|
26.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 514/2011
tal-25 ta’ Mejju 2011
li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali applikabbli għal ċerti prodotti bħala riżultat tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli kif stipulat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 (2) jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali applikabbli għal ċerti prodotti bħala riżultat tal-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli, kif stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009. Fid-dawl tal-iżviluppi f'arranġamenti kummerċjali preferenzjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, hemm bżonn li r-Regolament jiġi sostitwit. |
|
(2) |
Ċerti arranġamenti preferenzjali konklużi mill-Unjoni ma’ pajjiżi terzi jistipulaw l-applikazzjoni ta’ komponenti agrikoli jew dazji addizzjonali li huma iktar baxxi mill-komponenti agrikoli jew mid-dazji addizzjonali ffissati mit-Tariffa Doganali Komuni. Għalhekk hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tnaqqis li ngħata. |
|
(3) |
Hemm bżonn li tiġi stabbilita lista ta’ prodotti bażiċi li għalihom jistgħu jiġu stabbiliti komponenti agrikoli mnaqqsa skont l-arranġamenti preferenzjali ma’ pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009 it-tnaqqis mogħti għandu jkun stabbilit jew billi jitnaqqsu l-ammonti bażiċi użati biex jiġu kkalkulati l-komponenti agrikoli jew billi jitnaqqsu l-komponenti agrikoli applikabbli għal ċerti prodotti speċifikati. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009, fejn ikun hemm bżonn biex jiġu determinati l-komponenti agrikoli mnaqqsa applikabbli għall-kummerċ preferenzjali, għandhom jiġu stabbiliti l-karatteristiċi tal-prodotti bażiċi u l-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi li jkunu kkunsidrati li ntużaw. |
|
(6) |
Huwa xieraq li jiġu stipulati regoli għall-kalkolu tat-tnaqqis fid-dazji addizzjonali applikabbli fir-rigward tal-kontenut ta’ ċereali u zokkor f'ċerti prodotti meta fil-qafas tal-ftehimiet preferenzjali ġie stipulat it-tnaqqis ta’ dawn id-dazji addizzjonali. |
|
(7) |
L-eliġibilità għar-rati ta’ dazju mnaqqsa ġeneralment tingħata fil-limiti tal-kwoti tariffarji kif stipulat mill-ftehim preferenzjali rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-kwoti tariffarji, huma għandhom ikunu ġestiti skont ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
|
(8) |
Għal ġieħ iċ-ċarezza u t-trasparenza l-lista ta’ prodotti koperti minn komponenti agrikoli mnaqqsa jew dazji addizzjonali mnaqqsa, sew jekk taqa' fi kwota tariffarja u sew jekk le, għandha tkun stipulata fil-ftehim preferenzjali rilevanti. |
|
(9) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009 għandu jkun possibbli li titbiddel il-parti tad-dazji ad valorem li tikkorrispondi għall-komponent agrikolu b'ammont speċifiku meta jkun stipulat bi ftehim preferenzjali. Madankollu dan l-ammont ma għandux jeċċedi t-tariffa applikabbli fir-rigward tal-kummerċ mhux preferenzjali |
|
(10) |
Peress li l-eliġibilità għal rati mnaqqsa hija bil-kundizzjoni li l-prodotti joriġinaw mill-pajjiżi li jkun ġie konkluż ftehim magħhom għal ftehim preferenzjali, hemm bżonn li jiġu speċifikati r-regoli tal-oriġini li jridu jiġu applikati. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni dwar il-kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli proċessati li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għad-determinazzjoni tal-komponenti agrikoli mnaqqsa msemmija fl-Artikolu 7(2), u d-dazji addizzjonali relatati msemmija fl-Artikolu 5(2), tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009, u għall-ġestjoni tal-kwoti miftuħa skont ftehimiet preferenzjali applikabbli għall-prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1216/2009.
Artikolu 2
Għall-fini li jiġu stabbiliti l-komponenti agrikoli mnaqqsa skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009, għandhom jitqiesu l-prodotti bażiċi li ġejjin:
|
— |
kodiċi NM ex 1001 90 99 qamħ komuni, |
|
— |
kodiċi NM 1001 10 00 qamħ durum, |
|
— |
kodiċi NM 1002 00 00 segala, |
|
— |
kodiċi NM 1003 00 90 xgħir, |
|
— |
kodiċi NM 1005 90 00 qamħirrun, ħlief qamħirrun għaż-żriegħ, |
|
— |
kodiċijiet NM 1006 20 96 u 1006 20 98 ross bla ħliefa tal-ħabba twila, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ross”, |
|
— |
kodiċi NM 1701 99 10 zokkor abjad, |
|
— |
kodiċijiet NM 1703 10 00 u 1703 90 00 għasel iswed, |
|
— |
kodiċi NM ex 0402 10 19 trab tal-ħalib b'kontenut ta’ xaħam skont il-piż li ma jaqbiżx il-1,5 %, mingħajr zokkor jew xi ingredjent ieħor li jagħti l-ħlewwa u f'ippakkjar immedjat b'kontenut nett ta’ aktar minn 2,5 kg, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “PG 2”, |
|
— |
kodiċi NM ex 0402 21 19 trab tal-ħalib b'kontenut ta’ xaħam tal-ħalib skont il-piż ta’ 26 %, mingħajr zokkor jew xi ingredjent ieħor li jagħti l-ħlewwa u f'ippakkjar immedjat b'kontenut nett ta’ aktar minn 2,5 kg, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “PG 3”, |
|
— |
kodiċi NM ex 0405 10 butir, b'kontenut ta’ xaħam skont il-piż ta’ 82 %, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “PG 6”. |
Artikolu 3
1. Il-komponenti agrikoli mnaqqsa applikabbli fil-qafas tal-kummerċ preferenzjali għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi kkunsidrati li ntużaw fil-manifattura tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness I għall-prodotti elenkati fih mill-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM).
