Brussell, 10.10.2024

COM(2024) 474 final

ANNESS

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza


ANNESS I – Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-Istati Membri tal-UE

Il-Belġju

Tabella 1: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Belġju

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 5,03 biljun f’għotjiet u EUR 264 miljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,9 % tal-PDG tal-Belġju 1 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 915,2-il miljun lill-Belġju taħt l-RRF, li jinkludu EUR 872,2 miljun f’għotjiet u EUR 43 miljun f’self. 

Il-Belġju għad għandu disponibbli EUR 4,38 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-230 2 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 3 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF. 

L-RRP tal-Belġju jinkludi kapitolu REPowerEU biex jelimina gradwalment id-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, jiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tiegħu u jipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 145,1 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħar-riforma tal-proċeduri ta’ appell tal-Kunsill tal-Istat, li għandha l-għan li taċċellera l-varar tal-enerġija rinnovabbli fil-Belġju billi jitneħħew l-ostakli amministrattivi marbuta mal-investimenti fl-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 50,8 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 27 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-miżuri ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet.

B’dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-RRP tiegħu, il-Belġju kien qiegħed jistenna l-iżborż tal-ewwel talba għall-pagament tiegħu.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet adottat valutazzjoni preliminari tal-ewwel talba għall-pagament tal-Belġju. L-iżborż korrispondenti se jsir dalwaqt. Il-Kummissjoni kienet qiegħda tivvaluta wkoll it-tieni talba għall-pagament tal-Belġju.

L-Illustrazzjonijiet 1 u 2 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

Illustrazzjoni 1: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 2: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Bulgarija

Tabella 2: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Bulgarija

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 5,69 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 6,1 % tal-PDG tal-Bulgarija 4 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġie żborżat EUR 1,37 biljun lill-Bulgarija taħt l-RRF. 

Il-Bulgarija għad għandha disponibbli EUR 4,3 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-299 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 5 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

Il-Bulgarija qiegħda taħdem fuq l-elaborazzjoni ta’ kapitolu REPowerEU li għandu jiżdied mal-RRP tagħha, biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Ladarba dan jiġi ppreżentat, ivvalutat u adottat, se jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-provvista ta’ enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli. 

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 57,1 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 23,1 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul. 

B’talba għall-pagament waħda mlestija, hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni mill-Bulgarija tal-RRP tagħha. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tat-talba għall-pagament tal-Bulgarija, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġie żborżat EUR 1,37 biljun f’appoġġ finanzjarju fis-16 ta’ Diċembru 2022 6 . It-22 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, il-promozzjoni tal-varar fuq skala kbira tal-infrastruttura diġitali, ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja, it-tisħiħ tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus, id-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku, it-tisħiħ tal-adegwatezza u l-kopertura tal-iskema ta’ introjtu minimu.

Illustrazzjoni 3: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem f’kollaborazzjoni mal-Bulgarija biex tivvaluta t-tieni talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjoni 3 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Bulgarija

Riforma:

Billi emendat l-Att dwar l-Edukazzjoni Għolja, il-Bulgarija introduċiet eżenzjonijiet mill-miżati għall-istudenti li jiffirmaw ftehim ta’ traineeship ma’ impjegatur, programmi ġodda mmirati lejn setturi b’nuqqasijiet mistennija fis-suq tax-xogħol, kif ukoll sistema aġġornata ta’ akkreditazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja.

Investiment:

Fl-2022 ġew iffirmati żewġ kuntratti għall-iżvilupp tas-sistema tat-Terrestrial Trunked Radio (TETRA) tal-Ministeru għall-Intern, wara offerti miftuħa u kompetittivi. Is-sistema TETRA se tintuża bħala sistema ta’ radjukomunikazzjoni unifikata biex tipprovdi ambjent ta’ komunikazzjoni għall-ġestjoni, għall-interazzjoni u għall-koordinazzjoni fil-Ministeru għall-Intern kif ukoll fi strutturi oħrajn tal-gvern responsabbli għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet, għal inċidenti, għal diżastri u għal kwistjonijiet ta’ sigurtà nazzjonali. L-investiment se jgħin biex l-għadd ta’ abbonati tas-sistema TETRA jiżdied b’14 000 u biex jittejbu l-kapaċità u l-kwalità tas-servizzi. Il-kopertura tar-radju TETRA hija mistennija li tilħaq id-90 % għat-terminals tar-radju TETRA portabbli u l-95 % għat-terminals tar-radju TETRA mobbli fil-Bulgarija.

Iċ-Ċekja

Tabella 3: Fatti ewlenin tal-RRP taċ-Ċekja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 8,4 biljun f’għotjiet u EUR 818-il miljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 3 % tal-PDG taċ-Ċekja 7 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 2,69 biljun ta’ għotjiet liċ-Ċekja taħt l-RRF.

Iċ-Ċekja għad għandha disponibbli EUR 6,5 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-276 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 8 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-Faċilità.

L-RRP taċ-Ċekja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 147,09 miljun bħala prefinanzjament fil-21 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-iffaċilitar tal-mewġa ta’ rinnovazzjoni billi appoġġa u ta pariri lill-unitajiet domestiċi, lin-negozji u lill-entitajiet tas-settur pubbliku fir-rinnovazzjoni tal-binjiet tagħhom.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 42,9 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 22,8 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati maż-żieda fir-reżiljenza tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u dawk soċjali, kemm permezz tal-bini ta’ sptarijiet u ta’ faċilitajiet tal-kura soċjali ġodda, l-akkwist ta’ tagħmir mediku ġdid, it-tisħiħ tal-programmi ta’ skrinjar tal-kanċer jew it-tnedija tal-e-Saħħa. 

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni taċ-Ċekja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament taċ-Ċekja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 928 miljun f’appoġġ finanzjarju fit-22 ta’ Marzu 2023 9 . Is-37 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi fl-oqsma tal-kurrikuli tal-iskejjel biex jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u l-ħiliet diġitali, tal-e-Saħħa, u tas-sistema ta’ awditjar u kontroll tal-pajjiż għall-implimentazzjoni tal-RRF, kif ukoll investimenti kbar għar-rikostruzzjoni ta’ tliet pontijiet ferrovjarji u 45 passaġġ invell ferrovjarju aktar sikuri, kif ukoll għodod diġitali għall-edukazzjoni. 

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fid-19 ta’ Frar 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 702 miljun fit-2 ta’ April 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ 28 objettiv intermedju u mira li jkopru l-bini ta’ networks tal-internet b’kapaċità għolja, il-mobbiltà sostenibbli u l-amministrazzjoni elettronika.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, iċ-Ċekja kienet qiegħda taħdem lejn it-tielet talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 4 u 5 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 4: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 5: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għaċ-Ċekja

Riforma:

Iċ-Ċekja adottat liġi li ssaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-kumpaniji tal-internet u l-kumpaniji tal-utilitajiet, permezz tal-ħolqien ta’ bażi tad-data. Il-kumpaniji tal-internet se jkunu jistgħu jidentifikaw is-siti ta’ kostruzzjoni li jkun qiegħed isir xogħol fihom jew dawk li huma ppjanati għal networks b’kapaċità għolja. Dan se jagħmel il-bini ta’ networks tal-internet fiċ-Ċekja orħos, aktar veloċi u aktar effiċjenti u b’hekk jgħin liċ-Ċekja tindirizza l-problemi tagħha ta’ konnettività mal-internet.

Investiment:

Sabiex jgħin fil-prevenzjoni ta’ kriżijiet ambjentali futuri, bħal tifqigħat ta’ pesti jew nirien fil-foresti, il-pjan Ċek iffinanzja r-riforestazzjoni ta’ aktar minn 12 000 ettaru u l-kostruzzjoni ta’ 40 riżerva tal-foresti għaż-żamma tal-ilma. Sal-2026, se jiġi ffinanzjat ir-restawr ta’ 24 000 ettaru ieħor.

Id-Danimarka

Tabella 4: Fatti ewlenin tal-RRP tad-Danimarka

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 1,6 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,4 % tal-PDG tad-Danimarka 10 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġie żborżat EUR 0,96 biljun f’għotjiet lid-Danimarka taħt l-RRF.

Id-Danimarka għad għandha disponibbli EUR 0,67 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-50 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 11 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tad-Danimarka jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 39,3 miljun bħala prefinanzjament fil-21 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi għall-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ tisħin distrettwali u għall-varar ta’ enerġija eolika u solari fuq l-art kif ukoll għall-varar ta’ enerġija eolika lil hinn mill-kosta u t-titjib tal-ħiliet ekoloġiċi tal-forza tax-xogħol.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 69 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 27 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri speċjalment relatati mas-sistema tal-kura tas-saħħa.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni tad-Danimarka tal-RRP tagħha tinsab għaddejja sew. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tad-Danimarka, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 301 miljun f’appoġġ finanzjarju fis-27 ta’ April 2023 12 . Il-25 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħar-riforma tat-taxxa ambjentali b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali tan-negozji u riforma għal sistema tas-saħħa aktar diġitali. Diversi objettivi intermedji u miri kienu jikkonċernaw ukoll investimenti kbar

Illustrazzjoni 6: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

fl-oqsma tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-agrikoltura u l-ambjent, tal-effiċjenza enerġetika, tal-vetturi u l-laneċ nodfa, u tar-riċerka.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fid-29 ta’ Frar 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 422 miljun fit-22 ta’ April 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tat-18-il objettiv intermedju u mira li jkopru diversi riformi fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-kura tas-saħħa, tal-effiċjenza enerġetika, taċ-ċibersigurtà, tal-kura tas-saħħa, kif ukoll tar-riċerka u l-innovazzjoni għat-tranżizzjoni ekoloġika.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, id-Danimarka kienet qiegħda taħdem lejn it-tielet talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjoni 6 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għad-Danimarka

Riforma:

Minn Mejju 2022, ġiet stabbilita Strateġija Diġitali ġdida, b’xi aspetti li għadhom qegħdin jiġu implimentati. Dan se jwassal: (i) settur pubbliku diġitali mtejjeb li se jibda juża l-intelliġenza artifiċjali (seba’ proġetti tal-IA ġodda sal-2025); (ii) appoġġ finanzjarju biex jiġu diġitalizzati mill-anqas 500 SME u biex jiġu pprovduti aktar kandidati għall-impjiegi tal-futur; (iii) kundizzjonijiet aħjar għall-innovazzjoni pubblika bis-saħħa ta’ sħubijiet pubbliċi-privati; (iv) soluzzjonijiet sikuri u siguri ġodda għall-ħżin u għall-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni personali; (v) strateġija ġdida u aktar b’saħħitha dwar iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni.

