|
4.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 299/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9496 — Ardian France/Staci)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 299/08)
1.
Fis-27 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ardian France SA (“Ardian”, Franza), |
|
— |
Groupe Staci (“Staci”, Franza), ikkontrollata mill-Compagnie Benelux Participations SA (“Cobepa”, il-Belġju). |
Ardian takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Staci kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Ardian: kumpanija indipendenti ta’ investiment privat li tiġġestixxi u/jew tagħti konsulenza dwar assi fl-Ewropa, fl-Amerika ta’ Fuq u fl-Asja. Ardian ma għandha ebda sehem fil-kumpaniji tal-portafoll attivi fis-settur tas-servizzi tal-loġistika,
— Staci: attiva fis-settur tal-loġistika, speċjalista tal-loġistika għall-ħwienet, u partikularment l-aktar fil-qasam (i) tal-loġistika tal-prodotti tal-kummerċjalizzazzjoni u (ii) tal-loġistika ta’ ħwienet ta’ prodotti kummerċjali. Staci tipprovdi servizzi ta’ loġistika fil-Ġermanja, fil-Belġju, Spanja, Franza, l-Italja, fin-Netherlands, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti tal-Amerika.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti possibbli tagħhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9496 — Ardian France/Staci
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).