|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2649 |
29.11.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2649
tat-28 ta’ Novembru 2023
li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali uniku “Hokoex” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2017, Hokochemie GmbH issottomettiet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni ta’ prodott bijoċidali uniku bl-isem ta’ “Hokoex” tat-tip ta’ prodott 18, kif deskritt fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament, u pprovdiet konferma bil-miktub li l-awtorità kompetenti tal-Iżvizzera qablet li tevalwa l-applikazzjoni. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-TH035808-24 fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali. |
|
(2) |
“Hokoex” fih iċ-ċiromażina bħala s-sustanza attiva inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tip ta’ prodott 18. |
|
(3) |
Fil-25 ta’ Marzu 2021, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ressqet, f’konformità mal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, rapport ta’ valutazzjoni u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tagħha lill-Aġenzija. |
|
(4) |
Fl-4 ta’ Novembru 2021, l-Aġenzija ssottomettiet l-opinjoni (2) tagħha, l-abbozz tas-sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott Bijoċidali (SPC) ta’ “Hokoex” u r-rapport ta’ valutazzjoni finali dwar il-prodott bijoċidali uniku, lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
L-opinjoni tikkonkludi li “Hokoex” huwa prodott bijoċidali uniku skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1), il-punt (r), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li huwa eliġibbli għall-awtorizzazzjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament u li, soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(6) |
Fit-2 ta’ Diċembru 2021, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni l-abbozz tal-SPC fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għaldaqstant tqis li huwa xieraq li tingħata awtorizzazzjoni tal-Unjoni għal “Hokoex”. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0027471-0000 hija mogħtija lil Hokochemie GmbH biex tagħmel disponibbli fis-suq il-prodott bijoċidali uniku “Hokoex”, u għall-użu tiegħu, f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali stabbilita fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mid-19 ta’ Diċembru 2023 sat-30 ta’ Novembru 2033.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Opinjoni tal-ECHA tal-14 ta’ Ottubru 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-prodott bijoċidali “Hokoex” (ECHA/BPC/297/2021), https://echa.europa.eu/it/opinions-on-union-authorisation
ANNESS
Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott għal prodott bijoċidali
Hokoex
Tip ta’ prodott 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti)
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0027471-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0027471-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/ismijiet kummerċjali |
HOKOEX Żero Catch Elmadex Cyracid 2.0 HO.K.O. Meijerin Toukkatuho Cyracid 2.0 Diptosol But-ex Fly tomb 2.0 Neo-Larventox C BEG Madenstop Ultra Larvo-Mix BEG Larva C2 Ultra |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Isem |
Hokochemie GmbH |
|
Indirizz |
Pannerhofstrasse 7, 6353 Weggis l-Iżvizzera |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
EU-0027471-0000 |
|
|
Numru tal-assi R4BP |
EU-0027471-0000 |
|
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
Id-19 ta’ Diċembru 2023 |
|
|
Data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni |
It-30 ta’ Novembru 2033 |
|
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem il-manifattur |
Schirm GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Geschwister-Scholl-Strasse 127, 39218 Schönebeck il-Ġermanja |
|
Post tas-siti tal-manifattura |
Dieselstrasse 8, 85107 Baar-Ebenhausen il-Ġermanja |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza/i attiva/i
|
Sustanza attiva |
N-ċiklopropil-1,3,5-triażina-2,4,6-triammina (Ċiromażina) |
|
Isem il-manifattur |
Jiangsu Flag Chemical Industry Co., Ltd |
|
Indirizz tal-manifattur |
Suyan Road, 210042 Nanjing iċ-Ċina |
|
Post tas-siti tal-manifattura |
Huangyu Industrial Zone, — Shangtang, Zhejiang iċ-Ċina |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru KE |
Kontenut (%) |
|
N-ċiklopropil-1,3,5-triażina-2,4,6-triammina (Ċiromażina) |
|
Sustanza Attiva |
66215-27-8 |
266-257-8 |
2,0 |
2.2. Tip ta’ formulazzjoni
SG — Granulu li jinħall fl-ilma
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
Evita r-rilaxx fl-ambjent. Armi l-kontenut fi (skont ir-regolamenti lokali). |
4. UŻU/UŻIJIET AWTORIZZAT(I)
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1.