Investiment:

Il-karozzi b’magna tal-kombustjoni huma sors ewlieni ta’ tniġġis u ta’ emissjonijiet tas-CO2. Permezz ta’ primjum għar-rottamazzjoni miżjud, sal-2021, tneħħew mit-triq mill-anqas 19 000 karozza qadima oħra li taħdem bid-diżil .

Il-Ġermanja

Tabella 5: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Ġermanja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 30,3 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,7 % tal-PDG tal-Ġermanja 13 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 6,25 biljun lill-Ġermanja taħt l-RRF.

Il-Ġermanja għad għandha disponibbli EUR 24,05 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-108 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 14 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Ġermanja jinkludi kapitolu REPowerEU, biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Il-kapitolu se jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-provvista ta’ enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 52,6 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 47,5 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-koeżjoni u tal-edukazzjoni.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni mill-Ġermanja tal-RRP tagħha. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tat-talba għall-pagament, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 4 biljun f’appoġġ finanzjarju fit-28 ta’ Diċembru 2023 15 . Is-36 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħat-tlestija ta’ proġetti relatati mal-infrastruttura tal-elettromobbiltà u tal-irriċarġjar, mar-riċerka fl-idroġenu u mal-implimentazzjoni ta’ proġetti relatati mal-idroġenu, mal-appoġġ għall-mikroelettronika, u mad-diġitalizzazzjoni tal-ferroviji, u oħrajn fl-oqsma tal-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni u tal-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll l-aċċellerazzjoni tal-proċeduri tal-ippjanar u tal-approvazzjoni fis-settur tat-trasport, l-iżvilupp tal-vaċċini u l-appoġġ għall-indukrar tat-tfal u għall-apprendistati.

Illustrazzjoni 7: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Ġermanja kienet qiegħda taħdem lejn it-tieni talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjoni 7 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Ġermanja

Riforma:

Permezz tal-Att dwar l-Aċċess Online (“Onlinezugangsgesetz”), saru disponibbli online 70 servizz pubbliku (inklużi servizzi marbuta mal-assigurazzjoni tas-saħħa, mad-drittijiet tal-pensjoni u mal-liċenzja tas-sewqan), biex b’hekk tissaħħaħ l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika billi jiġu diġitalizzati s-servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini u għan-negozji. B’kollox, ladarba r-riforma tiġi implimentata bis-sħiħ, iċ-ċittadini se jkunu jistgħu jużaw online 100 servizz tal-Länder u 115-il servizz Federali.

Investiment:

Il-pjan Ġermaniż jikkontribwixxi għad-diġitalizzazzjoni tal-operazzjonijiet ferrovjarji fil-kuntest tal-inizjattiva “Digital Rail Germany” u l-programm “rapidu” biex din titħaffef. Din l-inizjattiva tiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati (inkluża l-Awtorità Ferrovjarja Federali (EBA, Eisenbahn-Bundesamt), l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u dawk tekniċi u l-industrija) sabiex jiġu żviluppati komponenti standardizzati, interoperabbli u modulari għad-diġitalizzazzjoni tal-operazzjonijiet ferrovjarji. Il-pjan iffinanzja seba’ proġetti pilota b’soluzzjonijiet biex il-kaxxi tas-sinjali u s-sistemi ta’ protezzjoni għall-passaġġ invell il-qodma jiġu sostitwiti b’sistemi ta’ sigurtà diġitali ta’ ġenerazzjoni ġdida.

L-Estonja

Tabella 6: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Estonja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 953,2 miljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 2,5 % tal-PDG tal-Estonja 16 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġie żborżat EUR 0,5 biljun lill-Estonja taħt l-RRF.

L-Estonja għad għandha disponibbli EUR 450 miljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tas-86 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 17 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Estonja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 18-il miljun bħala prefinanzjament fit-13 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-aċċellerazzjoni tad-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 59,5 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 24,1 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mat-titjib tal-aċċessibbiltà u tar-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa, mat-titjib tax-xibka tas-sikurezza soċjali u mal-aċċess għas-servizzi soċjali.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mill-Estonja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja sew. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tal-Estonja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġie żborżat EUR 0,2 biljun f’appoġġ finanzjarju fis-6 ta’ Novembru 2023 18 . It-28 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħal proġetti relatati mal-ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi, kif ukoll il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data, u oħrajn fl-oqsma tal-ħiliet

Illustrazzjoni 8: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, il-kompetittività tal-intrapriżi fis-swieq barranin u l-għoti ta’ kura fit-tul.

It-talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fit-12 ta’ Marzu 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 100 miljun fid-19 ta’ April 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tat-18-il objettiv intermedju u mira li jkopru, fost l-oħrajn, l-iżvilupp ta’ servizzi pubbliċi diġitali proattivi għall-individwi, proġetti ta’ investiment fuq ktajjen ta’ valur integrati tal-idroġenu ekoloġiku, kif ukoll il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, soluzzjonijiet ta’ provvista, u l-konsum finali f’oqsma ta’ applikazzjoni differenti.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, l-Estonja kienet qiegħda taħdem lejn it-tielet talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjoni 8 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Estonja

Riforma:

Bħala l-ewwel pass tar-riforma, il-Qafas Strateġiku għall-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa ġie approvat fl-Estonja u daħlu fis-seħħ id-Digrieti tal-Ministru tas-Saħħa u tax-Xogħol li jemendaw is-sistema ta’ rimborż għat-tobba u għall-ispiżjara. Meta r-riforma tiġi implimentata bis-sħiħ, din se tgħin lis-sistema tas-saħħa Estonjana tikseb reżiljenza, speċjalment matul il-kriżijiet u tiżgura l-aċċess tal-popolazzjoni għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u integrata fil-pajjiż kollu.

Investiment:

L-Estonja ffirmat il-kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ ċentru tas-saħħa ġdid fil-belt ta’ Viljandi, li jikkonsisti fi sptar ġenerali u f’ċentru tal-kura tas-saħħa primarja. L-investiment se jtejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa kif ukoll il-forniment ta’ kura tas-saħħa u soċjali fil-parti ċentrali tal-Estonja.

L-Irlanda

Tabella 7: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Irlanda

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 1,15 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,2 % tal-PDG tal-Irlanda 19 . Sal-31 ta’ Awwissu, ġew żborżati EUR 323,8 miljun lill-Irlanda.

L-Irlanda għad għandha disponibbli EUR 830 miljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq tat-78 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 20 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF. 

L-RRP tal-Irlanda jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Il-kapitolu se jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-provvista ta’ enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli. 

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 50,2 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 34,2 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-appoġġ għat-taħriġ mill-ġdid u għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema u għal akkomodazzjoni soċjali u affordabbli.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, l-implimentazzjoni tal-RRP tal-Irlanda tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tal-Irlanda, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 323,8 biljun f’appoġġ finanzjarju fil-11 ta’ Lulju 2024 21 . L-40 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħal taxxa fuq il-karbonju emendata, konnettività b’veloċità għolja u infrastruttura tal-ICT għall-iskejjel u investimenti biex jiġu appoġġati it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, l-Irlanda kienet qiegħda taħdem lejn it-tieni talba għall-pagament tagħha.

Illustrazzjoni 9: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-Illustrazzjoni 9 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Irlanda

Riforma:

L-Irlanda implimentat riforma ambizzjuża tat-taxxa fuq il-karbonju permezz tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tintroduċi ż-żidiet annwali fir-rata tat-taxxa, li tinkludi sinjal fit-tul tal-prezz tal-karbonju li se jwassal għal rata ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet tas-CO2 fl-2030. Din se tgħin fid-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija billi tfixkel l-użu tal-fjuwils fossili u tħeġġeġ l-użu tal-enerġija rinnovabbli mill-industrija u mis-soċjetà, kif ukoll trawwem titjib fl-effiċjenza enerġetika.

Investiment:

Bir-rinnovazzjoni profonda tal-binja tal-uffiċċju pubbliku Tom Johnson House u f’Kilcairn, l-Irlanda qiegħda twettaq aġġornament permezz ta’ modernizzazzjoni biex tnaqqas b’mod sinifikanti l-impronta tal-karbonju tagħhom u ttawwal il-ħajja utli tagħhom.

Il-Greċja

Tabella 8: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Ġreċja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 18,2-il biljun f’għotjiet u EUR 17,7-il biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 16,3 % tal-PDG tal-Greċja 22 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 17,2-il biljun lill-Greċja taħt l-RRF, li jinkludu EUR 7,6 biljun f’għotjiet u EUR 9,6 biljun f’self.

Il-Greċja għad għandha disponibbli EUR 18,7-il biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-294 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 23 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Greċja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 158,7 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti, inkluż il-faċilitazzjoni tal-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u tal-bijometan, l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-ispazju tal-art u tal-baħar għall-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, u l-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-enerġija, tal-komunitajiet tal-enerġija u tal-awtokonsum.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 38,1 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 22,1 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-promozzjoni tal-attivazzjoni tas-suq tax-xogħol u mat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema u ta’ dawk qiegħda.

B’erba’ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mill-Greċja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet talba għall-pagament tal-Greċja għal appoġġ mhux ripagabbli u għal self, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 3,6 biljun f’appoġġ finanzjarju fit-8 ta’ April 2022; EUR 3,6 biljun fid-19 ta’ Jannar 2023; u EUR 3,6 biljun fit-28 ta’ Diċembru 2023 24 . Is-86 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħal dawk relatati mal-Faċilità ta’ Self, biex is-suq tal-elettriku jsir adattat għal sehem għoli ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jiġi żviluppat network ferrovjarju modern, tiġi promossa flotta ta’ karozzi tal-linja pubbliċi aktar ekoloġiċi, u oħrajn fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, tal-immaniġġjar tal-iskart, tas-suq tax-xogħol, tal-politika tat-tassazzjoni, tal-ambjent tan-negozju, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-kura tas-saħħa.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fis-16 ta’ Lulju 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 2,3 biljun fit-23 ta’ Lulju 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ mira waħda, jiġifieri progress ulterjuri fit-twassil tal-Faċilità ta’ Self. Din il-miżura għandha l-għan li timmobilizza l-investimenti privati f’oqsma bħat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, iż-żieda fil-kapaċità tal-esportazzjoni, u r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda tivvaluta r-raba’ talba għall-pagament tal-Greċja għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.

