28.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2014

tat-8 ta’ April 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta' informazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-aċidu bromoaċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 4 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova s-sulfat tar-ram pentaidrat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-aċidu benżojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 3 u 4 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-etofenproks bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova t-tebukonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 10 (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1039/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jimmodifika l-approvazzjoni tal-aċidu nonanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2 (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12n (ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"—

32013 R 0837: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 (ĠU L 234, 3.9.2013, p. 1)."

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12n (ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

"12na.

32013 R 0945: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2013 tat-2 ta’ Ottubru 2013 li japprova ċ-ċipermetrina bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 261, 3.10.2013, p. 23).

12nb.

32013 R 0955: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 955/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 9 (ĠU L 263, 5.10.2013, p. 7).

12nc.

32013 R 1032: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-aċidu bromoaċetiku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 4 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 22).

12nd.

32013 R 1033: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1033/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova s-sulfat tar-ram pentaidrat bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 25).

12ne.

32013 R 1034: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-fosfid tal-aluminju li jirrilaxxa l-fosfina bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 20 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 28).

12nf.

32013 R 1035: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-aċidu benżojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 3 u 4 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 31).

12ng.

32013 R 1036: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-etofenproks bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 35).

12nh.

32013 R 1037: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1037/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova l-IPBC bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 38).

12ni.

32013 R 1038: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1038/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li japprova t-tebukonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 10 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 40).

12nj.

32013 R 1039: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1039/2013 tal-24 ta’ Ottubru 2013 li jimmodifika l-approvazzjoni tal-aċidu nonanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2 (ĠU L 283, 25.10.2013, p. 43)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 837/2013, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2013, (UE) Nru 955/2013, (UE) Nru 1032/2013, (UE) Nru 1033/2013, (UE) Nru 1034/2013, (UE) Nru 1035/2013, (UE) Nru 1036/2013, (UE) Nru 1037/2013, (UE) Nru 1038/2013 u (UE) Nru 1039/2013 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ April 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 225/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013 (12), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 234, 3.9.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 261, 3.10.2013, p. 23.

(3)   ĠU L 263, 5.10.2013, p. 7.

(4)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 22.

(5)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 25.

(6)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 28.

(7)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 31.

(8)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 35.

(9)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 38.

(10)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 40.

(11)   ĠU L 283, 25.10.2013, p. 43.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.

(12)   ĠU L 154, 22.5.2014, p. 22.