3. Għall-prodotti elenkati fil-kodiċijiet NM fejn l-Anness I jirreferi għall-Anness II, il-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu stabbiliti fl-Anness II.
4. Għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3, għandhom japplikaw kodiċijiet addizzjonali, skont il-kompożizzjoni tal-prodotti, kif stabbilit fl-Anness III.
5. Meta jkun stipulat hekk fi ftehim preferenzjali, b'deroga mill-paragrafi 1 sa 4, il-komponenti agrikoli mnaqqsa, u, meta jkun xieraq, id-dazji addizzjonali mnaqqsa, applikabbli għal kull prodott eliġibbli għal tnaqqis tad-dazju, għandhom jinkisbu billi jiġi applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis għall-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali relatati ffissati fit-Tariffa Doganali Komuni.
Artikolu 4
1. Għall-prodotti elenkati fl-Anness II, il-kwantitajiet ta’ zokkor u ċereali li għandhom jitqiesu fil-kalkolu tad-dazji addizzjonali mnaqqsa (AD S/Z) u fuq id-dqiq (AD F/M) għandhom ikunu kif stabbilit fil-punti B u C tal-Anness II, għal kontenuti partikolari ta’ sukrows, zokkor maqlub u/jew isoglukows, u ta’ lamtu u/jew il-glukows, rispettivament.
2. Għall-prodotti mhux elenkati fl-Anness II, id-dazji addizzjonali msemmija fil-pargrafu 1 għandhom jinkisbu billi jitqiesu biss il-kwantitajiet tal-prodotti bażiċi li jaqgħu jew fis-settur taċ-ċereali jew fis-settur taz-zokkor kif stabbilit fil-Partijiet I u III rispettivament tal-Anness I mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234 /2007 (4).
Artikolu 5
1. Skont l-Artikolu 3(1) il-komponenti agrikoli mnaqqsa u, fejn xieraq, id-dazji addizzjonali mnaqqsa, applikabbli għal kull prodott eliġibbli għal dan it-tnaqqis fid-dazju, jinkisbu bil-multiplikazzjoni tal-kwanitajiet tal-prodotti bażiċi rilevanti użati bl-ammont bażiku msemmi fil-paragrafu 2 u billi jiżdiedu dawn l-ammonti għall-prodotti bażiċi rilevanti użati fil-manifattura tal-prodott.
2. L-ammont bażiku li għandu jitqies fil-kalkolu tal-komponenti agrikoli mnaqqsa u, fejn xieraq, id-dazji addizzjonali mnaqqsa, għandu jkun l-ammont ffissat f'euro stipulat fil-ftehim preferenzjali rilevanti jew determinat skont dak il-ftehim.
3. Meta ftehim preferenzjali jistipula tnaqqis fir-rati tal-komponenti agrikoli għal kull prodott minflok tnaqqis fl-ammonti bażiċi, il-komponenti agrikoli mnaqqsa għandhom ikunu kkalkulati billi jiġi applikat it-tnaqqis stipulat fil-ftehim għall-komponenti agrikoli ffissati fit-Tariffa Doganali Komuni.
4. Fil-każijiet fejn il-komponent agrikolu mnaqqas u, fejn meħtieġ, id-dazji addizzjonali mnaqqsa, determinati skont il-paragrafu 1, 2 u 3, ikunu inqas minn EUR 2,4/100 kg, il-komponenti jew dazju għandu jiġi ffissat bħala żero.
Artikolu 6
1. L-ammonti tal-komponenti agrikoli mnaqqsa u, fejn xieraq, id-dazji addizzjonali mnaqqsa, stabbiliti skont l-Artikolu 5 se jkunu ppubblikati mill-Kummissjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-ftehim mal-pajjiż terz rilevanti, l-ammonti ppublikati skont il-paragrafu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-pubblikazzjoni.
Madankollu, meta kemm il-komponenti agrikoli mnaqqsa u kemm id-dazji addizzjonali mnaqqsa applikabbli għall-prodotti bażiċi jibqgħu ma jinbidlux, il-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali stabbiliti skont l-Artikolu 5 għandhom ikomplu japplikaw sakemm ikunu ppubblikati l-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali li se jieħdu posthom.
Artikolu 7
Il-ftehim preferenzjali għandu jistipula jew jippermetti d-determinazzjoni ta’ li ġejjin:
|
(a) |
il-prodotti eliġibbli għal komponent agrikolu mnaqqas; |
|
(b) |
il-prodotti eliġibbli għal dazju addizzjonali mnaqqas; |
|
(c) |
it-tnaqqis jew tnaqqisiet mogħtija; |
|
(d) |
il-kwota tariffarja applikabbli, meta t-tnaqqisiet jingħataw fi kwota ta’ dan it-tip. |
Artikolu 8
Meta, fil-każ ta’ prodotti agrikoli elenkati fit-Tabella 2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009, ftehim preferenzjali jistipula l-applikazzjoni ta’ komponent agrikolu fil-forma ta’ ammont speċifiku, suġġett għal tnaqqis jew le skont kwota tariffarja, u meta t-Tariffa Doganali Komuni tistipula l-applikazzjoni ta’ dazju ad valorem għal importazzjonijiet mhux preferenzjali ta’ dawn il-prodotti, l-ammont pagabbli ma għandux jaqbeż din ir-rata.