L-Illustrazzjonijiet 10 u 11 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 10: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 11: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Greċja

Riforma:

Il-Greċja lestiet l-ewwel fażi ta’ riforma tal-amministrazzjoni pubblika, billi ssimplifikat u diġitalizzat il-proċeduri tal-Istat f’għadd ta’ oqsma ta’ politika bħall-ġustizzja, iċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-benesseri soċjali, it-trasport u l-loġistika, it-tbaħħir, u t-turiżmu, flimkien mal-aġġornamenti u mat-titjib funzjonali tas-sistemi rilevanti meħtieġa biex jappoġġaw l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-proċessi diġitalizzati l-ġodda.

Investiment:

Il-Greċja qiegħda timplimenta strateġija komprensiva biex iżżid l-għadd ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi. Biex tikkomplementa riforma preċedenti li tistabbilixxi qafas legali dwar il-funzjonament tas-suq tal-vetturi elettriċi, il-Greċja nediet programm li jappoġġa lill-awtoritajiet lokali u lis-settur privat fl-installazzjoni ta’ mill-anqas 4 500 punt tal-irriċarġjar b’kapaċità tal-enerġija ta’ mill-anqas 300 000 kW.

Spanja

Tabella 9: Fatti ewlenin tal-RRP ta’ Spanja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 79,85 biljun f’għotjiet u EUR 83,2 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 11,2 % tal-PDG ta’ Spanja 25 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 48,3 biljun lil Spanja taħt l-RRF, li jinkludu EUR 47,96 biljun f’għotjiet u EUR 340 miljun f’self. 

Spanja għad għandha disponibbli EUR 114,7-il biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-414-il objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 26 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-Faċilità.

L-RRP ta’ Spanja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġie żborżat EUR 1,38 biljun bħala prefinanzjament fl-1 ta’ Frar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħas-simplifikazzjoni tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 39,8 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 25,9 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tat-titjib tal-ħiliet u tat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema.

B’erba’ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni ta’ Spanja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel, tat-tieni u tat-tielet talba għall-pagament ta’ Spanja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 10 biljun f’appoġġ finanzjarju fis-27 ta’ Diċembru 2021 u EUR 12-il biljun fid-29 ta’ Lulju 2022; u EUR 6 biljun fil-31 ta’ Marzu 2023 27 . Il-121 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħal riformi tal-miżuri tat-taxxa li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, u oħrajn fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni, tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni, tat-tassazzjoni, tas-suq tax-xogħol u tas-sostenibbiltà. 

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fid-19 ta’ Lulju 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 9,9 biljun fis-26 ta’ Lulju 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ 60 mill-61 objettiv intermedju u mira li jkopru riformi f’oqsma li jinkludu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u r-reżiljenza ekonomika, istituzzjonali u soċjali u l-koeżjoni territorjali, bħar-riforma tal-pensjonijiet u l-appoġġ għall-qgħad; u investimenti f’oqsma li jinkludu t-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, kif ukoll l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Il-mira pendenti dwar id-diġitalizzazzjoni tan-negozji ma ntlaħqitx b’mod sodisfaċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni attivat il-proċedura ta’ “sospensjoni tal-pagamenti”, kif previst fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament RRF. Mal-għoti ta’ evidenza fil-perjodu stipulat fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament RRF, il-Kummissjoni se tivvaluta l-ilħuq b’mod sodisfaċenti tal-mira u, jekk ikun xieraq, tneħħi s-sospensjoni tal-pagament.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, Spanja kienet qiegħda taħdem lejn il-ħames talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 12 u 13 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 12: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 13: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal Spanja

Riforma:

Spanja adottat żewġ liġijiet li se jissimplifikaw il-proċeduri għall-istabbiliment ta’ negozju, jippromwovu sorsi diversifikati ta’ finanzjament għat-tkabbir tan-negozju, itejbu u jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ qafas favorevoli għall-ħolqien u għat-tkabbir ta’ negozji ġodda innovattivi ħafna kif ukoll jattiraw imprendituri u investituri barranin.

Investiment:

Spanja għamlet progress fl-investiment biex iżżid il-forniment ġenerali ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET, Vocational Education and Training), filwaqt li qieset il-ħtiġijiet tan-negozji u wieġbet b’mod effettiv għall-ħtiġijiet settorjali, bil-ħolqien akkumulat ta’ mill-anqas 1 667 grupp ġdid tal-VET.

Franza

Tabella 10: Fatti ewlenin tal-RRP ta’ Franza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 40,3 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 1,4 % tal-PDG ta’ Franza 28 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 30,9 biljun lil Franza taħt l-RRF.

Franza għad għandha disponibbli EUR 9,4 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tad-49 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 29 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP ta’ Franza jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 564,3 miljun bħala prefinanzjament fit-13 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-aċċellerazzjoni tal-varar ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ proċessi simplifikati għall-ħruġ tal-permessi.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 49,5 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 21,64 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-edukazzjoni, tal-qgħad jew tal-ispariġġ fil-ħiliet.

Bi tliet talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni ta’ Franza tal-RRP tagħha tinsab għaddejja sew. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel u tat-tieni talba għall-pagament ta’ Franza, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 7,4 biljun f’appoġġ finanzjarju fl-4 ta’ Marzu 2022 u EUR 10,3 biljun fit-22 ta’ Diċembru 2023 30 . It-93 objettiv intermedju relatat koprew riformi u investimenti fl-oqsma tal-finanzi pubbliċi, tal-akkomodazzjoni, tal-mobbiltà, tal-assigurazzjoni kontra l-qgħad, tal-ħiliet u tas-saħħa, kif ukoll is-sistema ta’ awditjar u kontroll ta’ Franza għall-implimentazzjoni tal-RRF.

Illustrazzjoni 14: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fit-30 ta’ Mejju 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 7,5 biljun fil-5 ta’ Ġunju 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tat-39 objettiv intermedju u mira, fosthom il-miżuri tar-REPowerEU, inklużi r-riformi relatati mal-aċċellerazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Programmazzjoni tar-Riċerka u l-istabbiliment tas-Segretarjat Ġenerali għall-Ippjanar Ekoloġiku. It-talba għall-pagament tkopri wkoll investimenti fir-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ binjiet pubbliċi u privati, fid-dekarbonizzazzjoni tal-industrija, fit-titjib tal-konnettività, fl-appoġġ tal-ferroviji u fl-elettrifikazzjoni tal-baċiri tal-portijiet.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, Franza kienet qiegħda taħdem lejn ir-raba’ talba għall-pagament tagħha.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal Franza

Riforma:

Franza adottat il-Liġi dwar l-aċċellerazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, li għandha l-għan li tħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni tal-enerġija ta’ Franza. Ir-riforma ddefiniet iż-“żoni ta’ aċċellerazzjoni” li għandhom jingħataw prijorità għall-iżvilupp ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, ippermettiet it-tnedija ta’ dibattiti pubbliċi dwar l-aċċellerazzjoni tal-ippjanar tar-riħ lil hinn mill-kosta, issimplifikat l-installazzjoni tal-pannelli fotovoltajċi u saħħet l-iżvilupp tal-awtokonsum kollettiv.

Investiment:

Franza qabdet aktar minn ħames miljun unità domestika u post tan-negozju addizzjonali man-network tal-broadband b’veloċità għolja, li jipprovdi konnessjonijiet ta’ kwalità għolja b’veloċitajiet ta’ aktar minn 100 Mbps (ġeneralment ogħla minn 1 Gbps). Dan l-investiment aċċellera l-varar tan-networks b’Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss fit-territorju kollu, u b’mod partikolari f’żoni li għalihom huwa diffiċli li jiġi attirat investiment privat.

L-Illustrazzjoni 14 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Il-Kroazja

Tabella 11: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Kroazja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 5,8 biljun f’għotjiet u EUR 4,25 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 13,1 % tal-PDG tal-Kroazja 31 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 4,5 biljun lill-Kroazja taħt l-RRF, li jinkludu EUR 3,7 biljun f’għotjiet u EUR 0,8 biljun f’self.

Il-Kroazja għad għandha disponibbli EUR 5,6 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-279 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 32 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Kroazja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 585,1 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024, biex b’hekk tiġi promossa t-tnedija tar-riforma rilevanti li għandha l-għan li żżid il-ħiliet u l-kompetenzi ekoloġiċi fis-settur tal-kostruzzjoni għall-ħaddiema mhux tal-UE.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 39 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 20 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol u tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal.

B’ħames talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mill-Kroazja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel, tat-tieni, tat-tielet u tar-raba’ talba għall-pagament tal-Kroazja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li wasslet għall-iżborż ta’ EUR 700 miljun f’appoġġ finanzjarju fit-28 ta’ Ġunju 2022; EUR 700 miljun fis-16 ta’ Diċembru 2022; EUR 700 miljun fit-30 ta’ Novembru 2023; u EUR 162,5 miljun fil-15 ta’ April 2024 33 . Il-120 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi f’oqsma bħall-amministrazzjoni pubblika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-taxxa, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-kura tas-saħħa, ix-xjenza u l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-suq tax-xogħol, l-immaniġġjar tal-iskart u s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll l-investimenti fir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-binjiet, it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali tat-turiżmu u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv għan-negozji.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fit-12 ta’ Lulju 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 821,7 miljun fid-19 ta’ Lulju 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tas-37 objettiv intermedju u mira li jkopru l-miżuri relatati mad-diġitalizzazzjoni, mal-amministrazzjoni pubblika, mat-trasport nadif, mal-mobbiltà, mal-ġestjoni tal-ilma u tal-ilma mormi, mat-turiżmu, mal-ġudikatura, mal-edukazzjoni u mas-saħħa.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kroazja kienet qiegħda taħdem lejn is-sitt talba għall-pagament tagħha. L-Illustrazzjonijiet 15 u 16 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 15: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 16: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Kroazja

Riforma:

Il-Kroazja introduċiet qafas legali nazzjonali li jippermetti finanzjament mill-Istat akbar tal-faċilitajiet għall-Edukazzjoni u l-Kura Bikrija tat-Tfal (ECEC, Early Childhood Education and Care) madwar il-pajjiż kollu, kif ukoll sett ugwali ta’ standards li skonthom tiġi ddeterminata l-allokazzjoni tal-fondi lill-fornituri tal-ECEC. Huwa importanti li l-kriterji jqisu l-kapaċitajiet jew l-inkapaċitajiet finanzjarji lokali, sabiex jiżdiedu l-finanzjament f’żoni inqas żviluppati u, fl-aħħar mill-aħħar, l-affordabbiltà tal-ECEC fir-reġjuni kollha tal-pajjiż.

