|
25.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9778 — TUI AG/RCCL/Hapag-Lloyd Cruises)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 174/05)
1.
Fil-15 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
TUI AG (“TUI AG”, il-Ġermanja), |
|
— |
Royal Caribbean Cruises Ltd (“RCCL”, il-Liberja), |
|
— |
Hapag-Lloyd Kreuzfahrten GmbH (“Hapag-Lloyd Cruises”, il-Ġermanja). |
TUI AG u RCCL, permezz ta’ TUI Cruises GmbH (“TUI Cruises”, il-Ġermanja), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hapag-Loyd Cruises.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
TUI AG: il-kumpanija finalment prinċipali tat-TUI Group, grupp ta’ turiżmu għall-vaganzi integrati li jaħdem permezz tad-diversi lukandi sussidjarji tiegħu, vapuri tla-kruċieri, linji tal-ajru, ajruplani, aġenziji tal-ivvjaġġar, operaturi tat-tours u portali online, |
|
— |
RCCL: operatur dinji ta’ kruċieri oċeaniċi, |
|
— |
TUI Cruises: joint venture li kienet diġà teżisti kkontrollata bi sħab minn TUI AG u RCCL attiva fil-provvista ta’ kruċieri oċeaniċi, primarjament lil klijenti li jitkellmu l-Ġermaniż, |
|
— |
Hapag-Lloyd Cruises: il-provvista ta’ kruċieri oċeaniċi, primarjament lil klijenti li jitkellmu l-Ġermaniż. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9778 — TUI AG/RCCL/Hapag-Lloyd Cruises
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).