titqies li ġiet adottata;

ċ) jadotta emendi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, l-abbozz emendat għandu jintbagħat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Il-President tal-Parlament Ewropew, bi ftehim mal-President tal-Kunsill, għandu immedjatament isejjaħ laqgħa tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. Madanakollu, jekk fi żmien għaxart ijiem minn meta jintbagħat l-abbozz, il-Kunsill tal-Ministri jinforma lill-Parlament Ewropew li jkun approva l-emendi kollha tiegħu, l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni m'għandux jiltaqa'.

5. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, li għandu jkun kompost mill-membri tal-Kunsill jew mir-rappreżentanti tagħhom u numru ugwali ta' membri li jirrappreżentaw il-Parlament Ewropew, għandu l-kompitu li jilħaq qbil fuq test konġunt, b'maġġoranza kwalifikata tal-membri tal-Kunsill jew tar-rappreżentanti tagħhom u b'maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew fi żmien wieħed u għoxrin jum minn meta jissejjaħ, fuq bażi tal-posizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tieħu parti fil-proċeduri tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa bl-iskop li tirrikonċilja l-posizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

6. Jekk, fi żmien il-wieħed u għoxrin jum previsti fil-paragrafu 5, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jilħaq qbil fuq test konġunt, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom kull wieħed ikollhom perijodu ta' erbatax-il jum mid-data ta' dak il-ftehim biex jadottaw it-test konġunt.

7. a) il-Parlament Ewropew u l-kunsill it-tnejn japprovaw it-test konġunt jew jonqsu milli jieħdu deċiżjoni, jew jekk waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tapprova it-test konġunt filwaqt li l-oħra tonqos milli tieħu deċiżjoni, l-liġi ewropea li tistabbilixxi l-budget għandha tiġi meqjusa li hi adottata b'mod definittiv skond it-test konġunt, jew

b) kemm il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, kif ukoll il-Kunsill jirrifjutaw it-test konġunt, jew jekk waħda minn dawn l-istituzzjonijiet tirrifjuta t-test konġunt filwaqt li l-oħra tonqos milli tieħu deċiżjoni, t-tnejn jistgħu jitolbu li jiġi sottomess abozz ta' budget ġdid mill-Kummissjoni, jew

ċ) il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, jirrifjuta t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill japprovah, abbozz ġdid tal-budget għandu jiġi sottomess mill-Kummissjoni, jew

d) il-Parlament Ewropew japprova t-test konġunt, filwaqt li l-Kunsill jirrifjutah, il-Parlament Ewropew jista', fi żmien erbatax-il jum mid-data tar-rifjut tal-Kunsill u billi jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti espressi, jiddeċiedi li jikkonferma l-emendi kollha li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4(ċ) jew parti minnhom. Jekk emenda tal-Parlament Ewropew ma tiġix konfermata, l-posizzjoni miftehma fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni dwar l-intestatura tal-budget li hi suġġetta għall-emenda għandha tkun approvata. Il-liġi Ewropea li tistabbilixxi l-budget għandha tkun meqjusa bħala adottata b'mod definittiv fuq din il-bażi.

8. Jekk, fi żmien il-wieħed u għoxrin jum li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma jaqbilx fuq test konġunt, abbozz ġdid ta' budget għandu jiġi sottomess mill-Kummissjoni.

9. Meta l-proċedura prevista f'dan l-Artikolu tkun tlestiet, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jiddikjara li l-liġi Ewropea li tistabbilixxi l-budget tkun ġiet adottata b'mod definittiv.

10. Kull istituzzjoni għandha teżerċita l-poteri konferiti lilha bis-saħħa ta' dan l-Artikolu skond il-Kostituzzjoni u l-atti adottati taħtha, b'rigward partikolari għar-riżorsi proprji ta' l-Unjoni u l-bilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ.

--------------------------------------------------