Artikolu 9
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “prodotti li joriġinaw” tfisser prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-ksib tal-istatus ta’ prodotti li joriġinaw stabbilita mill-ftehim preferenzjali kkonċernat
Artikolu 10
1. Il-komponenti agrikoli tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-komponenti agrikoli relatati mal-prodotti koperti mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1216/2009 li mhumiex koperti mill-arranġamenti preferenzjali relatati mal-kummerċ f'dawn il-prodotti mal-pajjiż ikkonċernat; |
|
(b) |
il-komponenti agrikoli japplikaw għal prodotti li jaqbżu l-kwota tariffarja. |
2. Meta l-kwota tariffarja tikkonċerna tnaqqis fid-dazji ad valorem li jikkorrispondu għall-komponent agrikolu tiegħu fil-forma msemmija fl-Artikolu 8, id-dazji applikabbli għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwoti tarriffarji għandhom ikunu dawk tat-Tariffa Doganali Komuni jew dawk stipulati b'mod differenti fil-ftehim.
Artikolu 11
Il-kwoti tariffarji koperti minn dan ir-Regolament għandhom ikunu ġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 12
Ir-Regolament (KE) Nru 1460/1996 għandu jitħassar.
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2010, p. 10.
(2) ĠU L 187, 26.7.1996, p. 18.
ANNESS I
(imsemmija fl-Artikolu 3(2))
Kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi meqjusa li ntużaw
|
(għal kull 100 kg ta’ prodotti) |
||||||||||||
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Qamħ komuni |
Qamħ durum |
Segala |
Xgħir |
Qamħirrun |
Ross |
Zokkor Abjad |
Għasel iswed |
Trab tal-ħalib xkumat (PG 2) |
Trab tal-ħalib intier (PG 3) |
Butir (PG6) |
|
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
(12) |
(13) |
|
0403 |
Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 |
– Jogurt: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Imħawwar jew miżjud bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – Fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 51 |
– – – – Mhux aktar minn 1,5 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
100 |
|
|
|
0403 10 53 |
– – – – Aktar minn 1,5 % iżda mhux aktar minn 27 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
100 |
|
|
0403 10 59 |
– – – – Aktar minn 27 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
42 |
|
68 |
|
– – – Oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam, bil-piż: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 10 91 |
– – – – Mhux aktar minn 3 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
9 |
|
2 |
|
0403 10 93 |
– – – – Aktar minn 3 % iżda mhux aktar minn 6 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
5 |
|
0403 10 99 |
– – – – Aktar minn 6 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
10 |
|
0403 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Imħawrin u miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – Fi trab, ħbub jew forom solidi oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, bil-piż |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 71 |
– – – – Mhux aktar minn 1,5 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
100 |
|
|
|
0403 90 73 |
– – – – Aktar minn 1,5 % iżda mhux aktar minn 27 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
100 |
|
|
0403 90 79 |
– – – – Aktar minn 27 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
42 |
|
68 |
|
– – – Oħrajn, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib, bil-piż: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0403 90 91 |
– – – – Mhux aktar minn 3 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
9 |
|
2 |
|
0403 90 93 |
– – – – Aktar minn 3 % iżda mhux aktar minn 6 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
5 |
|
0403 90 99 |
– – – – Aktar minn 6 % |
|
|
|
|
|
|
|
|
8 |
|
10 |
|
0405 |
Butir u xaħmijiet tal-ħalib u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0405 20 |
– Dlik (pejst) tal-butir: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0405 20 10 |
– – B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 39 % jew aktar iżda inqas minn 60 % |
ara l-Anness II |
||||||||||
|
0405 20 30 |
– – B’kontenut ta’ xaħam, bil-piż, ta’ 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 75 % |
ara l-Anness II |
||||||||||
|
0710 |
Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), friżati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0710 40 00 |
– Qamħ ħelu |
|
|
|
|
100(a) |
|
|
|
|
|
|
|
0711 |
Veġetali preservati provviżorjament (pereżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0711 90 |
– Veġetali oħrajn; taħlit ta’ veġetali: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Veġetali: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
0711 90 30 |
– – – Qamħ ħelu |
|
|
|
|
100(a) |
|
|
|
|
|
|
|
1517 |
Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitlu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ titlu 1516 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1517 10 |
– Marġerina, ħlief marġerina likwida: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1517 10 10 |
– – Li fihom, bil-piż, iktar minn 10 % iżda inqas minn 15 % tax-xaħmijiet tal-ħalib |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15 |
|
1517 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1517 90 10 |