Użu # 1 — Kontroll tad-dubbien li jagħti fastidju u li jigdem fit-trobbija professjonali tal-bhejjem fil-biedja professjonali — utenti professjonali
|
Tip ta’ prodott |
TP 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti) |
||||||||||||||
|
Jekk rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Larviċida għall-kontroll tad-dubbien li jagħti fastidju u li jigdem fit-trobbija professjonali tal-bhejjem: Fuq ġewwa għall-użu f’alloġġi tal-annimali tat-tipi ta’ annimali li ġejjin f’postijiet fejn id-demel u/jew eskrementi oħra ma jkunux ikkompressati: baqar tal-ħalib, baqar taċ-ċanga, għoġġiela tal-vitella, ħnieżer nisa fi mqajjel individwali, ħnieżer nisa fi gruppi, ħnieżer tas-simna, tiġieġ tal-bajd imrobbija fil-beraħ, tiġieġ tal-bajd f’batteriji ta’ gaġeġ arrikkiti, tiġieġ tas-simna, dundjani, papri, wiżż, fniek, żwiemel, mogħoż, nagħaġ, u minks. |
||||||||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju tal-iżvilupp) |
Isem xjentifiku: Muscidae: Isem komuni: Dubbien Stadju tal-iżvilupp: L-istadji kollha tal-larva |
||||||||||||||
|
Qasam/oqsma tal-użu |
Fuq ġewwa Fuq ġewwa fl-alloġġi tal-annimali |
||||||||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: Sprejjar bi pressjoni baxxa — Żid l-ilma mal-prodott bejn wieħed u ieħor sa nofs il-volum finali tal-ilma, ħawwad sewwa, żid sal-volum finali u ħawwad ftit qabel l-użu. Sprejja fl-istess ġurnata. Fil-każ ta’ materja organika xotta, applika biss permezz ta’ sprejjar jew ta’ tferrigħ. Metodu: Tferrigħ Deskrizzjoni dettaljata: Tferrigħ b’landa tat-tisqija tal-ilma — Żid l-ilma mal-prodott bejn wieħed u ieħor sa nofs il-volum finali tal-ilma, ħawwad sewwa, żid sal-volum finali u ħawwad ftit qabel l-użu. Uża fl-istess ġurnata. Metodu: Tixrid Deskrizzjoni dettaljata: Tixrid xott bl-idejn — Applika direttament fil-postijiet fejn jiżviluppa d-dud tad-dubbien. Ixxerridx fuq demel niexef jew fuq demel b’superfiċe niexfa. Fil-każ ta’ materja organika xotta, applika biss permezz ta’ sprejjar jew ta’ tferrigħ. |
||||||||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Sprejjar bi pressjoni baxxa: 25 g/m2 (prodott mhux dilwit (granuli)) Dilwizzjoni (%): Għal superfiċe ta’ 10 m2 żid 250 g ta’ prodott fl-ilma, imla sa volum totali ta’ bejn 1 u 4 litri skont l-umdità tas-substrat li għandu jiġi ttrattat. Għadd u ħin tal-applikazzjoni: Applikazzjoni inizjali: Idealment ftit wara t-tindif tal-istalel jew direttament qabel l-istaġun tad-dubbien. Jista’ jiġi applikat ukoll meta jibda l-istaġun tad-dubbien. Minħabba l-mod ta’ azzjoni taċ-ċiromażina, il-kontroll effettiv tal-larvi ma jibdiex minnufih. Il-prodott bijoċidali jikkontrolla b’mod effiċjenti l-popolazzjonijiet tad-dubbien minn ġimagħtejn sa 10 ġimgħat wara t-trattament bil-larviċida. Applikazzjoni mill-ġdid Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ripetuti ladarba jerġgħu jidhru l-larvi tad-dubbien. Għall-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet, ara t-taqsima struzzjonijiet speċifiċi għall-użu hawn taħt. Rata ta’ Applikazzjoni: Tferrigħ b’landa tat-tisqija tal-ilma: 25 g/m2 (prodott mhux dilwit (granuli)) Dilwizzjoni (%): Għal superfiċe ta’ 10 m2 żid 250 g ta’ prodott fl-ilma, imla sa volum totali ta’ bejn 4 u 10 litri skont l-umdità tas-substrat li għandu jiġi ttrattat. Għadd u ħin tal-applikazzjoni: Applikazzjoni inizjali: Idealment ftit wara t-tindif tal-istalel jew direttament qabel l-istaġun tad-dubbien. Jista’ jiġi applikat ukoll meta jibda l-istaġun tad-dubbien. Minħabba l-mod ta’ azzjoni taċ-ċiromażina, il-kontroll effettiv tal-larvi ma jibdiex minnufih. Il-prodott bijoċidali jikkontrolla b’mod effiċjenti l-popolazzjonijiet tad-dubbien