Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 136, p. 85)
Dispożittiv
1) Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad- Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali, id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Repubblika Franċiża naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva.
2) Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.