– – Li fihom, bil-piż, iktar minn 10 % iżda inqas minn 15 % tax-xaħmijiet tal-ħalib |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15 |
|
1704 |
Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1704 10 |
– Ċjuwing-gamm, miksi biz-zokkor jew le: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1704 10 10 |
– – Li fihom anqas minn 60 % tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) imfisser bħala sukrows) |
|
|
|
|
30 |
|
58 |
|
|
|
|
|
1704 10 90 |
– – Li fihom 60 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) imfisser bħala sukrows) |
|
|
|
|
16 |
|
70 |
|
|
|
|
|
1704 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1704 90 30 |
– – Ċikkulata bajda |
|
|
|
|
|
|
45 |
|
|
20 |
|
|
1704 90 51 sa 1704 90 99 |
– – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1806 |
Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn tal-ikel li fihom il-kawkaw: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1806 10 |
– Trab tal-kawkaw, li fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1806 10 20 |
– – Li fihom 5 % jew aktar iżda inqas minn 65 % tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
|
|
|
|
|
|
60 |
|
|
|
|
|
1806 10 30 |
– – Li fihom 65 % jew aktar iżda inqas minn 80 % tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows |
|
|
|
|
|
|
75 |
|
|
|
|
|
1806 10 90 |
– – Li fihom 80 % jew aktar tal-piż sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) jew isoglukows imfisser bħala sukrows. |
|
|
|
|
|
|
100 |
|
|
|
|
|
1806 20 |
– Preparazzjonijiet oħrajn fi blokki, ċangaturi jew biċċiet jiżnu iktar minn 2 kg jew f’forma likwida, pejst, trab, granulari jew f’xi forma oħra bl-ingrossa ġo kontenituri jew pakki diretti, b’kontenut itqal minn 2 kg |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
– Oħrajn, fi blokki, ċangaturi jew biċċiet: |
||||||||||||
|
1806 31 |
– – Mimlijin |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1806 32 |
– – Mhux mimlijin |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1806 90 |
– Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1901 |
Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet tal-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404 , ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1901 10 00 |
– Preparazzjonijiet għal użu tat-trabi, imqegħdin għall-bejgħ bl-imnut |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1901 20 00 |
– Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905 |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1901 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Estratt tax-xgħir: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1901 90 11 |
– – – B’kontenut ta’ estratt xott ta’ 90 % jew aktar tal-piż |
|
|
|
195 |
|
|
|
|
|
|
|
|
1901 90 19 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
159 |
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Oħrajn: |
|
|||||||||||
|
1901 90 99 |
– – – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1902 |
Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini (noodles), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat mod ieħor: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 11 00 |
– – Li fih il-bajd |
|
167 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 19 |
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 19 10 |
– – – Li ma fihomx dqiq jew pasta tal-qamħ komuni |
|
167 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 19 90 |
– – – Oħrajn |
67 |
100 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 20 |
– Għaġin mimli, imsajjar jew ippreparat mod ieħor jew le: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 20 91 |
– – – Imsajrin |
|
41 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 20 99 |
– – – Oħrajn |
|
116 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 30 |
– Għaġin ieħor: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 30 10 |
– – Imnixxef |
|
167 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 30 90 |
– – Oħrajn |
|
66 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 40 |
– Kuskus: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 40 10 |
– – Mhux preparat |
|
167 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1902 40 90 |
– – Oħrajn |
|
66 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1903 00 00 |
Tapjoka u sostituti tagħha ppreparati minn lamtu, f’forma ta’ qxur, ħbub, perli, frakijiet jew forom simili |
|
|
|
|
161 |
|
|
|
|
|
|
|
1904 |
Ikel preparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (pereżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1904 10 |
– Ikel preparat permezz tan-nefħa jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1904 10 10 |
– – Miksub mill-qamħirrun |
|
|
|
|
213 |
|
|
|
|
|
|
|
1904 10 30 |
– – Miksub mir-ross |
|
|
|
|
|
174 |
|
|
|
|
|
|
1904 10 90 |
– – Oħrajn |
|
53 |
|
53 |
53 |
53 |
|
|
|
|
|
|
1904 20 |
Ikel preparat miksub minn qxur taċ-ċereali mhux mixwijin jew minn taħlit ta’ qxur ta’ ċereali mhux mixwijin u qxur taċ-ċereali mixwijin jew ċereali minfuħin: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1904 20 10 |
– – Preparazzjoni tat-tip Müsli bbażata fuq qxur taċ-ċereali mhux mixwijin |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1904 20 91 |
– – – Miksub mill-qamħirrun |
|
|
|
|
213 |
|
|
|
|
|
|
|
1904 20 95 |