minn ġimagħtejn sa 10 ġimgħat wara t-trattament bil-larviċida. Applikazzjoni mill-ġdid Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ripetuti ladarba jerġgħu jidhru l-larvi tad-dubbien. Għall-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet, ara t-taqsima struzzjonijiet speċifiċi għall-użu hawn taħt. Rata ta’ Applikazzjoni: Tixrid xott bl-idejn: 25 g/m2 Dilwizzjoni (%): Applikazzjoni diretta tal-granuli Għadd u ħin tal-applikazzjoni: Applikazzjoni inizjali: Idealment ftit wara t-tindif tal-istalel jew direttament qabel l-istaġun tad-dubbien. Jista’ jiġi applikat ukoll meta jibda l-istaġun tad-dubbien. Minħabba l-mod ta’ azzjoni taċ-ċiromażina, il-kontroll effettiv tal-larvi ma jibdiex minnufih. Il-prodott bijoċidali jikkontrolla b’mod effiċjenti l-popolazzjonijiet tad-dubbien minn ġimagħtejn sa 10 ġimgħat wara t-trattament bil-larviċida. Applikazzjoni mill-ġdid Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ripetuti ladarba jerġgħu jidhru l-larvi tad-dubbien. Għall-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet, ara t-taqsima struzzjonijiet speċifiċi għall-użu hawn taħt. |
||||||||||||||
|
Kategorija/i tal-utenti |
Professjonali |
||||||||||||||
|
Daqsijiet tal-pakketti u materjal tal-imballaġġ |
Daqsijiet:
Materjali tal-imballaġġ:
|
4.1.1. Struzzjonijiet għall-użu speċifiċi għall-użu
Applikazzjoni tal-isprej biss bi pressa baxxa ’l isfel bl-użu ta’ bexxiexa li tintlibes mad-dahar.
Ilbes xedd tas-saqajn/bwiez b’saħħithom matul l-applikazzjoni tal-prodott.
Il-prodott jista’ jiġi applikat permezz ta’ sprejjar, tferrigħ jew tixrid xott. F’sena huwa permess wieħed biss minn dawk il-metodi ta’ applikazzjoni speċifiċi bl-għadd massimu tiegħu ta’ applikazzjonijiet ta’ prodotti bijoċidali.
Baqar f’żoni tat-tismin jew fi mqajjel tat-trobbija (baqar tal-ħalib, baqar taċ-ċanga, għoġġiela tal-vitella):
Applika f’medda ta’ 50 cm tul il-ħitan, taħt u maġenb l-installazzjonijiet tal-makkinarju. L-ewwel applikazzjoni l-aħjar issir minn jum sa 3 ijiem wara t-tneħħija tad-demel, ladarba d-demel jibda jakkumula mill-ġdid.
Sprejjar jew tferrigħ:
|
— |
Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar tal-ħalib |
|
— |
Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar taċ-ċanga u għall-għoġġiela tal-vitella |
Tixrid xott:
|
— |
Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar tal-ħalib |
|
— |
Massimu ta’ 2 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar taċ-ċanga u għall-għoġġiela tal-vitella |
Baqar fuq art tal-malja (baqar tal-ħalib, baqar taċ-ċanga, għoġġiela tal-vitella):
Applika f’medda ta’ 50 cm tul il-ħitan, taħt u maġenb l-installazzjonijiet tal-makkinarju. Meta jiġi ttrattat id-demel likwidu, il-granuli jistgħu jiġu mferrxa direttament. L-ewwel applikazzjoni l-aħjar issir minn jum sa 3 ijiem wara t-tneħħija tad-demel, ladarba d-demel jibda jakkumula mill-ġdid. Fl-imqawel tal-baqar b’paviment f’għamla ta’ gradilja applika b’mod uniformi mas-superfiċe kollha.
Sprejjar jew tferrigħ:
|
— |
Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar tal-ħalib |
|
— |
Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar taċ-ċanga u għall-għoġġiela tal-vitella |
Tixrid xott:
|
— |
Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar tal-ħalib |
|
— |
Massimu ta’ 2 applikazzjonijiet fis-sena għall-baqar taċ-ċanga u għall-għoġġiela tal-vitella |
Ħnieżer (ħnieżer nisa fi mqawel individwali, ħnieżer nisa fi gruppi u ħnieżer tas-simna):
Applika f’medda ta’ 50 cm tul il-ħitan, taħt u maġenb l-installazzjonijiet tal-makkinarju.
Sprejjar jew tferrigħ: Massimu ta’ 2 applikazzjonijiet fis-sena.
Tixrid xott: Massimu ta’ applikazzjoni waħda fis-sena.