Investiment:

L-ewwel Ċentru Loġistiku ta’ Distribuzzjoni għall-frott u għall-ħxejjex inbena u beda jopera f’Osijek. Iċ-ċentru jinkludi 3 600 tunnellata ta’ kapaċità ta’ ħżin bi kmamar tat-tkessiħ adattati għall-ħżin fit-tul, żona għar-riċeviment tal-prodott, għat-tindif, għall-ħasil, għall-għażla u għall-imballaġġ, kif ukoll linja ta’ produzzjoni tal-meraq li se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel. L-investiment jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb il-kompetittività tal-ekonomija Kroata billi jippermetti lill-produtturi jaħżnu b’mod sikur il-prodotti tal-ogħla kwalità għall-ipproċessar aktar tard fi prodotti ta’ valur għoli, bħall-meraq tal-frott primjum.

L-Italja

Tabella 12: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Italja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 71,8 biljun f’għotjiet u EUR 122,6 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 9,3 % tal-PDG tal-Italja 34 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 113,46-il biljun lill-Italja taħt l-RRF, li jinkludu EUR 44,67 biljun f’għotjiet u EUR 68,79 biljun f’self.

L-Italja għad għandha disponibbli EUR 80,9 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tat-387 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 35 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Italja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u żżid il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 551,2 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti, inkluż biex jiġi ssimplifikat il-ħruġ tal-permessi għall-varar tal-enerġija rinnovabbli, jitnaqqsu s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, tiġi ffaċilitata l-produzzjoni tal-bijometan u jiżdiedu l-forniment u l-użu tal-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 39,4 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 25,6 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-promozzjoni tat-trasformazzjoni ta’ territorji vulnerabbli f’żoni intelliġenti u sostenibbli billi jinvesti fl-akkomodazzjoni soċjali, isaħħaħ is-servizzi soċjali lokali biex jappoġġa lit-tfal u lill-familji, itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà u jinvesti fl-infrastruttura għaż-Żona Ekonomika Speċjali fin-Nofsinhar.

B’ħames talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mill-Italja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel, tat-tieni u tar-raba’ talba għall-pagament tal-Italja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 21 biljun f’appoġġ finanzjarju fit-13 ta’ April 2022; EUR 21 biljun fit-8 ta’ Novembru 2022; EUR 19-il biljun fid-9 ta’ Ottubru 2023; u EUR 16,5 biljun fit-28 ta’ Diċembru 2023 36 . Il-178 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti fl-oqsma tal-ġustizzja, tal-amministrazzjoni pubblika, tal-amministrazzjoni tat-taxxa, tal-edukazzjoni, tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol, tal-politiki soċjali, tas-settur diġitali u dak turistiku kif ukoll tar-riġenerazzjoni urbana, tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni f’setturi bħall-iskart, l-ilma u t-trasport ferrovjarju.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fis-26 ta’ Lulju 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 11-il biljun fil-5 ta’ Awwissu 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tat-53 objettiv intermedju u mira li jkopru, fost l-oħrajn, ir-riformi fl-oqsma tad-dritt tal-kompetizzjoni, tal-akkwist pubbliku, tal-immaniġġjar tal-iskart, tal-ġustizzja (inkluża d-diġitalizzazzjoni), tal-edukazzjoni kif ukoll l-investimenti fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika lokali, tal-mobbiltà sostenibbli, tal-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, tal-agrikoltura, tal-immaniġġjar tal-iskart u l-ġestjoni tal-ilma, tar-riċerka u tas-saħħa.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem f’kollaborazzjoni mal-Italja biex tivvaluta s-sitt talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 17 u 18 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 17: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 18: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Italja

Riforma:

Fl-2022, fl-2023 u fl-2024 ġiet adottata leġiżlazzjoni sekondarja biex jiġi implimentat sett ta’ riformi li jolqtu, fost l-oħrajn, ir-riorganizzazzjoni tas-sistema tal-iskejjel, is-sistema ta’ orjentazzjoni, ir-reklutaġġ u l-karriera tal-għalliema, u l-edukazzjoni terzjarja vokazzjonali. Is-sett komprensiv ta’ riformi għandu l-għan li jagħti spinta lill-eżiti edukattivi, inklużi l-ħiliet bażiċi u aktar avvanzati, jallinja mill-ġdid il-kurrikuli tal-iskejjel mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jtejjeb il-prospetti tal-impjegabbiltà tal-istudenti.

Investiment:

6 678 amministrazzjoni pubblika ġodda adottaw is-soluzzjoni ta’ pagament diġitali “PagoPA” u 10 675 amministrazzjoni pubblika ngħaqdu u pprovdew servizzi permezz tal-pjattaforma tal-app “IO” (jiġifieri mezz addizzjonali ta’ interazzjoni mal-amministrazzjoni pubblika). L-użu aktar effettiv tal-informazzjoni mill-amministrazzjoni pubblika, il-migrazzjoni għall-cloud, l-implimentazzjoni tal-interoperabbiltà u t-titjib fl-użabbiltà se jissimplifikaw kompletament l-interazzjoni taċ-ċittadini u tan-negozji mal-amministrazzjoni pubblika.

Ċipru

Tabella 13: Fatti ewlenin tal-RRP ta’ Ċipru

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 1,02 biljun f’għotjiet u EUR 0,2 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 4,1 % tal-PDG ta’ Ċipru 37 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 262,7 miljun lil Ċipru taħt l-RRF, li jinkludu EUR 236,7 miljun f’għotjiet u EUR 26 miljun f’self. 

Ċipru għad għandu disponibbli EUR 957,3 miljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-268 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 38 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP ta’ Ċipru jinkludi kapitolu REPowerEU biex jelimina gradwalment id-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, jiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tiegħu u jipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 20,9 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħal qafas regolatorju għall-konnessjoni tal-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 45,1 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 24,6 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-kura tas-saħħa.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, l-implimentazzjoni minn Ċipru tal-RRP tiegħu tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tat-talba għall-pagament ta’ Ċipru, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 85 miljun f’appoġġ finanzjarju fit-2 ta’ Diċembru 2022 39 . L-14-il objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħal Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Ħiliet Diġitali, u oħrajn fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, tal-ekonomija ċirkolari, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, tat-trasparenza, tas-settur finanzjarju, tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ħiliet diġitali.

Fil-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem f’kollaborazzjoni ma’ Ċipru biex tivvaluta t-tieni u t-tielet talba għall-pagament tiegħu.

Illustrazzjoni 19: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 20: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal Ċipru

Riforma:

Ċipru implimenta pjan ta’ azzjoni biex jindirizza l-istokk li fadal ta’ self li ma jrendix ta' legat u adotta pakkett ta’ tliet liġijiet emendatorji dwar il-kumpaniji li jakkwistaw kreditu u s-servizzjanti. Dan itejjeb l-ambjent tax-xogħol għall-ġestjoni tas-self li ma jrendix, filwaqt li Ċipru fl-istess ħin qiegħed ikompli bl-isforzi tiegħu biex itejjeb il-kwalità tal-assi tal-banek.

Investiment:

Ċipru ppubblika l-ewwel sett ta’ sejħiet għal proposti biex jappoġġa lill-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tar-rinnovazzjonijiet enerġetiċi fl-unitajiet domestiċi u jtejjeb ir-rendiment tal-enerġija tagħhom. Dan jinkludi skema ta’ appoġġ għall-indirizzar tal-faqar enerġetiku fl-unitajiet domestiċi b’konsumaturi tal-elettriku vulnerabbli, inklużi l-persuni b’diżabbiltà.

L-Illustrazzjonijiet 19 u 20 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Il-Latvja

Tabella 14: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Latvja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 1,97 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 4,9 % tal-PDG tal-Latvja 40 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 801 miljun lil-Latvja taħt l-RRF.

Il-Latvja għad għandha disponibbli EUR 1,17 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-177 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 41 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF. 

L-RRP tal-Latvja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 26,9 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-introduzzjoni ta’ qafas regolatorju għall-komunitajiet tal-enerġija, li bħalissa tinsab għaddejja.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 41,5 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 23 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-kura tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-ħiliet.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mil-Latvja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja sew. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tal-Latvja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 201 miljun f’appoġġ finanzjarju fis-7 ta’ Ottubru 2022 42 . Id-disa’ objettivi intermedji relatati koprew riformi u investimenti fl-oqsma tas-sistema ta’ appoġġ għall-introjtu minimu, tal-infrastruttura tal-broadband, tal-infrastruttura tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tal-apprendiment mill-bogħod, u oħrajn fl-oqsma tal-akkwist pubbliku, tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll tal-kostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet b’kera baxxa.

Illustrazzjoni 21: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fis-16 ta’ Mejju 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 335,7 miljun fis-27 ta’ Mejju 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tal-40 objettiv intermedju u tat-3 miri li jkopru r-riformi u l-investiment fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, tad-diġitalizzazzjoni, tal-kura tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni affordabbli, tal-effiċjenza enerġetika, tal-mobbiltà nadifa, tad-dwana u tal-konformità mar-regoli tat-taxxa. Din it-talba għall-pagament ta’ EUR 336 miljun f’appoġġ finanzjarju ġġib il-fondi mħallsa lil-Latvja taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għal EUR 801 miljun, li jikkorrispondu għal 41 % tal-fondi kollha fil-pjan tal-Latvja.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Latvja kienet qiegħda taħdem lejn it-tielet talba għall-pagament tagħha.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal-Latvja

Riforma:

Il-Latvja wettqet riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja tagħha, b’enfasi fuq il-governanza, il-mekkaniżmi ta’ akkreditazzjoni u l-prinċipji ta’ finanzjament. Ir-riforma hija pass importanti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet li jxekklu l-produttività, il-provvista ta’ ħaddiema u t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali fil-Latvja.

Investiment:

Il-Latvja qiegħda taġġorna 10 sptarijiet b’tagħmir u b’infrastruttura ġodda, inkluż billi żżid aċċelleratur lineari għall-isptar Liepāja biex jipprovdi kura aħjar għall-pazjenti tal-onkoloġija. Dan itejjeb l-akkuratezza, il-preċiżjoni u l-veloċità tat-tagħmir, itejjeb u jespandi l-firxa tat-trattament tar-radjazzjoni esterna bir-raġġi, u jnaqqas il-ħinijiet tat-trattament minn massimu ta’ 30 minuta għal anqas minn tnejn. Dan inaqqas ir-riskju ta’ infezzjoni għall-pazjenti matul il-proċedura u jgħin fil-protezzjoni tat-tessuti u tal-organi kritiċi b’saħħithom tal-madwar.