– – – Miksub mir-ross |
|
|
|
|
|
174 |
|
|
|
|
|
|
1904 20 99 |
– – – Oħrajn |
|
53 |
|
53 |
53 |
53 |
|
|
|
|
|
|
1904 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1904 90 10 |
– – Miksub mir-ross |
|
|
|
|
|
174 |
|
|
|
|
|
|
1904 90 80 |
– – Oħrajn |
|
174 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1905 |
Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1905 10 00 |
– Ħobż iqarmeċ (crispbread) |
|
|
140 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1905 20 |
– Kejk tal-ġinger (gingerbread) u prodotti bħalu: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1905 20 10 |
– – Li fih piż inqas minn 30 % sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
44 |
|
40 |
|
|
|
25 |
|
|
|
|
|
1905 20 30 |
– – Li fih piż 30 % jew iktar iżda inqas minn 50 % sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
33 |
|
30 |
|
|
|
45 |
|
|
|
|
|
1905 20 90 |
– – Li fih piż 50 % jew iktar sukrows (inkluż zokkor maqlub (invert) magħruf bħala sukrows) |
22 |
|
20 |
|
|
|
65 |
|
|
|
|
|
– Gallettini ħelwin; waffles u wejfers: |
|
|||||||||||
|
1905 31 |
– – Gallettini ħelwin |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1905 32 |
– – Waffles u wejfers |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1905 40 |
– Ħobż imbaskat (rusks), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
1905 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1905 90 10 |
– – Matzos |
168 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
1905 90 20 |
– – Ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalità li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill (sealing wafers), karta ostja u prodotti simili |
|
|
|
|
644 |
|
|
|
|
|
|
|
1905 90 30 sa 1905 90 90 |
– – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2001 |
Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b’aċtu aċetiku: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2001 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2001 90 30 |
– – Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) |
|
|
|
|
100(a) |
|
|
|
|
|
|
|
2001 90 40 |
– – Jammijiet, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu |
|
|
|
|
40(a) |
|
|
|
|
|
|
|
2004 |
Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2004 10 |
– Patata: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2004 10 91 |
– – – F’forma ta’ dqiq, pasta jew qxur |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2004 90 |
– Ħxejjex oħrajn u taħlit ta’ ħxejjex: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2004 90 10 |
– – Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) |
|
|
|
|
100(a) |
|
|
|
|
|
|
|
2005 |
Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2005 20 |
– Patata: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2005 20 10 |
– – F'forma ta’ dqiq, pasta jew qxur |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2005 80 00 |
– Qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) |
|
|
|
|
100(a) |
|
|
|
|
|
|
|
2008 |
Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– Oħrajn, inklużi taħlitiet ħlief dawk ta’ subtitlu 2008 19 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2008 99 |
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – Mingħajr spirtu miżjud: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – – Ma fihomx zokkor miżjud: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2008 99 85 |
– – – – – Qamħirrun, ħlief qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata) |
|
|
|
|
100(a) |
|
|
|
|
|
|
|
2008 99 91 |
– – – – – Jams, patata ħelwa u partijiet simili ta’ pjanti tajbin għall-ikel, li fihom 5 % jew aktar tal-piż lamtu |
|
|
|
|
40(a) |
|
|
|
|
|
|
|
2101 |
Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, te jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, te jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b’bażi ta’ kafè: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2101 12 |
– – Preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati jew b’bażi ta’ kafè: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2101 12 98 |
– – – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2101 20 |
– Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ te jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn l-estratti, essenzi jew konċentrati, jew b’bażi ta’ te jew matè: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Preparazzjonijiet: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2101 20 98 |
– – – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2101 30 |
– Ċikwejra inkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Ċikwejra inkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè inkaljati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2101 30 19 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
137 |
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Estratti, essenzi jew konċentrati ta’ ċikwejra inkaljata u sostituti oħrajn tal-kafè inkaljati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2101 30 99 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
245 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2102 |
Ħmira (attiva jew inattiva); mikroorganiżmi oħrajn b’ċellula waħda, mejtin (iżda ma jinkludux vaċċini ta’ titlu 3002 ); trabijiet tal-ħami ppreparati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2102 10 |