Pollam (Tiġieġ u tiġieġ tas-simna — batteriji ta’ gaġeġ u trobbija fil-beraħ):
Tiġieġ tas-simna mrobbija fil-beraħ fuq mifrex jew paviment bi gradilja, tiġieġ tas-simna ġenituri mrobbija fil-beraħ jew imrobbija fuq paviment bi gradilja (trobbija fuq ġewwa), tiġieġ tal-bajd f’batteriji ta’ gaġeġ arrikkiti jew imrobbija fil-beraħ fuq art bil-mifrex: Applika fuq is-superfiċe kollha. Ibda t-trattament madwar ġimgħa wara t-tneħħija tal-eskrementi iżda qabel ma jkun akkumula fond ta’ 10 cm.
Tiġieġ tal-bajd bi trobbija fil-beraħ b’paviment bi gradilja: Applika fiż-żona taħt il-bejtiet u taħt il-ħwat tal-għalf.
Applikazzjoni biss permezz ta’ sprejjar jew tferrigħ: Massimu ta’ applikazzjoni waħda fis-sena.
Pollam (Dundjani, papri, u wiżż):
Applika fuq is-superfiċe kollha. Ibda t-trattament madwar ġimgħa wara t-tneħħija tal-eskrementi iżda qabel ma jkun akkumula fond ta’ 10 cm.
Sprejjar, tferrigħ jew tixrid xott: Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena.
Fniek:
Ittratta s-superfiċe kollha tal-fosos taħt il-gaġeġ madwar 3 ijiem wara li jaslu l-annimali.
Sprejjar, tferrigħ jew tixrid xott: Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena.
Żwiemel:
Applika f’medda ta’ 50 cm tul il-ħitan, taħt u ħdejn l-installazzjonijiet tal-makkinarju permezz ta’ tixrid xott, tferrigħ jew sprejjar.
L-ewwel applikazzjoni l-aħjar issir minn jum sa 3 ijiem wara t-tneħħija tad-demel, ladarba d-demel jibda jakkumula mill-ġdid. Għall-aħjar riżultati, uża fuq imraqad mhux ikkumpattati.
Sprejjar jew tferrigħ: Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena.
Tixrid xott: Massimu ta’ 2 applikazzjonijiet fis-sena.
Imqawel tal-mogħoż u tan-nagħaġ:
Ittratta s-superfiċe kollha tal-mifrex, rispettivament is-superfiċe kollha tal-art f’każ ta’ pavimenti f’għamla ta’ gradilja.
Sprejjar jew tferrigħ: Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena.
Tixrid xott: Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena.
Minks:
Ittratta ż-żona direttament taħt il-gaġeġ fejn jaqgħu l-eskrementi matul iċ-ċiklu tat-trobbija.
Massimu ta’ trattament wieħed fis-sena.
Wara l-użu, it-tagħmir tal-applikazzjoni għandu jitbattal minn kwalunkwe prodott residwu u jitlaħlaħ bl-ilma.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
|
— |
Matul l-immaniġġar tal-prodott pur (tixrid manwali xott, taħlit u tagħbija): ilbes ingwanti protettivi reżistenti għas-sustanzi kimiċi (il-materjal tal-ingwanti għandu jkun speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott). |
|
— |
Matul l-applikazzjoni tal-prodott dilwit permezz ta’ sprejjar jew b’landa tat-tisqija tal-ilma u matul it-tindif tat-tagħmir tal-isprejjar jew tal-landa tat-tisqija tal-ilma: ilbes ingwanti protettivi reżistenti għas-sustanzi kimiċi (il-materjal tal-ingwanti jrid ikun speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott) u coveralls miksijin. Iż-żona ttrattata bl-isprej trid tkun limitata għal 600 m2 kuljum għal kull utent. |
|
— |
Adatta ż-żennuna u l-pressjoni tat-tagħmir tal-isprej biex tiżgura rata minima ta’ applikazzjoni ta’ litru wieħed/min. |
|
— |
Uża coveralls ta’ protezzjoni li jintremew wara l-użu (mill-inqas it-tip 6, EN 13034). |
|
— |
Għall-użu biss f’żoni li mhumiex aċċessibbli għat-tfal. |
|
— |
Tapplikax direttament fuq l-annimali. |
|
— |
Tapplikax direttament fuq jew ħdejn l-ikel, l-għalf jew ix-xorb, jew fuq superfiċi jew aċċessorji li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel, l-għalf, ix-xorb jew il-bhejjem. |
|
— |
Taħżinx qrib l-ikel, ix-xorb u l-għalf tal-annimali. |
|
— |
Tużax fl-istazzjonijiet tat-tnissil jew f’żoni oħra tat-tnissil għall-flieles |
|
— |
Tużax il-prodott bijoċidali fl-alloġġi tal-annimali fejn ma jkunx jista’ jiġi evitat l-esponiment għal impjant tat-trattament tad-drenaġġ jew l-emissjoni diretta għall-ilma tas-superfiċe. |
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti probabbli diretti jew indiretti, struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 2.
