Official Journal L 153 , 21/06/1980 P. 0023 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0049
Greek special edition: Chapter 03 Volume 29 P. 0025
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 12 P. 0049
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 18 P. 0137
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 18 P. 0137
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1552/80 ta’ l-20 ta’ Ġunju 1980 li jistabbilixxi regoli dettaljati biex tingħata ta’ assistenza amministrattiva rigward l-esportazzjoni ta’ ċertu ġobon eliġibbli għal trattament speċjali meta impurtat fl-Awstralja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/79 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-għoti ta’ assistenza fuq esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jistgħu jibbenefikaw minn trattament ta’ importazzjoni speċjali f’pajjiż terz [1], u partikolarment l-Artikolu 1 (2) tiegħu, Billi l-Commonwealth ta’ l-Awstralja qablet, fil-kuntest tal-GATT, li tippermetti importazzjonijiet ta’ ġobon artab u matur, Roquefort, Stilton u ġobon ieħor mill-ħalib tal-mogħża ħieles minn kull restrizzjoni amministrattiva; billi dan il-ftehim ikun japplika mill-1 ta’ Lulju 1980; Billi l-Komunità ntrabtet li tagħti assistenza amministrattiva lill-awtoritajiet Awstraljani biex tiżgura applikazzjoni korretta tal-ftehim; billi, għal dan l-iskop, il-ġobon konċernat għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità; Billi l-miżuri preskritti għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħalib u għall-Prodotti tal-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-esportazzjonijiet lejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja ta’: - ġobon artab u matur prodott esklussivament mill-ħalib tal-mogħoż (esklużi l-Feta, it-Telemes u l-Kasseri) li jaqgħu taħt is-subintestatura 04.04 E tat-Tariffa Doganali Komuni, il-ġobon Roquefort u l-ġobon Stilton li jaqgħu taħt is-subintestatura 04.04 C tat-Tariffa Doganali Komuni, - prodotti fil-Komunità u jissodisfaw id-definizzjoni stipulata fl-Anness I ta’ hawnhekk, ċertifikat li jikkorrispondi mal-mudell stipulat fl-Anness II ta’ hawnhekk għandu jinħareġ wara li ssir talba mill-parti interessata. Artikolu 2 1. Iċ-ċertifikati għandhom ikunu stampati fuq karta bajda u bl-Ingliż. Id-daqs tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm. Kull ċertifikat għandu jingħata numru tas-serje mill-aġenzija tal-ħruġ. L-Istat Membru esportatur jista’ jitlob li ċ-ċertifikat li jrid jintuża fit-territorju tiegħu għandu, flimkien ma’ l-Ingliż, jkun satmpat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu. 2. Iċ-ċertifikati għandhom jsiru f’kopja oriġinali u ta’ l-anqas żewġ kopji. Dawn il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-sere ta’ l-oriġinali. L-oriġinali u l-kopji għandhom jiġu kompletati b’ tipa stampata jew bl-idejn; fil-każ ta’ l-aħħar, għandhom jiġu kompletati b’ittri kbar u bil-linka. Artikolu 3 1. Iċ-ċertifikat u l-kopji tiegħu għandhom jinħarġu mill-aġenzija maħtura minn kull Stat Membru. 2. L-aġenzija tal-ħruġ għandha żżomm kopja waħda taċ-ċertifikat. L-oriġinali u l-kopja l-oħra għandhom ikunu prodotti lill-uffiċjal tad-dwana fejn ikunu kompletati l-formalitajiet ta’ esportazzjoni doganali għall-esportazzjoni lejn il-Commonwealth ta’ l-Awstralja. 3. L-Uffiċju doganali li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2 għandu jagħmel it-timbru tiegħu fil-kaxxa riservata għal dan l-iskop fuq l-oriġinal u jirritornah lill-parti konċernata. Il-kopja għandha tinżamm minn dak l-uffiċċju doganali. Artikolu 4 Iċ-ċertifikat għandu jkun validu biss wara li jkun approvat mill-uffiċċju doganali kompetenti. Dan għandu jkopri l-kwantità ta’ oġġetti indikati fuqu. Madankollu, kwantità li taqbeż b’mhux iktar minn 5 % il-kwantità indikata fuq iċ-ċertifikat għandha tkun meqjusa li hija koperta miċ-ċertifikat. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura li tistgħu tkunu meħtieġa għall-iskop ta’ l-ispezzjoni ta’ l-oriġni, it-tip, il-komposizzjoni u l-kwalità tal-ġobon li dwaru jinħarġu ċ-ċertifikati. Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jibda iseħħ fl-1 ta’ Lulju 1980. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Ġunju 1980. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 334, tat-28.12.1979, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS I Tifsira tal-ġobon li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1 1. Ġobon artab u matur huwa ttrattat jew immaturat b’aġenti bijoloġiċi bħall-moffa, ħmira u organiżmi oħra li jikkawżaw qoxra viżibbli li tifforma fuq il-wiċċ tal-ġobon. It-trattament jew il-maturità ssir b’tali mod li l-ġobon jikkura jew jimmatura mill-wiċċ lejn iċ-ċentru. Il-kontenut tax-xaħam bil-piż ta’ materja niexfa ma jistax ikun inqas minn 50 %. Il-kontenut ta’ l-umdità ikkalkulat bil-piż tal-materja bla xaħam ma jistax ikun inqas minn 65 %. It-terminu "ġobon artab u matur" ma jinkludix ġobon bil-moffa, ħmira jew organiżmi oħra fuq il-qoxra li jkun fiha wkoll moffa, blu jew mod ieħor, imqassma l-istess ma’ l-intern kollu tal-ġobon. 2. Il-ġobon Roquefort jrid jsir skond l-istandards stabbiliti fil-liġi tad-29 ta’ Lulju 1925 ippubblikata fil-"Journal officiel de la République française" tat-30 ta’ Lulju 1925 u jrid ikollu it-tikketta ta’ "Roquefort" mill-"Confédération générale des producteurs de lait de brebis et des industriels de Roquefort." 3. Il-ġobon Stilton jrid jkun skond ir-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marki kummerċjali taċ-ċertifikazzjoni 831407 u 831408 u jkunu jaqblu mall-ħtiġiet addattati mal-kontenut tax-xaħam tal-ħalib u l-kontenut ta’ l-ilma kif stipulati fl-Iskeda 1 għar-regolamenti tal-ġobon tal-1970 tar-Renju Unit. 4. Ġobon tal-ħalib tal-mogħoż irid jkun magħmul "biss mill-ħalib tal-mogħoż" (esklużi l-ġobon Feta, Telemes u Kasseri) u jrid ikollhom dawn il-kliem fuq il-pakkett u/jew fuq it-tikketta. -------------------------------------------------- ANNESS IIANNEX IIANHANG IIALLEGATO IIBIJLAGE IIBILAG II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------