– Ħmira attiva: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Ħmira tal-furnara: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2102 10 31 |
– – – Imnixxfa |
|
|
|
|
|
|
|
425 |
|
|
|
|
2102 10 39 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
125 |
|
|
|
|
2105 00 |
Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2105 00 10 |
– Ma fihomx xaħmijiet tal-ħalib jew fihom inqas minn 3 % bil-piż minn dawn ix-xaħmijiet. |
|
|
|
|
|
|
25 |
|
10 |
|
|
|
– Fihom xaħmijiet tal-ħalib bil-piż: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2105 00 91 |
– – 3 % jew iktar iżda inqas minn 7 % |
|
|
|
|
|
|
20 |
|
|
23 |
|
|
2105 00 99 |
– – 7 % jew aktar |
|
|
|
|
|
|
23 |
|
|
35 |
|
|
2106 |
Preparazzjonijiet tal-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2106 10 |
– Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġin: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2106 10 80 |
– – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2106 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2106 90 98 |
– – – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
2202 |
Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2202 90 |
– Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Oħrajn, fihom piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2202 90 91 |
– – – Inqas minn 0,2 % |
|
|
|
|
|
|
10 |
|
8 |
|
|
|
2202 90 95 |
– – – 0,2 % jew iktar iżda inqas minn 2 % |
|
|
|
|
|
|
10 |
|
|
6 |
|
|
2202 90 99 |
– – – 2 % jew iktar |
|
|
|
|
|
|
10 |
|
|
13 |
|
|
2905 |
Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– Alkoħoli polidriċi oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2905 43 00 |
– – Mannitol |
|
|
|
|
|
|
300 |
|
|
|
|
|
2905 44 |
– – D-gluċitol (sorbitol): |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – F’soluzzjoni tal-ilma: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2905 44 11 |
– – – – Li fih 2 % jew inqas tal-piż ta’ D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol |
|
|
|
|
172 |
|
|
|
|
|
|
|
2905 44 19 |
– – – – Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
90 |
|
|
|
|
|
– – – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
2905 44 91 |
– – – – Li fih 2 % jew inqas tal-piż ta’ D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol |
|
|
|
|
245 |
|
|
|
|
|
|
|
2905 44 99 |
– – – – Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
128 |
|
|
|
|
|
3302 |
Taħlit ta’ sustanzi li jfuħu u taħlit (inklużi soluzzjonijiet alkoħoliċi) b’bażi ta’ waħda jew aktar minn dawn is-sustanzi, ta’ tip użati bħala materja prima fl-industrija; preparazzjonijiet oħrajn ibbażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użati għall-manifattura tax-xorb: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3302 10 |
– Ta’ tip użati fl-industriji tal-ikel u x-xorb: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – Ta’ tip użati fl-industriji tax-xorb: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – Preparazzjonijiet li fihom l-aġenti kollha ta’ taħwir li jikkaratterizzaw xarba: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – – – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3302 10 29 |
– – – – – Oħrajn |
Ara l-Anness II |
||||||||||
|
3505 |
Destrini u lamti oħrajn modifikati (per eżempju lamti preġelatinizzati jew esterifikati); kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew lamti oħrajn modifikati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3505 10 |
– Destrini u lamti oħrajn modifikati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3505 10 10 |
– – Destrini |
|
|
|
|
189 |
|
|
|
|
|
|
|
– – Lamti oħrajn modifikati: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3505 10 90 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
|
189 |
|
|
|
|
|
|
|
3505 20 |
– Kolol: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3505 20 10 |
– – Li fihom, bil-piż, inqas minn 25 % ta’ lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati |
|
|
|
|
48 |
|
|
|
|
|
|
|
3505 20 30 |
– – Li fihom, bil-piż, 25 % jew iktar iżda inqas minn 55 % ta’ lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati |
|
|
|
|
95 |
|
|
|
|
|
|
|
3505 20 50 |
– – Li fihom, bil-piż, 55 % jew iktar iżda inqas minn 80 % ta’ lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati |
|
|
|
|
151 |
|
|
|
|
|
|
|
3505 20 90 |
– – Li fihom, bil-piż, 80 % jew iktar lamti jew destrini jew lamti oħrajn modifikati |
|
|
|
|
189 |
|
|
|
|
|
|
|
3809 |
Aġenti għall-irfinar, katalisti (carriers) biex iħaffu iż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (pereżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3809 10 |
– B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3809 10 10 |
– – Li fihom bil-piż minn dawn is-sustanzi inqas minn 55 % |
|
|
|
|
95 |
|
|
|
|
|
|
|
3809 10 30 |
– – Li fihom bil-piż minn dawn is-sustanzi 55 % jew aktar iżda inqas minn 70 % |
|
|
|
|
132 |
|
|
|
|
|
|
|
3809 10 50 |
– – Li fihom bil-piż minn dawn is-sustanzi 70 % jew aktar iżda inqas minn 83 % |
|
|
|
|
161 |
|
|
|
|
|
|
|
3809 10 90 |
– – Li fihom bil-piż minn dawn is-sustanzi 83 % jew aktar |
|
|
|
|
189 |
|
|
|
|
|
|
|
3824 |
Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi tal-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3824 60 |