L-Illustrazzjoni 21 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Il-Litwanja

Tabella 15: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Litwanja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 2,30 biljun f’għotjiet u EUR 1,55 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 5,4 % tal-PDG tal-Litwanja 43 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġie żborżat EUR 1,36 biljun lil-Litwanja taħt l-RRF, li jinkludi EUR 886 miljun f’għotjiet u EUR 470,3 miljun f’self.

Il-Litwanja għad għandha disponibbli EUR 2,49 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-180 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 44 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF. 

L-RRP tal-Litwanja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 149,4 miljun bħala prefinanzjament fit-28 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi u investimenti rilevanti, bħall-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ permessi għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, li bħalissa jinsab għaddej.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 37,3 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 23,3 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-kura tas-saħħa u tal-edukazzjoni.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mil-Litwanja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tal-Litwanja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 542 miljun f’appoġġ finanzjarju fl-10 ta’ Mejju 2023 45 . L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ 31 mit-33 objettiv intermedju u mira li jkopru, fost l-oħrajn, l-enerġija rinnovabbli u d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi. Iż-żewġ objettivi intermedji li jifdal dwar it-tassazzjoni ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni attivat il-proċedura ta’ “sospensjoni tal-pagamenti”, kif previst fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament. Wara valutazzjoni mill-ġdid fis-6 ta’ Mejju 2024, wieħed miż-żewġ objettivi intermedji tqies li ntlaħaq, u dan wassal għal pagament parzjali ta’ EUR 14,9-il miljun.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fil-21 ta’ Frar 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 360 miljun fis-27 ta’ Marzu 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ ħames objettivi intermedji li jkopru l-kura soċjali, it-tranżizzjoni ekoloġika, l-akkwist pubbliku u l-modernizzazzjoni tal-industrija tagħha. 

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Litwanja kienet qiegħda taħdem lejn it-tielet talba għall-pagament tagħha.

Illustrazzjoni 22: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 23: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal-Litwanja

Riforma:

Il-Litwanja stabbiliet Aġenzija unika għall-Innovazzjoni billi kkonsolidat il-funzjonijiet ta’ promozzjoni tal-innovazzjoni li qabel kienu mifruxa f’diversi istituzzjonijiet. L-aġenzija tiffunzjona bħala punt uniku ta’ servizz għan-negozji li jkunu qegħdin ifittxu parir u appoġġ dwar l-attivitajiet innovattivi tagħhom.

Investiment:

Bħala parti mill-RRP, il-Litwanja żviluppat sistema ta’ informazzjoni għall-istazzjonijiet tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi aċċessibbli għall-pubbliku. Is-sistema ta’ informazzjoni tipprovdi informazzjoni f’ħin reali għal kull stazzjon, bil-għan li jinħoloq network ottimali u jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għan-negozju u għaċ-ċittadini biex iħaddmu vetturi nodfa.

L-Illustrazzjonijiet 22 u 23 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Il-Lussemburgu

Tabella 16: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Lussemburgu

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 83 miljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,1 % tal-PDG tal-Lussemburgu 46 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 32,37 miljun lil-Lussemburgu taħt l-RRF.

Il-Lussemburgu għad għandu disponibbli EUR 50,7 miljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-34 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 47 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

Il-Lussemburgu ppreżenta kapitolu REPowerEU li għandu jiżdied mal-RRP tiegħu, biex jelimina gradwalment id-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, jiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tiegħu u jipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Il-kapitolu REPowerEU se jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-provvista ta’ enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli 48 . 

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 68,8 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 29,6 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-akkomodazzjoni affordabbli.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, l-implimentazzjoni mil-Lussemburgu tal-RRP tiegħu tinsab għaddejja sew. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tat-talba għall-pagament tal-Lussemburgu, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 20,2 miljun f’appoġġ finanzjarju fis-16 ta’ Ġunju 2023 49 . Is-26 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħal dawk relatati mad-diġitalizzazzjoni tas-settur pubbliku, pereżempju bl-iżvilupp tal-applikazzjoni mobbli “MyGuichet.lu”, li tkopri wkoll id-dħul fis-seħħ ta’ qafas legali li jistabbilixxi perċentwal minimu ta’ vetturi nodfa fl-akkwist pubbliku, u oħrajn

Illustrazzjoni 24: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

fl-oqsma tal-ħiliet.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Lussemburgu kien qiegħed jaħdem lejn it-tieni talba għall-pagament tiegħu.

L-Illustrazzjoni 24 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal-Lussemburgu

Riforma:

Il-Lussemburgu introduċa riforma li tmur lil hinn mill-obbligi tad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa: Il-miri minimi ta’ akkwist nazzjonali għall-vetturi nodfa (vetturi ħfief, karozzi tal-linja u vetturi tqal) iridu jintlaħqu fil-livell nazzjonali iżda dawn il-miri jridu jintlaħqu wkoll minn kull awtorità u entità kontraenti individwali, meta jakkwistaw vetturi ħfief u tqal.

Investiment:

Il-Lussemburgu vara verżjoni mobbli tas-sit web MyGuichet.lu, pjattaforma għall-interazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u n-negozji mal-amministrazzjoni pubblika. L-app tippermetti li l-proċeduri amministrattivi jitlestew bil-mobile. MyGuichet huwa kontribut importanti għad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika.

L-Ungerija

Tabella 17: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Ungerija

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 6,5 biljun f’għotjiet u EUR 3,9 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 5,3 % tal-PDG tal-Ungerija 50 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 0,9 biljun lill-Ungerija taħt l-RRF, li jinkludu EUR 0,14 biljun f’għotjiet u EUR 0,78 biljun f’self.

L-Ungerija għad għandha disponibbli EUR 9,5 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tat-368 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 51 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Ungerija jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 919,6-il biljun bħala prefinanzjament fit-28 ta’ Diċembru 2023 u fil-15 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-introduzzjoni ta’ pprezzar dinamiku fis-suq tal-bejgħ tal-elettriku bl-imnut, it-titjib tas-swieq ta’ riżerva regolatorja, it-tisħiħ tar-rwol tal-komunitajiet u tal-aggregaturi tal-enerġija, l-inċentivar tal-użu tal-ħżin tal-elettriku jew iż-żieda fl-għadd ta’ konsumaturi biex jużaw il-miters intelliġenti u l-armonizzazzjoni tal-modi kif ir-regoli ta’ applikazzjoni tal-konnessjoni jiġu applikati mill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 66,9 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 29,1 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-inklużjoni soċjali, li huma mistennija jtejbu l-aċċess għall-edukazzjoni ġenerali għall-istudenti żvantaġġati u għal dawk bi bżonnijiet speċjali, appoġġ għal 4 500 post addizzjonali għall-indukrar tat-tfal ta’ età bikrija kif ukoll miżuri soċjali ddedikati għall-aktar 300 insedjament żvantaġġat li jesperjenzaw livelli għoljin ta’ faqar.

B’dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-RRP tagħha, fil-31 ta’ Awwissu 2024 l-Ungerija kienet għadha taħdem fuq it-tlestija tal-ewwel talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 25 u 26 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

Illustrazzjoni 25: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 26: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Malta

Tabella 18: Fatti ewlenin tal-RRP ta’ Malta

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 328 miljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 1,7 % tal-PDG ta’ Malta 52 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 166,4 miljun lil Malta taħt l-RRF.

Malta għad għandha disponibbli EUR 161,9 miljun f’għotjiet mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li se jiġu żborżati wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tat-83 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 53 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP ta’ Malta jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 14-il miljun bħala prefinanzjament fit-13 ta’ Diċembru 2023. Dan għen biex jitnedew riformi rilevanti bħar-riforma tas-sistema għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 68,8 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 26,2 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-edukazzjoni inklużiva ta’ kwalità.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni ta’ Malta tal-RRP tagħha tinsab għaddejja sew. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament ta’ Malta, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 52,3 miljun f’appoġġ finanzjarju fit-8 ta’ Marzu 2023 54 . Id-19-il objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħall-adozzjoni ta’ strateġija biex jitnaqqas l-iskart permezz tar-riċiklaġġ fis-settur tal-kostruzzjoni, l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ uffiċċju li jippermettu li l-impjegati taċ-ċivil jaħdmu mill-bogħod fil-pajjiż kollu, riformi biex tingħata spinta lir-riċerka u l-investimenti industrijali, strateġija nazzjonali kontra l-frodi u l-korruzzjoni u riformi għad-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.

Illustrazzjoni 27: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fis-26 ta’ Marzu 2024, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 58,9 miljun fis-16 ta’ Mejju 2024. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ 34 objettiv intermedju u mira li jkopru fost l-oħrajn il-mobbiltà sostenibbli, il-kura tas-saħħa, it-taħriġ fit-teknoloġija tal-informazzjoni, l-apprendiment tul il-ħajja, l-edukazzjoni inklużiva, il-kapaċità tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u t-tassazzjoni korporattiva kif ukoll l-effiċjenza enerġetika fil-binjiet privati u pubbliċi, l-elettrifikazzjoni tat-trasport, id-diġitalizzazzjoni tan-negozji u l-amministrazzjoni pubblika.

Fil-31 ta’ Awwissu 2024, Malta kienet qiegħda taħdem lejn it-tielet talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjoni 27 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għal Malta

Riforma:

F’Jannar 2024, Malta adottat liġi ġdida li tintroduċi Regoli dwar l-Ipprezzar ta’ Trasferiment, u b’hekk saret l-aħħar Stat Membru li adotta tali regoli. Din ir-riforma għandha l-għan li tipprevjeni lill-kumpaniji multinazzjonali milli jimmanipulaw il-prezzijiet u jittrasferixxu l-profitti lejn ġuriżdizzjonijiet b’taxxa baxxa jew żero biex jevitaw li jħallsu t-taxxi. Ir-regoli jgħinu wkoll biex jiżguraw li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi għan-negozji lokali u dawk barranin.

Investiment:

L-RRP ta’ Malta jipprovdi inċentivi għal bidla lejn il-mobbiltà elettrika, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u t-tnaqqis tal-konġestjoni tat-traffiku fil-Gżejjer Maltin. L-investiment tal-RRF ta’ EUR 50 miljun jinkludi għotjiet sa EUR 11 000 għall-vetturi elettroniċi ġodda u EUR 1 000 għall-iskreppjar li jirriżultaw f’1 200+ vettura elettronika ġdida fl-2023 u 5600+ sal-2025, li jirdoppjaw is-sehem kurrenti ta’ vetturi elettriċi.