Użu # 2 — Kontroll tad-dubbien li jagħti fastidju u li jigdem fit-trobbija tal-annimali — utenti mhux professjonali
|
Tip ta’ prodott |
TP 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti) |
||||||||||||
|
Jekk rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Larviċida għall-kontroll tad-dubbien li jagħti fastidju u li jigdem fit-trobbija tal-annimali: Fuq ġewwa fl-alloġġi tal-annimali (żwiemel, nagħaġ, mogħoż, fniek, inmsa). |
||||||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju tal-iżvilupp) |
Isem xjentifiku: Muscidae: Isem komuni: Dubbien Stadju tal-iżvilupp: L-istadji kollha tal-larva |
||||||||||||
|
Qasam/oqsma tal-użu |
Fuq ġewwa Fuq ġewwa fl-alloġġi tal-annimali. |
||||||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: Sprejjar bi pressjoni baxxa: — Żid l-ilma mal-prodott bejn wieħed u ieħor sa nofs il-volum finali tal-ilma, ħawwad sewwa, żid sal-volum finali u ħawwad ftit qabel l-użu. Sprejja fl-istess ġurnata. Metodu: Tixrid Deskrizzjoni dettaljata: Tixrid xott — Applika l-prodott direttament fil-postijiet fejn jiżviluppa d-dud tad-dubbien. Ixxerridx fuq demel niexef jew fuq demel b’superfiċe niexfa. Fil-każ ta’ materja organika xotta, applika biss permezz ta’ sprejjar. |
||||||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: Sprejjar bi pressjoni baxxa: 25 g/m2 (prodott mhux dilwit (granuli)) Dilwizzjoni (%): Għal superfiċe ta’ 10 m2 żid 250 g ta’ prodott fl-ilma, imla sa volum totali ta’ bejn 1 u 4 litri skont l-umdità tas-substrat li għandu jiġi ttrattat. --Dilwizzjoni 250 g f’1 L: 100 ml meħtieġa għal kull 1 m2; 5 L meħtieġa għal kull 50 m2 -- -- Dilwizzjoni 250 g f’2 L: 200 ml meħtieġa għal kull 1 m2; 10L meħtieġa għal kull 50 m2 --- Dilwizzjoni 250 g fi 3 L: 300 ml meħtieġa għal kull 1 m2; 15L meħtieġa għal kull 50 m2 --- Dilwizzjoni 250 g f’4 L: 400 ml meħtieġa għal kull 1 m2; 20L meħtieġ għal kull 50 m2 -- Għadd u ħin tal-applikazzjoni: Minħabba l-mod ta’ azzjoni taċ-ċiromażina, il-kontroll effettiv tal-larvi ma jibdiex minnufih. Il-prodott bijoċidali jikkontrolla b’mod effiċjenti l-popolazzjonijiet tad-dubbien minn ġimagħtejn sa 10 ġimgħat wara t-trattament bil-larviċida. Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ripetuti ladarba jerġgħu jidhru l-larvi tad-dubbien. Għall-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet, ara t-taqsima struzzjonijiet speċifiċi għall-użu hawn taħt. Rata ta’ Applikazzjoni: Tixrid xott: 25 g/m2 Dilwizzjoni (%): Applikazzjoni diretta tal-granuli Għadd u ħin tal-applikazzjoni: Minħabba l-mod ta’ azzjoni taċ-ċiromażina, il-kontroll effettiv tal-larvi ma jibdiex minnufih. Il-prodott bijoċidali jikkontrolla b’mod effiċjenti l-popolazzjonijiet tad-dubbien minn ġimagħtejn sa 10 ġimgħat wara t-trattament bil-larviċida. Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ripetuti ladarba jerġgħu jidhru l-larvi tad-dubbien. Għall-għadd massimu ta’ applikazzjonijiet, ara t-taqsima struzzjonijiet speċifiċi għall-użu hawn taħt. |
||||||||||||
|
Kategorija/i tal-utenti |
Pubbliku ġenerali (mhux professjonali) |
||||||||||||
|
Daqsijiet tal-pakketti u materjal tal-imballaġġ |
Daqsijiet:
Materjali tal-imballaġġ:
L-imballaġġi għall-utenti privati jeħtieġ li jiġu fornuti b’apparat tal-kejl. |
4.2.1. Struzzjonijiet għall-użu speċifiċi għall-użu
Ilbes xedd tas-saqajn/bwiez b’saħħithom matul l-applikazzjoni tal-prodott.