– Sorbitol ħlief dak ta’ subtitlu 2905 44 : |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
– – F’soluzzjoni milwiema: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3824 60 11 |
– – – Li fihom 2 % jew inqas bil-piż D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol |
|
|
|
|
172 |
|
|
|
|
|
|
|
3824 60 19 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
90 |
|
|
|
|
|
– – Oħrajn: |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3824 60 91 |
– – – Li fihom 2 % jew inqas bil-piż D-mannitol, meqjus fuq il-kontenut ta’ D-gluċitol |
|
|
|
|
245 |
|
|
|
|
|
|
|
3824 60 99 |
– – – Oħrajn |
|
|
|
|
|
|
128 |
|
|
|
|
ANNESS II
(imsemmija fl-Artikolu 3(3))
Kwantitajiet ta’ prodotti bażiċi meqjusa li ntużaw fejn l-Anness I jirreferi għal dan l-Anness
|
(għal kull 100 kg ta’ prodotti) |
||||||||
|
Xaħam tal-ħalib, proteini tal-ħalib, sukrows, zokkor maqlub u isoglukows; kontenuti ta’ lamtu u glukożju |
Trab tal-ħalib xkumat (PG2) |
Trab tal-ħalib sħiħ (PG3) |
Butir (PG6) |
Zokkor Abjad |
Qamħ komuni |
Qamħirrun |
||
|
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
kg |
|||
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
14 |
|
|
|
|
|
||
|
42 |
|
|
|
|
|
||
|
75 |
|
|
|
|
|
||
|
146 |
|
|
|
|
|
||
|
208 |
|
|
|
|
|
||
|
Li fihom 1,5 % jew aktar imma inqas minn 3 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
3 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
14 |
|
3 |
|
|
|
||
|
42 |
|
3 |
|
|
|
||
|
75 |
|
3 |
|
|
|
||
|
146 |
|
3 |
|
|
|
||
|
208 |
|
3 |
|
|
|
||
|
Li fihom 3 % jew aktar imma inqas minn 6 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
6 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
12 |
20 |
|
|
|
|
||
|
71 |
|
6 |
|
|
|
||
|
Li fihom 6 % jew aktar imma inqas minn 9 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
10 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
10 |
32 |
|
|
|
|
||
|
71 |
|
10 |
|
|
|
||
|
Li fihom 9 % jew aktar imma inqas minn 12 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
14 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
9 |
43 |
|
|
|
|
||
|
70 |
|
14 |
|
|
|
||
|
Li fihom 12 % jew aktar imma inqas minn 18 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
20 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
56 |
2 |
|
|
|
||
|
65 |
|
20 |
|
|
|
||
|
Li fihom 18 % jew aktar imma inqas minn 26 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
20 |
|
|
|
||
|
50 |
|
29 |
|
|
|
||
|
Li fihom 26 % jew aktar imma inqas minn 40 % bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
45 |
|
|
|
||
|
38 |
|
45 |
|
|
|
||
|
Li fihom bħala piż ta’ xaħam tal-ħalib: |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
63 |
|
|
|
||
|
|
|
81 |
|
|
|
||
|
|
|
99 |
|
|
|
||
|
|
|
117 |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
24 |
|
|
||
|
|
|
|
45 |
|
|
||
|
|
|
|
65 |
|
|
||
|
|
|
|
93 |
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
22 |
22 |
||
|
|
|
|
|
47 |
47 |
||
|
|
|
|
|
74 |
74 |
||
|
|
|
|
|
101 |
101 |
||
ANNESS III
(imsemmi fl-Artikolu 3(4))
Kodiċijiet addizzjonali bbażati fuq il-kompożizzjoni tal-prodotti
|
Xaħam tal-ħalib (% bħala piż) |
Proteini tal-ħalib (% bħala piż) (3) |
Lamtu/Glukows (% bħala piż) (1) |
||||||||||||||||||
|
≥ 0 < 5 |
≥ 5 < 25 |
≥ 25 < 50 |
≥ 50 < 75 |
≥ 75 |
||||||||||||||||
|
Sukrows/Zokkor maqlub/Isoglukows (% bħala piż) (2) |
||||||||||||||||||||
|
≥ 0 < 5 |
≥ 5 < 30 |
≥ 30 < 50 |
≥ 50 < 70 |
≥ 70 |
≥ 0 < 5 |
≥ 5 < 30 |
≥ 30 < 50 |
≥ 50 < 70 |
≥ 70 |
≥ 0 < 5 |
≥ 5 < 30 |
≥ 30 < 50 |
≥ 50 |
≥ 0 < 5 |
≥ 5 < 30 |
≥ 30 |
≥ 0 < 5 |
≥ 5 |
||
|
≥ 0 < 1,5 |
≥ 0 < 2,5 |
7 000 |
7 001 |
7 002 |
7 003 |
7 004 |
7 005 |
7 006 |
7 007 |
7 008 |
7 009 |
7 010 |
7 011 |
7 012 |
7 013 |
7 015 |
7 016 |
7 017 |
7 758 |
7 759 |
|
≥ 2,5 < 6 |
7 020 |
7 021 |
7 022 |
7 023 |
7 024 |
7 025 |
7 026 |
7 027 |
7 028 |
7 029 |
7 030 |
7 031 |
7 032 |
7 033 |
7 035 |
7 036 |
7 037 |
7 768 |
7 769 |
|
|
≥ 6 < 18 |
7 040 |
7 041 |
7 042 |
7 043 |
7 044 |
7 045 |
7 046 |
7 047 |
7 048 |
7 049 |
7 050 |
7 051 |
7 052 |
7 053 |
7 055 |
7 056 |
7 057 |
7 778 |
7 779 |
|
|
≥ 18 < 30 |
7 060 |
7 061 |
7 062 |
7 063 |
7 064 |
7 065 |
7 066 |
7 067 |
7 068 |
7 069 |
7 070 |
7 071 |
7 072 |
7 073 |
7 075 |
7 076 |
7 077 |
7 788 |
7 789 |
|
|
≥ 30 < 60 |
7 080 |
7 081 |
7 082 |
7 083 |
7 084 |
7 085 |
7 086 |
7 087 |
7 088 |
X |
7 090 |
7 091 |
7 092 |
X |
7 095 |
7 096 |
X |
X |
X |
|
|
≥ 60 |
7 800 |
7 801 |
7 802 |
X |
X |
7 805 |
7 806 |
7 807 |
X |
X |
7 810 |
7 811 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
≥ 1,5 < 3 |
≥ 0 < 2,5 |
7 100 |
7 101 |
7 102 |
7 103 |
7 104 |
7 105 |
7 106 |
7 107 |
7 108 |
7 109 |
7 110 |
7 111 |
7 112 |
7 113 |
7 115 |
7 116 |
7 117 |
7 798 |
7 799 |
|
≥ 2,5 < 6 |
7 120 |
7 121 |
7 122 |
7 123 |
7 124 |
7 125 |
7 126 |
7 127 |
7 128 |
7 129 |
7 130 |
7 131 |
7 132 |
7 133 |
7 135 |
7 136 |
7 137 |
7 808 |
7 809 |
|
|
≥ 6 < 18 |
7 140 |
7 141 |
7 142 |
7 143 |
7 144 |
7 145 |
7 146 |
7 147 |
7 148 |
7 149 |
7 150 |
7 151 |
7 152 |
7 153 |
7 155 |
7 156 |
7 157 |
7 818 |
7 819 |
|
|
≥ 18 < 30 |
7 160 |
7 161 |
7 162 |
7 163 |
7 164 |
7 165 |
7 166 |
7 167 |
7 168 |
7 169 |
7 170 |
7 171 |
7 172 |
7 173 |
7 175 |
7 176 |
7 177 |
7 828 |
7 829 |
|
|
≥ 30 < 60 |
7 180 |
7 181 |
7 182 |
7 183 |
X |
7 185 |
