Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza
Official Journal L 115 , 28/04/2006 P. 0049 - 0049
Official Journal L 270 , 29/09/2006 P. 0423 - 0423
Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 10 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza (2006/313/PESK) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fil-laqgħa tiegħu fil- 25 ta' April 2005, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u mill-Kummissjoni kif xieraq, biex tiftaħ negozjati skond l-Artikoli 24 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex l-Unjoni Ewropea tikkonkludi Ftehim dwar kooperazzjoni u assistenza mal-Qorti Kriminali Internazzjonali. (2) Wara din l-awtorizzazzjoni, il-Presidenza innegozjat il-Ftehim. (3) Il-Ftehim għandu jiġi approvat f' isem l-Unjoni Ewropea, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-Unjoni Ewropea dwar kooperazzjoni u assistenza huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li (j)tiffirma(w) l-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Il-Kunsill jinnota li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb tidderieġi l-azzjoni tagħha biex tikseb l-objettivi u l-prijoritajiet tal-Ftehim, fejn xieraq b’miżuri Komunitarji pertinenti. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmul fil-Lussemburgu, nhar l- 10 ta' April 2006. Għall-Kunsill Il-President U. Plassnik --------------------------------------------------