Ħejji s-soluzzjoni tal-isprej billi żżid il-volum xieraq tal-prodott bijoċidali mal-volum meħtieġ ta’ ilma nadif u ħallat.
Il-volum xieraq tal-prodott bijoċidali jitkejjel bl-użu tal-apparat tad-dożaġġ ipprovdut fl-imballaġġ f’konformità mat-tabella dwar ir-rata/i ta’ applikazzjoni u l-frekwenza.
Għall-isprejjar: Applika dan il-prodott biss b’apparat ta’ pressjoni baxxa li jinżamm u jitħaddem bl-idejn (3 bar jew anqas) preferibbilment flimkien ma’ tarka tal-isprejjar.
Għat-tixrid: Applika dan il-prodott biss bl-użu tal-apparat ipprovdut fil-pakkett tal-prodott.
Il-prodott jista’ jiġi applikat permezz ta’ sprejjar jew ta’ tixrid xott. F’sena huwa permess wieħed biss minn dawn il-metodi ta’ applikazzjoni speċifiċi bl-għadd massimu tiegħu ta’ applikazzjonijiet ta’ prodott bijoċidali.
Żwiemel:
Applika f’medda ta’ 50 cm tul il-ħitan.
L-ewwel applikazzjoni l-aħjar issir minn jum sa 3 ijiem wara t-tneħħija tad-demel, ladarba d-demel jibda jakkumula mill-ġdid. Għall-aħjar riżultati, uża fuq imraqad mhux ikkumpattati.
Sprejjar: Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena
Tixrid xott: Massimu ta’ 2 applikazzjonijiet fis-sena
Imqawel tal-mogħoż u tan-nagħaġ:
Ittratta s-superfiċe kollha tal-mifrex, rispettivament is-superfiċe kollha tal-art f’każ ta’ pavimenti f’għamla ta’ gradilja.
Sprejjar: Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena.
Tixrid xott: Massimu ta’ 4 applikazzjonijiet fis-sena.
Fniek:
Ittratta ż-żona direttament taħt il-gaġeġ fejn jaqgħu l-eskrementi matul iċ-ċiklu tat-trobbija. L-ewwel trattament madwar 3 ijiem wara li jaslu l-annimali.
Sprejjar jew tixrid xott: Massimu ta’ 5 applikazzjonijiet fis-sena.
Inmsa:
Ittratta l-kaxxa tal-mifrex taħt il-gaġeġ jew iż-żona tal-mifrex.
Sprejjar jew tixrid xott: Massimu ta’ applikazzjoni waħda fis-sena.
Ixxerridx il-granuli fuq demel niexef jew fuq demel b’superfiċe niexfa, applika permezz tal-isprejjar.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
|
— |
Għall-użu biss f’żoni li mhumiex aċċessibbli għat-tfal. |
|
— |
Tapplikax direttament fuq l-annimali. |
|
— |
Tapplikax direttament fuq jew ħdejn l-ikel, l-għalf jew ix-xorb, jew fuq superfiċi jew aċċessorji li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel, l-għalf, ix-xorb jew il-bhejjem. |
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti probabbli diretti jew indiretti, struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.3. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 3.