7 186 |
7 187 |
7 188 |
X |
7 190 |
7 191 |
7 192 |
X |
7 195 |
7 196 |
X |
X |
X |
|
|
≥ 60 |
7 820 |
7 821 |
7 822 |
X |
X |
7 825 |
7 826 |
7 827 |
X |
X |
7 830 |
7 831 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
≥ 3 < 6 |
≥ 0 < 2,5 |
7 840 |
7 841 |
7 842 |
7 843 |
7 844 |
7 845 |
7 846 |
7 847 |
7 848 |
7 849 |
7 850 |
7 851 |
7 852 |
7 853 |
7 855 |
7 856 |
7 857 |
7 858 |
7 859 |
|
≥ 2,5 < 12 |
7 200 |
7 201 |
7 202 |
7 203 |
7 204 |
7 205 |
7 206 |
7 207 |
7 208 |
7 209 |
7 210 |
7 211 |
7 212 |
7 213 |
7 215 |
7 216 |
7 217 |
7 220 |
7 221 |
|
|
≥ 12 |
7 260 |
7 261 |
7 262 |
7 263 |
7 264 |
7 265 |
7 266 |
7 267 |
7 268 |
7 269 |
7 270 |
7 271 |
7 272 |
7 273 |
7 275 |
7 276 |
X |
7 838 |
X |
|
|
≥ 6 < 9 |
≥ 0 < 4 |
7 860 |
7 861 |
7 862 |
7 863 |
7 864 |
7 865 |
7 866 |
7 867 |
7 868 |
7 869 |
7 870 |
7 871 |
7 872 |
7 873 |
7 875 |
7 876 |
7 877 |
7 878 |
7 879 |
|
≥ 4 < 15 |
7 300 |
7 301 |
7 302 |
7 303 |
7 304 |
7 305 |
7 306 |
7 307 |
7 308 |
7 309 |
7 310 |
7 311 |
7 312 |
7 313 |
7 315 |
7 316 |
7 317 |
7 320 |
7 321 |
|
|
≥ 15 |
7 360 |
7 361 |
7 362 |
7 363 |
7 364 |
7 365 |
7 366 |
7 367 |
7 368 |
7 369 |
7 370 |
7 371 |
7 372 |
7 373 |
7 375 |
7 376 |
X |
7 378 |
X |
|
|
≥ 9 < 12 |
≥ 0 < 6 |
7 900 |
7 901 |
7 902 |
7 903 |
7 904 |
7 905 |
7 906 |
7 907 |
7 908 |
7 909 |
7 910 |
7 911 |
7 912 |
7 913 |
7 915 |
7 916 |
7 917 |
7 918 |
7 919 |
|
≥ 6 < 18 |
7 400 |
7 401 |
7 402 |
7 403 |
7 404 |
7 405 |
7 406 |
7 407 |
7 408 |
7 409 |
7 410 |
7 411 |
7 412 |
7 413 |
7 415 |
7 416 |
7 417 |
7 420 |
7 421 |
|
|
≥ 18 |
7 460 |
7 461 |
7 462 |
7 463 |
7 464 |
7 465 |
7 466 |
7 467 |
7 468 |
X |
7 470 |
7 471 |
7 472 |
X |
7 475 |
7 476 |
X |
X |
X |
|
|
≥ 12 < 18 |
≥ 0 < 6 |
7 940 |
7 941 |
7 942 |
7 943 |
7 944 |
7 945 |
7 946 |
7 947 |
7 948 |
7 949 |
7 950 |
7 951 |
7 952 |
7 953 |
7 955 |
7 956 |
7 957 |
7 958 |
7 959 |
|
≥ 6 < 18 |
7 500 |
7 501 |
7 502 |
7 503 |
7 504 |
7 505 |
7 506 |
7 507 |
7 508 |
7 509 |
7 510 |
7 511 |
7 512 |
7 513 |
7 515 |
7 516 |
7 517 |
7 520 |
7 521 |
|
|
≥ 18 |
7 560 |
7 561 |
7 562 |
7 563 |
7 564 |
7 565 |
7 566 |
7 567 |
7 568 |
X |
7 570 |
7 571 |
7 572 |
X |
7 575 |
7 576 |
X |
X |
X |
|
|
≥ 18 < 26 |
≥ 0 < 6 |
7 960 |
7 961 |
7 962 |
7 963 |
7 964 |
795 |
7 966 |
7 967 |
7 968 |
7 969 |
7 970 |
7 971 |
7 972 |
7 973 |
7 975 |
7 976 |
7 977 |
7 978 |
7 979 |
|
≥ 6 |
7 600 |
7 601 |
7 602 |
7 603 |
7 604 |
7 605 |
7 606 |
7 607 |
7 608 |
7 609 |
7 610 |
7 611 |
7 612 |
7 613 |
7 615 |
7 616 |
X |
7 620 |
X |
|
|
≥ 26 < 40 |
≥ 0 < 6 |
7 980 |
7 981 |
7 982 |
7 983 |
7 984 |
7 985 |
7 986 |
7 987 |
7 988 |
X |
7 990 |
7 991 |
7 992 |
X |
7 995 |
7 996 |
X |
X |
X |
|
≥ 6 |
7 700 |
7 701 |
7 702 |
7 703 |
X |
7 705 |
7 706 |
7 707 |
7 708 |
X |
7 710 |
7 711 |
7 712 |
X |
7 715 |
7 716 |
X |
X |
X |
|
|
≥ 40 < 55 |
|
7 720 |
7 721 |
7 722 |
7 723 |
X |
7 725 |
7 726 |
7 727 |
7 728 |
X |
7 730 |
7 731 |
7 732 |
X |
7 735 |
7 736 |
X |
X |
X |
|
≥ 55 < 70 |
7 740 |
7 741 |
7 742 |
X |
X |
7 745 |
7 746 |
7 747 |
X |
X |
7 750 |
7 751 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
≥ 70 < 85 |
7 760 |
7 761 |
7 762 |
X |
X |
7 765 |
7 766 |
X |
X |
X |
7 770 |
7 771 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
|
≥ 85 |
7 780 |
7 781 |
X |
X |
X |
7 785 |
7 786 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
|
Lamtu/glukows
Il-kontenut tal-prodotti (kif ippreżentati) fil-lamtu, il-prodotti tad-degradazzjoni tiegħu, jiġfieri l-polimeri kollha tal-glukows, u l-glukows, determinati bħala glukows u espressi bħala lamtu (fuq bażi ta’ materjal xott, b’purità ta’ 100 %; fattur għall-konverżjoni ta’ glukows f’lamtu: 0,9).
Madankollu, fejn tkun iddikjarata u/jew jinsab li fil-prodotti hemm taħlita ta’ glukows u fruktows (fi kwalunkwe sura), l-ammont ta’ glukows li għandu jkun inkluż fil-kalkolu ta’ hawn fuq huwa dak li huwa aktar mill-kontenut ta’ fruktows fil-prodotti.
Sukrows/zokkor maqlub/isoglukows
Il-kontenut tal-prodotti (kif ippreżentati), fis-sukrows, flimkien mas-sukrows li jirriżulta meta tkun espressa bħala sukrows kull taħlita ta’ glukows u fruktows (it-total aritmetiku tal-ammonti ta’ dawn iż-żewġ zokkrijiet multiplikat b’0,95), li huwa ddikjarat (fi kwalunkwe sura) u/jew jinsab li hemm fil-prodotti.
Madankollu fejn il-kontenut ta’ fruktows fil-prodotti ikun inqas mill-kontenut tal-glukows, l-ammont ta’ glukows li jrid jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ hawn fuq għandu jkun ammont daqs, skont il-piż, għal dak tal-fruktows.
Nota: Fil-każijiet kollha, fejn ikun iddikjarat prodott ta’ idrolisi tal-laktows, u/jew jinsab li hemm galaktows fost iz-zokkrijiet, l-ammont ta’ glukows daqs dak ta’ galaktows jitnaqqas mill-kontenut totali ta’ glukows qabel isiru xi kalkoli oħrajn.
Proteini tal-ħalib
Kaseini u/jew kaseinati li jagħmlu parti mill-prodotti ma għandhomx jitqiesu bħala proteini tal-ħalib jekk il-prodotti ma jkunx fihom xi kostitwent ieħor ta’ oriġini lattika.
Xaħam tal-ħalib li jinsab fil-prodotti f’inqas minn 1 %, u laktows f’inqas minn 1 %, tal-piż, ma jitqisux bħala kostitwenti oħrajn ta’ oriġini lattika.
Meta jkunu lesti l-formalitajiet tad-dwana, il-persuna kkonċernata trid tinkludi fuq id-dikjarazzjoni adatta: “ingredjent uniku tal-ħalib: kaseina/kaseinat”, jekk dan ikun il-każ.