|
22.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/399
tal-15 ta’ Frar 2023
li jagħti l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lill-isem “Corrèze” (DOP)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tal-isem “Corrèze” f’konformità mal-Artikolu 97(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, jenħtieġ li l-isem “Corrèze” jiġi protett u li dan jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 104 ta’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Corrèze ” (DOP) huwa b’dan protett.
Il-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed “Corrèze” li għalihom il-valuri tad-diossidu tal-kubrit jaqbżu l-limiti stabbiliti mil-liġi hija soġġetta għall-għoti ta’ deroga minn dawk il-limiti bir-Regolament (UE) 2019/934 tal-Kummissjoni (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU L 149, 7.6.2019, p. 1).