Użu # 3 — Kontroll tal-larvi tad-dubbien li jagħti fastidju f’faċilitajiet tal-immaniġġar tal-iskart — utenti professjonali
|
Tip ta’ prodott |
TP 18 — Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra (Kontroll tal-pesti) |
||||||||||||||
|
Jekk rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
Larviċida għall-kontroll tad-dubbien li jagħti fastidju u li jigdem fil-faċilitajiet tat-trattament tal-iskart li ġejjin: Faċilitajiet tal-MBT (trattament mekkaniku u bijoloġiku) u siti tal-kompostjar. |
||||||||||||||
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju tal-iżvilupp) |
Isem xjentifiku: Muscidae: Isem komuni: Dubbien Stadju tal-iżvilupp: L-istadji kollha tal-larva |
||||||||||||||
|
Qasam/oqsma tal-użu |
Fuq ġewwa Fuq ġewwa fil-faċilitajiet tal-MBT (trattament mekkaniku u bijoloġiku) Fuq ġewwa fis-siti tal-kompostjar |
||||||||||||||
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: Sprejjar bi pressjoni baxxa — Żid l-ilma mal-prodott bejn wieħed u ieħor sa nofs il-volum finali tal-ilma, ħawwad sewwa, żid sal-volum finali u ħawwad ftit qabel l-użu. Sprejja fl-istess ġurnata. |
||||||||||||||
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ Applikazzjoni: 25 g/m2 (prodott mhux dilwit (granuli)) Dilwizzjoni (%): Għal superfiċe ta’ 10 m2 żid 250 g ta’ prodott fl-ilma, imla sa volum totali ta’ bejn 1 u 4 litri skont l-umdità tas-substrat li għandu jiġi ttrattat. Għadd u ħin tal-applikazzjoni: Applikazzjoni inizjali: Trattament inizjali: Applika preferibbilment kmieni fir-rebbiegħa qabel l-istaġun tad-dubbien. Minħabba l-mod ta’ azzjoni taċ-ċiromażina, il-kontroll effettiv tal-larvi ma jibdiex minnufih. Il-prodott bijoċidali jikkontrolla b’mod effiċjenti l-popolazzjonijiet tad-dubbien minn ġimagħtejn sa 10 ġimgħat wara t-trattament bil-larviċida. Applikazzjoni mill-ġdid: Applikazzjoni mill-ġdid għas-siti tal-MBT: Trattament mill-ġdid meta jerġa’ jiġi osservat d-dud jew meta ż-żona ttrattata tiġi koperta minn materjal ġdid li jkun fih komponenti organiċi b’aktar minn 10 cm. |
||||||||||||||
|
Kategorija/i tal-utenti |
Professjonali |
||||||||||||||
|
Daqsijiet tal-pakketti u materjal tal-imballaġġ |
Daqsijiet:
Materjali tal-imballaġġ:
|
4.3.1. Struzzjonijiet għall-użu speċifiċi għall-użu
Applikazzjoni tal-isprej biss bi pressa baxxa ’l isfel bl-użu ta’ bexxiexa li tintlibes mad-dahar.
Siti tal-MBT:
Sprejja fuq is-saff ta’ fuq fil-fosos ta’ lqugħ li jinsabu fuq ġewwa.
Ittratta biss l-iskart li jinħażen fil-postijiet ta’ ħżin fil-magħluq, bħal fosos jew kontenituri tal-ħżin.
Il-postijiet tal-ħżin tal-iskart ma għandhomx jitnaddfu bl-ilma.
Applika l-prodott biss fuq l-iskart li se jiġi inċinerat.
Siti tal-kompostjar:
Applika billi tisprejja lejn it-terz l-aktar baxx tal-għoli tal-munzelli tal-kompost.
Wara l-użu, it-tagħmir tal-applikazzjoni għandu jitbattal minn kwalunkwe prodott residwu u jitlaħlaħ bl-ilma.
4.3.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
|
— |
Matul l-immaniġġar tal-prodott pur (tixrid manwali xott, taħlit u tagħbija): ilbes ingwanti protettivi reżistenti għas-sustanzi kimiċi (il-materjal tal-ingwanti għandu jkun speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni dwar il-prodott). |
|
— |
it-tindif tat-tagħmir tal-isprejjar jew tal-landa tat-tisqija tal-ilma: ilbes ingwanti protettivi reżistenti għas-sustanzi kimiċi (il-materjal tal-ingwanti jrid ikun speċifikat mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott) u coveralls miksijin. |
|
— |
Iż-żona ttrattata bl-isprej trid tkun limitata għal 600 m2 kuljum għal kull utent. |
|
— |
Adatta ż-żennuna u l-pressjoni tat-tagħmir tal-isprej biex tiżgura rata minima ta’ applikazzjoni ta’ litru wieħed/min. |
|
— |
Uża coveralls ta’ protezzjoni li jintremew wara l-użu (mill-inqas it-tip 6, EN 13034). |
|
— |
Kwalunkwe telf tal-prodott fl-ilma miġbur fil-fossa ta’ lqugħ irid jintrema bħala skart perikoluż. |
|
— |
Ittratta l-iskart fuq ġewwa biss fis-siti tal-MBT. |
|
— |
L-iskart ittrattat fuq ġewwa ma għandux jinħażen fuq barra. |