In-Netherlands

Tabella 19: Fatti ewlenin tal-RRP tan-Netherlands

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 5,4 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,5 % tal-PDG tan-Netherlands 55 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, in-Netherlands kien għad kellhom l-allokazzjoni tal-RRF kollha disponibbli, li se tiġi żborżata wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-132 56 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 57 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF. 

L-RRP tan-Netherlands jinkludi kapitolu REPowerEU biex jeliminaw gradwalment id-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, jiddiversifikaw il-provvisti tal-enerġija tagħhom u jipproduċu aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Il-kapitolu jinkludi investiment fuq skala akbar għall-enerġija sostenibbli u għall-iffrankar tal-enerġija fl-akkomodazzjoni u riforma rilevanti li se tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-provvista ta’ enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli, billi tiġi indirizzata l-konġestjoni tal-grilja u jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 54,9 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 25,6 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri relatati mal-akkomodazzjoni affordabbli, mal-protezzjoni ta’ dawk li jaħdmu għal rashom, u mal-appoġġ għal impjieg mill-ġdid.

B’dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-RRP tagħhom, in-Netherlands ippreżentaw l-ewwel talba għall-pagament tagħhom fl-24 ta’ Mejju 2024. Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet adottat valutazzjoni preliminari tal-ewwel talba għall-pagament min-Netherlands. L-iżborż korrispondenti se jsir dalwaqt.

L-Illustrazzjoni 28 turi s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

Illustrazzjoni 28: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-Awstrija

Tabella 20: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Awstrija

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 3,96 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,8 % tal-PDG tal-Awstrija 58 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġie żborzat EUR 1,19 biljun lill-Awstrija taħt l-RRF.

L-Awstrija għad għandha disponibbli EUR 2,8 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-134 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 59 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Awstrija jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 42,1 miljun bħala prefinanzjament fil-21 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħas-simplifikazzjoni tal-proċessi għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari l-parks eoliċi.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 56 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 36 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-edukazzjoni u l-ħiliet, mal-kura tas-saħħa, mal-ambjent tan-negozju u mar-riċerka u l-innovazzjoni.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, l-implimentazzjoni mill-Awstrija tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tal-Awstrija, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 700 miljun f’appoġġ finanzjarju fl-20 ta’ April 2023 60 . L-44 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħad-dħul fis-seħħ ta’ Liġi dwar l-Espansjoni tas-Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli, li se taċċellera l-implimentazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, u oħrajn fl-oqsma tat-trasport pubbliku, tal-effiċjenza enerġetika u tad-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, l-Awstrija kienet qiegħda taħdem lejn it-tieni talba għall-pagament tagħha.

Illustrazzjoni 29: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-Illustrazzjoni 29 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Awstrija

Riforma:

Il-Liġi dwar l-Espansjoni tas-Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli adottata fl-2022 stabbiliet kundizzjonijiet qafas ġodda għall-appoġġ tal-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Billi titħaffef l-implimentazzjoni tal-produzzjoni ta’ enerġija nadifa, ir-riforma tagħti kontribut ewlieni għall-appoġġ tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-Awstrija.

Investiment:

Proġetti ta’ investiment nazzjonali li jappoġġaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-idroġenu tnedew taħt il-qafas tal-IPCEI. Bil-promozzjoni ta’ proġetti transfruntieri integrati tul il-katina tal-valur kollha tal-idroġenu, inklużi l-produzzjoni, il-ħżin u l-applikazzjonijiet, l-investiment għandu l-għan li jintegra l-industrija tal-Awstrija fis-settur Ewropew emerġenti tal-idroġenu rinnovabbli.

Il-Polonja

Tabella 21: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Polonja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 25,3 biljun f’għotjiet u EUR 34,5 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 8 % tal-PDG tal-Polonja 61 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 11,39-il biljun lill-Polonja taħt l-RRF, li jinkludu EUR 3,25 biljun f’għotjiet u EUR 8,14 biljun f’self.

Il-Polonja għad għandha disponibbli EUR 48,4 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-276 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 62 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Polonja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 5,1 biljun bħala prefinanzjament fit-28 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħas-simplifikazzjoni tal-proċess għall-ħruġ tal-permessi għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli u fl-aċċellerazzjoni tar-rinnovazzjonijiet fid-djar biex b’hekk jitħaffef il-varar tal-enerġija rinnovabbli u tingħata spinta lill-effiċjenza enerġetika fil-binjiet.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 44,8 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 21,3 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-impjieg u tal-ħiliet.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, l-implimentazzjoni mill-Polonja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tat-talba għall-pagament tal-Polonja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 6,3 biljun f’appoġġ finanzjarju fil-15 ta’ April 2024 63 . It-38 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti li għandhom l-għan li jtejbu l-klima tal-investiment tal-pajjiż, ir-reżiljenza u l-kompetittività tal-ekonomija, l-agrikoltura, l-enerġija ekoloġika, it-trasformazzjoni diġitali, is-saħħa u l-mobbiltà nadifa.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Polonja kienet qiegħda taħdem lejn it-tieni talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 30 u 31 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 30: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 31: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Polonja

Riforma:

Il-Polonja introduċiet riforma li se ssaħħaħ aspetti importanti tal-indipendenza tal-ġudikatura fil-Polonja, u b’mod ġenerali ttejjeb il-klima ta’ investiment tal-pajjiż. Wara l-miżuri meħuda bejn Ġunju 2022 u Frar 2024, il-Polonja wettqet riforma komprensiva tar-reġim dixxiplinari applikabbli għall-imħallfin Pollakki. B’mod partikolari, ir-riforma aboliet l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema u ssostitwietha b’qorti indipendenti u imparzjali stabbilita bil-liġi, jiġifieri l-Awla tar-Responsabbiltà Professjonali. L-imħallfin kollha affettwati mid-deċiżjonijiet tal-Awla Dixxiplinari preċedenti kellhom id-dritt li l-kawża tagħhom tiġi eżaminata mill-ġdid mill-Awla tal-Qorti Suprema l-ġdida f’perjodu ta’ żmien ċar. Issa hemm salvagwardji stabbiliti sabiex l-imħallfin ma jibqgħux jiffaċċjaw riskju ta’ responsabbiltà dixxiplinari għall-kontenut tas-sentenzi tagħhom jew għall-applikazzjoni tad-dritt tal-UE.

Investiment:

Inħolqot sistema tal-IT li tiffunzjona bis-sħiħ, biex timmaniġġja l-finanzjament u l-ħolqien ta’ servizzi għall-indukrar tat-tfal għal dawk it-tfal li għandhom sa 3 snin. Din is-sistema tal-IT tgħaqqad ukoll sorsi differenti ta’ finanzjament għall-indukrar tat-tfal.

Il-Portugall

Tabella 22: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Portugall

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 16,3-il biljun f’għotjiet u EUR 5,9 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 8,4 % tal-PDG tal-Portugall 64 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 8,49 biljun lill-Portugall taħt l-RRF, li jinkludu EUR 6,84 biljun f’għotjiet u EUR 1,65 biljun f’self.

Il-Portugall għad għandu disponibbli EUR 13,7-il biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tat-358 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 65 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-Faċilità.

L-RRP tal-Portugall jinkludi kapitolu REPowerEU biex jelimina gradwalment id-dipendenza tiegħu fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, jiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tiegħu u jipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 171,1 miljun bħala prefinanzjament fil-21 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-istabbiliment tal-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 41,2 % 66 tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 21,1 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment fir-rigward tal-akkomodazzjoni affordabbli.

B’erba’ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni mill-Portugall tal-RRP tiegħu tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel u tat-tieni talba għall-pagament tal-Portugall, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 1,2 biljun f’appoġġ finanzjarju fid-9 ta’ Mejju 2022 u EUR 1,8 biljun fit-8 ta’ Frar 2023 67 . It-58 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħall-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġlieda kontra l-Faqar, it-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika u l-Banco Português de Fomento. Kien hemm ukoll riformi u investimenti fl-oqsma tas-saħħa, tat-tassazzjoni, tal-investiment u l-innovazzjoni, tal-kwalifiki u l-ħiliet diġitali, tal-forestrija, tal-ekonomija blu, tal-gassijiet rinnovabbli u tal-ġestjoni tal-bijoekonomija u tal-iskart.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fit-13 ta’ Diċembru 2023, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 2,5 biljun fit-28 ta’ Diċembru 2023. L-iżborż, li jikkombina t-tielet u r-raba’ pagament parzjali, irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ 44 minn 47 objettiv intermedju u mira li jkopru fost l-oħrajn id-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni affordabbli, tal-ambjent tan-negozju, tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, tal-prevenzjoni tan-nirien rurali u tas-sistema tal-ġustizzja. Il-mira u ż-żewġ objettivi intermedji li jifdal dwar ir-riformi fis-settur tas-saħħa u r-riforma tal-professjonijiet regolati ma kinux intlaħqu b’mod sodisfaċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni attivat il-proċedura ta’ “sospensjoni tal-pagamenti”, kif previst fl-Artikolu 24(6) tar-Regolament RRF. Wara rivalutazzjoni fis-26 ta’ Lulju 2024, it-tliet objettivi intermedji u miri kollha tqiesu li ntlaħqu, li wassal għat-tneħħija tas-sospensjoni u pagament ta’ EUR 720 miljun.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem f’kollaborazzjoni mal-Portugall biex tivvaluta l-ħames talba għall-pagament tiegħu.

L-Illustrazzjonijiet 32 u 33 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 32: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 33: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Portugall

Riforma:

L-Istrateġija Nazzjonali riveduta għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2023. L-istrateġija riveduta tispeċifika kriterji ekoloġiċi relatati mal-akkwist ta’ servizzi u prodotti li jintegraw materjali b’bażi bijoloġika sostenibbli, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta’ kriterji ekoloġiċi obbligatorji.

Investiment:

Il-Portugall adotta l-politika ta’ investiment għall-Banco Português de Fomento (BPF) u l-Gvern ittrasferixxa kapital ta’ EUR 250 miljun lill-BPF. Iż-żieda fil-kapital u l-iżvilupp ta’ politika ta’ investiment għall-BPF jippermettu l-implimentazzjoni tal-InvestEU u introduċew ukoll sett ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti u mal-objettivi tal-RRF.

