European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1165

18.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11870 – IGNEO / HÖEGH FAMILY GROUP / LARUS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1165)

1.   

Fl-10 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Igneo Infrastructure Partners (“Igneo”, ir-Renju Unit), li hi kkontrollata minn Mitsubishi UFJ Financial Group, Inc. (“MUFG”)

—

Höegh Family Group (in-Norveġja)

—

Larus Holding Limited (“Larus”, Bermuda), li hi kkontrollata minn Höegh Family Group u Morgan Stanley Infrastructure Partners

Igneo u Höegh Family Group se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Larus.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Igneo hija maniġer speċjalist tal-infrastruttura globali li tinvesti f’kumpaniji tal-infrastruttura ta’ kwalità għolja, maturi u ta’nofs is-suq fis-setturi tar-rinnovabbli, l-infrastruttura diġitali, il-ġestjoni tal-iskart, l-utilitajiet tal-ilma, it-trasport u l-loġistika fl-Ewropa, fir-Renju Unit, fl-Awstralja, fi New Zealand u fl-Amerika ta’ Fuq,

—

Höegh Family Group huwa prinċipalment attiv fl-operazzjonijiet roll-on/roll-off u t-trasportazzjoni tal-veikoli (permezz ta’ Höegh Autoliners), u fis-servizzi tal-infrastrutturi tal-LNG galleġġanti (permezz ta’ Höegh Evi Ltd.). Höegh Family Group għandu wkoll investimenti diretti fil-proprjetà immobbli u jinvesti f’assi finanzjarji, ~

—

Larus hija l-kumpanija azzjonarja li għandha l-ishma kollha maħruġa ta’ Höegh Evi Ltd., sid u operatur ta’ faċilitajiet galleġġanti għall-ħżin tal-LNG u unitajiet ta’ rigassifikazzjoni u trasportaturi tal-LNG.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11870 – IGNEO / HÖEGH FAMILY GROUP / LARUS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1165/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)