4.3.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti probabbli diretti jew indiretti, struzzjonijiet dwar l-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.3.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
4.3.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali dwar l-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Il-miżuri ġenerali ta’ ġestjoni tar-reżistenza jeħtieġ li jiġu segwiti:
|
— |
L-użu ta’ dan il-prodott irid ikun alternat bl-użu ta’ prodotti bbażati fuq sustanzi attivi oħra b’mod ta’ azzjoni differenti biex jiġi evitat l-iżvilupp ta’ reżistenza. |
|
— |
Uża biss bid-doża rakkomandata (0,5 g sustanza attiva/m2) biex jinkiseb kontroll tajjeb (90 % jew aktar). Jeħtieġ li tiġi evitata pressjoni ta’ għażla sistematika (li tkopri popolazzjonijiet sħaħ), bla interruzzjoni u eċċessiva (konċentrazzjonijiet għolja mhux xierqa) fuq il-popolazzjonijiet tad-dubbien. |
|
— |
L-infestazzjoni tad-dubbien fl-alloġġi tal-annimali tista’ tiġi stmata permezz ta’ metodi ta’ monitoraġġ (eż. monitoraġġ tad-dehra (mill-ġdid) tal-larvi fid-demel jew popolazzjoni tad-dubbien adulti bi strixxi tal-kolla) qabel it-trattament kimiku. |
|
— |
L-użu ta’ prodotti bijoċidali jista’ jiġi kkombinat ma’ miżuri sanitarji oħra (eż. tneħħija frekwenti tad-demel) jew mezzi mhux kimiċi ta’ kontroll (pereżempju bijoloġiċi inkluż l-użu ta’ parassitojdi, fejn dan ikun kummerċjalment vijabbli) fi ħdan programm integrat ta’ kontroll tad-dubbien. |
|
— |
Il-kontroll tal-popolazzjonijiet tad-dubbien reżistenti għaċ-ċiromażina hija possibbli permezz ta’ skema ta’ ġestjoni integrata li tinkludi strateġiji u sustanzi kimiċi kulturali u bijoloġiċi (larviċidi u adultiċidi) b’mod razzjonali. |
|
— |
Fil-każ ta’ tnaqqis jew tnaqqis preżunt fl-effikaċja, ikkuntattja professjonist. |
|
— |
Informa d-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Ara miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu.
5.3. Partikolaritajiet tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Miżuri tal-ewwel għajnuna
Antidotu: Ma huwa magħruf l-ebda antidotu speċifiku. Ittratta b’mod sintomatiku.
JEKK JITTIEĦED BIN-NIFS: Jekk iseħħu sintomi, ċempel lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew lil tabib.
F’KAŻ TA’ KUNTATT MAL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda bl-ilma. Jekk iseħħu sintomi, ċempel lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew lil tabib.
JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Jekk iseħħu sintomi laħlaħ bl-ilma. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli biex tneħħihom. Ċempel lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew lil tabib.
JEKK JINBELA’: Jekk iseħħu sintomi, ċempel lil ĊENTRU TAL-AVVELENAMENT jew lil tabib.
Miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent
Iġbor bi xkupilja kwalunkwe tixrid ta’ granuli u ttrasferixxi f’kontenitur li jista’ jiġi ssiġillat. Uża l-granuli skont l-istruzzjonijiet għall-użu f’każ li ma jkunux kkontaminati b’xi likwidu jew armihom f’konformità mal-istruzzjonijiet għal rimi sikur.
Assorbi t-tixrid ta’ likwidu bi kwalunkwe assorbent u armih f’konformità mar-regolamenti nazzjonali.
Tarmi l-ebda ilma tal-ħasil mit-tagħmir tat-trattament fil-katusi.
Tarmix il-prodott bijoċidali jew is-soluzzjoni dilwita tal-prodott bijoċidali fis-sistema tad-drenaġġ jew fl-ambjent.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Armi l-prodott, ir-residwi tiegħu u l-imballaġġ f’konformità mar-regolamenti nazzjonali.
5.5. Kundizzjonijiet tal-ħżin u l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott f’kundizzjonijiet normali ta’ ħżin
Aħżen f’postijiet li ma jistgħux jaċċessaw it-tfal, l-annimali domestiċi u l-bhejjem.
Taħżinx qrib l-ikel, ix-xorb u l-għalf tal-annimali.
Aħżen fil-kontenitur oriġinali u magħluq f’post xott, f’massimu ta’ 35 °C, protett mid-dawl tax-xemx dirett u mill-umdità.
Ħajja fuq l-ixkaffa: 5 snin
6. INFORMAZZJONI OĦRA
Element addizzjonali tat-tikketta: Il-prodott bijoċidali fih id-diossidu tas-siliċju amorfu (nano).
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu f’din it-taqsima huma validi għal kwalunkwe użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2649/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)