Ir-Rumanija

Tabella 23: Fatti ewlenin tal-RRP tar-Rumanija

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 13,6-il biljun f’għotjiet u EUR 14,9-il biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 8,8 % tal-PDG tar-Rumanija 68 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 9,4 biljun lir-Rumanija taħt l-RRF, li jinkludu EUR 5,8 biljun f’għotjiet u EUR 3,6 biljun f’self. 

Ir-Rumanija għad għandha disponibbli EUR 19-il biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-448 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 69 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tar-Rumanija jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 288 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz għar-rinnovazzjonijiet u l-varar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli mill-prosumaturi. 

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 44,2 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 21,9 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-appoġġ għat-tfal minn familji vulnerabbli, għall-persuni b’diżabbiltà u għall-anzjani, kif ukoll mal-implimentazzjoni tal-Introjtu Minimu tal-Inklużjoni.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni mir-Rumanija tal-RRP tagħha. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tar-Rumanija, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 2,6 biljun f’appoġġ finanzjarju fis-27 ta’ Ottubru 2022 70 . Il-21 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti, fost l-oħrajn, fl-oqsma tal-mobbiltà sostenibbli, tad-dekarbonizzazzjoni, tal-awditjar u l-kontroll, tal-edukazzjoni u s-saħħa, u l-passi preliminari fir-riformi tat-taxxa u tal-pensjonijiet.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fis-27 ta’ Ġunju 2023, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 2,8 biljun fid-29 ta’ Settembru 2023. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva ta’ 49 mill-51 objettiv intermedju u mira li jkopru, fost l-oħrajn, id-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni affordabbli, il-kultura, l-ambjent tan-negozju, id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-prevenzjoni tan-nirien rurali. Iż-żewġ objettivi intermedji li jifdal li jikkonċernaw l-investimenti fl-enerġija ma ntlaħqux b’mod sodisfaċenti. Għalhekk, il-Kummissjoni attivat il-proċedura ta’ “sospensjoni tal-pagamenti”, kif previst mill-Artikolu 24(6) tar-Regolament RRF. Mal-għoti ta’ evidenza fil-perjodu stipulat fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament RRF, il-Kummissjoni se tivvaluta l-ilħuq sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u, jekk ikun xieraq, tneħħi s-sospensjoni tal-pagament.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem f’kollaborazzjoni mar-Rumanija biex tivvaluta t-tielet talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 34 u 35 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 34: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 35: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għar-Rumanija

Riforma:

F’Ġunju 2022, ir-Rumanija adottat Ordinanza ta’ Emerġenza tal-Gvern li tistabbilixxi kalendarju ta’ eliminazzjoni gradwali għall-faħam u għal-linjite, u b’hekk żiedet id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u bil-linjite għandhom jiġu eliminati gradwalment sal-2032.

Investiment:

Ġew iffirmati kuntratti ma’ operaturi pubbliċi (jiġifieri muniċipalitajiet) għall-operazzjonalizzazzjoni ta’ skejjel preprimarji effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-investiment għandu l-għan li jżid l-aċċess u l-parteċipazzjoni f’servizzi standard tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, permezz tal-kapaċità addizzjonali ta’ 110 skejjel preprimarji ġodda.

Is-Slovenja

Tabella 24: Fatti ewlenin tal-RRP tas-Slovenja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 1,6 biljun f’għotjiet u EUR 1,1 biljun f’self taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 4,3 % tal-PDG tas-Slovenja 71 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 841 miljun lis-Slovenja taħt l-RRF, li jinkludu EUR 530,96 miljun f’għotjiet u EUR 310 miljun f’self.

Is-Slovenja għad għandha disponibbli EUR 1,8 biljun f’għotjiet u f’self mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni pożittiva tal-ilħuq fil-futur tal-149 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 72 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tas-Slovenja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 24,4 miljun bħala prefinanzjament fit-13 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħat-tneħħija ta’ ostakli regolatorji għall-varar ta’ installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 48,9 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 20,0 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mal-kura tas-saħħa, mal-pensjonijiet u mal-kura fit-tul.

B’żewġ talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni tas-Slovenja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel talba għall-pagament tas-Slovenja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 50 miljun f’appoġġ finanzjarju fl-20 ta’ April 2023 73 . It-12-il objettiv intermedju relatat koprew riformi u investimenti fi proċessuri b’konsum baxx tal-enerġija u f’ċipep tas-semikondutturi kif ukoll fl-infrastruttura u fis-servizzi komuni Ewropej tad-data, u oħrajn fl-oqsma tat-trasformazzjoni diġitali, tal-ambjent tan-negozju, tal-kura fit-tul u tal-awditjar u tal-kontroll.

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fis-27 ta’ Novembru 2023, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 536 miljun fit-28 ta’ Diċembru 2023. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tal-44 objettiv intermedju u mira li jkopru, fost l-oħrajn, il-pjan ta’ mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar, l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, tat-turiżmu u tal-kultura.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet qiegħda taħdem f’kollaborazzjoni mas-Slovenja biex tivvaluta t-tielet talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjonijiet 36 u 37 juru s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Illustrazzjoni 36: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Illustrazzjoni 37: Self totali żborżat taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ self

żborżat sa issa taħt l-RRF. Is-self jikkonsisti

f’kontribuzzjonijiet finanzjarji ripagabbli. L-ammont totali tas-self

mogħti lil kull Stat Membru huwa ddeterminat

mill-valutazzjoni tat-talba għal self tiegħu u ma jistax jaqbeż is-6,8 %

tal-ING tal-2019 tiegħu.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għas-Slovenja

Riforma:

Is-Slovenja adottat l-Att dwar il-Fjuwils Alternattivi fit-Trasport, li jagħmel l-użu tal-fjuwils alternattivi fit-trasport interoperabbli, sikur u faċilment aċċessibbli. L-Att jistabbilixxi regoli legalment vinkolanti għall-partijiet ikkonċernati kollha f’punt uniku ta’ servizz, biex jiffaċilita d-diversifikazzjoni tat-trasport primarjament personali fi trasport b’emissjonijiet baxxi u b’emissjonijiet żero. L-Att ikopri wkoll il-ħolqien, ir-reġistrazzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tal-provvista.

Investiment:

Is-Slovenja għażlet il-proġetti ta’ suċċess ta’ fondi muniċipali għall-akkomodazzjoni u ta' organizzazzjonijiet oħrajn tal-akkomodazzjoni affordabbli, biex twettaq il-kostruzzjoni u l-akkwist ta’ abitazzjonijiet ġodda kif ukoll ir-rikostruzzjoni ta’ abitazzjonijiet eżistenti, sabiex tipprovdi 480 unità ta’ akkomodazzjoni pubblika ġdida affordabbli.

Is-Slovakkja

Tabella 25: Fatti ewlenin tal-RRP tas-Slovakkja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 6,4 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 5,2 % tal-PDG tas-Slovakkja 74 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, EUR 2,67 biljun f’għotjiet ġew żborżati lis-Slovakkja taħt l-RRF.

Is-Slovakkja għad għandha disponibbli EUR 3,7 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat mal-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-165 75 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 76 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tas-Slovakkja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU,ġew żborżati EUR 80,5 miljun bħala prefinanzjament fit-13 ta’ Diċembru 2023. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tan-networks tal-elettriku.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 45,8 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 20,50 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati ma’ eżiti u ħiliet edukattivi ħżiena tal-istudenti u rata baxxa ta’ reġistrazzjoni tat-tfal f’faċilitajiet ta’ qabel l-iskola.

Bi tliet talbiet għall-pagament imlestija, l-implimentazzjoni tas-Slovakkja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tal-ewwel u tat-tieni talba għall-pagament tas-Slovakkja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 398,7 miljun f’appoġġ finanzjarju fid-29 ta’ Lulju 2022 u EUR 708,8 miljun fit-22 ta’ Marzu 2023 77 . It-30 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħat-tagħmir u d-diġitalizzazzjoni tal-forza tal-pulizija jew ir-riorganizzazzjoni tal-mappa ġudizzjarja, u oħrajn fl-oqsma tat-trasformazzjoni diġitali, tal-kura tas-saħħa u tal-amministrazzjoni pubblika.

Illustrazzjoni 38: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-aktar talba għall-pagament reċenti, li l-Kummissjoni vvalutat b’mod pożittiv fl-24 ta’ Novembru 2023, wasslet għall-iżborż ta’ EUR 662,3 miljun fit-28 ta’ Diċembru 2023. L-iżborż irrifletta l-valutazzjoni pożittiva tas-27 objettiv intermedju u mira li, fost l-oħrajn, ikopru t-tħejjija ta’ strateġija għall-gwida tat-tranżizzjoni diġitali tal-ekonomija, it-tnedija ta’ sejħiet ġodda biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ir-riċerkaturi akkademiċi u l-kumpaniji privati, u t-titjib tal-aċċessibbiltà u l-kwalità tas-sistema tal-edukazzjoni, inklużi l-iskejjel preprimarji.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni kienet adottat valutazzjoni preliminari tar-raba’ talba għall-pagament tas-Slovakkja.

L-Illustrazzjoni 38 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għas-Slovakkja

Riforma:

Is-Slovakkja aġġornat il-qafas legali eżistenti għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u ħolqot mekkaniżmi ġodda ta’ appoġġ għall-varar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport, fl-elettriku u fit-tisħin. Is-Slovakkja introduċiet ukoll pjan ta’ rkantar fit-tul għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli mill-Ministeru tal-Ekonomija u adottat skema ta’ rkant għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, skema ġdida ta’ appoġġ għall-investimenti fir-repowering u skema għall-investimenti fl-assi ta’ flessibbiltà.

Investiment:

Is-Slovakkja laħqet ukoll mira relatata mal-ħolqien ta’ network taċ-Ċentri Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali (EDIH) u Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIH) biex jipprovdu servizzi lin-negozji biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u innovazzjoni.

Il-Finlandja

Tabella 26: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Finlandja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 1,9 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,7 % tal-PDG tal-Finlandja 78 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, ġew żborżati EUR 498,8 miljun lill-Finlandja taħt l-RRF.

Il-Finlandja għad għandha disponibbli EUR 1,45 biljun f’għotjiet mill-RRF. Dan se jiġi żborżat wara l-valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tal-124 objettiv intermedju u mira li jifdal inklużi fis-CID 79 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-RRF.

L-RRP tal-Finlandja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU, ġew żborżati EUR 25,4 miljun bħala prefinanzjament fil-25 ta’ Jannar 2024. Dan għen fit-tnedija ta’ riformi rilevanti bħall-istabbiliment ta’ proċedura unika ta’ rieżami u awtorità nazzjonali unika ġdida għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal permessi ambjentali, u investimenti, bħal f’teknoloġiji nodfa ġodda għall-produzzjoni u l-użu tal-enerġija, kif ukoll attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp għall-promozzjoni ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli.

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 52,3 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 28,9 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, speċjalment relatati mat-titjib tal-aċċess għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi soċjali madwar il-pajjiż kollu.

B’talba għall-pagament waħda mlestija, l-implimentazzjoni mill-Finlandja tal-RRP tagħha tinsab għaddejja. Madankollu, it-tlestija f’waqtha tirrikjedi sforzi akbar. Il-Kummissjoni tat valutazzjoni pożittiva tat-talba għall-pagament tal-Finlandja, filwaqt li qieset l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Dan wassal biex ġew żborżati EUR 202 miljun f’appoġġ finanzjarju fl-1 ta’ Marzu 2024 80 . L-20 objettiv intermedju u mira relatati koprew riformi u investimenti bħar-riformi tat-taxxa biex tiġi promossa l-elettrifikazzjoni tal-industrija u jitħeġġeġ l-investiment f’teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, inċentivi tat-taxxa biex jiġi promoss it-trasport sostenibbli u l-użu ta’ vetturi elettriċi, titjib fl-opportunitajiet ta’ impjieg permezz tat-tqabbil tal-opportunitajiet ta’ tagħlim kontinwu mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u leġiżlazzjoni ewlenija fil-kuntest tar-riforma tas-servizzi soċjali, tal-kura tas-saħħa u tas-salvataġġ. L-objettivi intermedji inkludew ukoll investimenti ewlenin b’appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, bħat-trasformazzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija u teknoloġiji ġodda tal-enerġija u l-produzzjoni u l-użu ta’ idroġenu b’emissjonijiet baxxi. Investimenti ewlenin oħrajn kellhom fil-mira t-tnaqqis tal-impatti klimatiċi u ambjentali tal-binjiet u jappoġġaw il-forestrija ta’ preċiżjoni biex jippromwovu miżuri reżiljenti għat-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà ambjentali.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, il-Finlandja kienet qiegħda taħdem lejn it-tieni talba għall-pagament tagħha.

Illustrazzjoni 39: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Eżempji ta’ objettivi intermedji u miri milħuqa għall-Finlandja

Riforma:

L-Att dwar iċ-Ċentru tas-Servizzi għat-Tagħlim Kontinwu u l-Impjiegi daħal fis-seħħ. Iċ-Ċentru tas-Servizzi jipprovdi taħriġ u riżorsi għall-iżvilupp ta’ kompetenzi u ħiliet li huma meħtieġa fis-suq tax-xogħol kurrenti u fil-futur, u b’hekk iwessa’ l-offerta ta’ tagħlim kontinwu tal-Finlandja u joħloq opportunitajiet għall-persuni fl-età tax-xogħol.

Investiment:

Il-linji gwida dwar il-finanzjament (ir-Regolament dwar l-Għajnuna għall-Enerġija) daħlu fis-seħħ, li ppermettew it-tnedija tal-ewwel sejħa kompetittiva għal proposti għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-enerġija. Wieħed mill-benefiċjarji ta’ dawn l-investimenti hija l-kumpanija tal-enerġija li hija kollha kemm hi proprjetà tal-Belt ta’ Helsinki, HELEN li l-proġett tagħha tal-Pompi tas-Sħana Arja-Ilma (AWHP) għandu l-għan li jimplimenta impjant tal-pompi tas-sħana li juża l-arja ta’ barra bħala sors tas-sħana b’kapaċità ta’ tisħin distrettwali ta’ 11-18 MW u kapaċità ta’ tkessiħ distrettwali ta’ 8 MW.

L-Illustrazzjoni 39 turi s-sitwazzjoni attwali kif riflessa fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, filwaqt li fil-kaxxa ta’ hawn taħt huma inklużi eżempji ta’ miżuri b’objettivi intermedji u miri milħuqa.

L-Iżvezja

Tabella 27: Fatti ewlenin tal-RRP tal-Iżvezja

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

L-RRP iwitti t-triq għall-iżborż ta’ massimu ta’ EUR 3,45 biljun f’għotjiet taħt l-RRF matul il-perjodu 2021-2026, li jirrappreżentaw 0,6 % tal-PDG tal-Iżvezja 81 . Sal-31 ta’ Awwissu 2024, l-Iżvezja għad għandha l-allokazzjoni sħiħa tagħha mill-RRF disponibbli, li se tiġi żborżata wara valutazzjoni tal-ilħuq fil-futur tas-57 objettiv intermedju u mira inklużi fis-CID 82 , qabel l-iskadenza tal-2026 stabbilita għall-Faċilità.

L-RRP tal-Iżvezja jinkludi kapitolu REPowerEU biex telimina gradwalment id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili mir-Russja, tiddiversifika l-provvisti tal-enerġija tagħha u tipproduċi aktar enerġija nadifa fis-snin li ġejjin. Il-kapitolu se jikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-provvista ta’ enerġija affordabbli, sigura u sostenibbli.

Illustrazzjoni 40: Għotjiet totali żborżati taħt l-RRF

Nota: Din il-graff turi l-ammont ta’ għotjiet, inkluż il-prefinanzjament, żborżati sa issa taħt l-RRF. L-għotjiet huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ripagabbli. L-ammont totali ta’ għotjiet mogħtija lil kull Stat Membru jiġi ddeterminat minn koeffiċjent tal-allokazzjoni u l-kost totali stmat tal-RRP rispettiv.

Sors: Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-pjan għandu enfasi qawwija fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, billi jiddedika 43,65 % tal-fondi disponibbli għal miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi u 21,2 % tal-allokazzjoni totali tiegħu biex jappoġġa t-tranżizzjoni diġitali. Dan iżomm ukoll dimensjoni soċjali b’saħħitha b’miżuri ta’ protezzjoni soċjali, inkluż b’mod partikolari l-edukazzjoni vokazzjonali, it-taħriġ fil-lingwa Żvediża u l-akkomodazzjoni tal-istudenti.

Sal-31 ta’ Awwissu 2024, b’dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-RRP tagħha, l-Iżvezja kienet qiegħda taħdem lejn l-ewwel talba għall-pagament tagħha.

L-Illustrazzjoni 40 turi s-sitwazzjoni attwali kif rifless fit-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza.

(1)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(2)

Il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari għall-ewwel talba għall-pagament tal-Belġju fit-2 ta’ Lulju 2024, li fiha l-Kummissjoni vvalutat 19-il objettiv intermedju u mira bħala milħuqa b’mod sodisfaċenti. Il-pagament korrispondenti ġie żborżat lill-Belġju fl-24 ta’ Settembru 2024, jiġifieri wara d-data limitu ta’ dan ir-rapport annwali.

(3)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15570-2023-ADD-1/mt/pdf

(4)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(5)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-8091-2022-ADD-1/mt/pdf

(6)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(7)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(8)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11047-2021-ADD-1/mt/pdf

(9)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(10)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(11)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10154-2021-ADD-1/mt/pdf

(12)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(13)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt .

(14)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11674-2024-COR-1/mt/pdf

(15)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(16)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(17)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12532-2021-ADD-1/mt/pdf

(18)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(19)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(20)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10262-2024-INIT/mt/pdf

(21)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(22)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(23)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11858-2024-ADD-1/mt/pdf

(24)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(25)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(26)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10150-2021-ADD-1-REV-2/mt/pdf

(27)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(28)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(29)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10162-2021-ADD-1/mt/pdf

(30)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(31)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(32)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10687-2021-ADD-1/mt/pdf

(33)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(34)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(35)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10160-2021-ADD-1-REV-2/mt/pdf

(36)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(37)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(38)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10686-2021-ADD-1/mt/pdf

(39)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(40)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt  

(41)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10157-2021-ADD-1/mt/pdf  

(42)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(43)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt  

(44)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10477-2021-ADD-1/mt/pdf  

(45)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(46)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(47)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10155-2021-ADD-1/mt/pdf

(48)

Il-Kunsill adotta l-kapitolu REPowerEU tal-Lussemburgu fit-23 ta’ Settembru 2024, jiġifieri wara d-data limitu ta’ dan ir-rapport annwali.

(49)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(50)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(51)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-15447-2022-ADD-1/mt/pdf

(52)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(53)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CONSIL:ST_11941_2021_ADD_1

(54)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(55)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(56)

Il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari għall-ewwel talba għall-pagament tan-Netherlands fil-15 ta’ Lulju 2024, li fiha l-Kummissjoni vvalutat 30 objettiv intermedju u mira bħala milħuqa b’mod sodisfaċenti. Il-pagament korrispondenti ġie żborżat lin-Netherlands fl-24 ta’ Settembru 2024, jiġifieri wara d-data limitu ta’ dan ir-rapport annwali.

(57)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12275-2022-ADD-1/mt/pdf

(58)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(59)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10159-2021-ADD-1/mt/pdf

(60)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(61)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(62)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-9728-2022-ADD-1/mt/pdf

(63)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(64)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(65)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10149-2021-ADD-1-REV-1/mt/pdf

(66)

Sat-8 ta’ Ottubru 2024, jiġifieri wara d-data limitu ta’ dan ir-rapport annwali, meta l-Kunsill adotta l-aġġornament tal-iżbalji klerikali tal-Portugall, il-valur il-ġdid huwa ta’ 40,6 %.

(67)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(68)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(69)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12319-2021-ADD-1/mt/pdf

(70)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(71)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(72)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-8390-2022-INIT/mt/pdf

(73)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(74)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(75)

Il-Kummissjoni adottat valutazzjoni preliminari għar-raba’ talba għall-pagament tas-Slovakkja fl-1 ta’ Lulju 2024, li fiha l-Kummissjoni vvalutat il-15-il objettiv intermedju u mira bħala milħuqa b’mod sodisfaċenti.

(76)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CONSIL:ST_10156_2021_ADD_1

(77)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(78)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(79)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12524-2021-ADD-1/mt/pdf

(80)

Meta l-pagamenti mitluba jiġu żborżati, il-prefinanzjament jiġi kklirjat proporzjonalment. L-ammonti netti huma kkwotati hawnhekk.

(81)

L-informazzjoni dwar il-PDG hija bbażata fuq id-data tal-2023. Sors: https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt

(82)

  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7772-2022-ADD-1/mt/pdf