|
15.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/21
tal-14 ta’ Jannar 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47l(c) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 (2) fil-punt (d) tal-Artikolu 7(2) jipprevedi li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqiegħed portal web għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri li jagħżlu li jippubblikaw, fost l-oħrajn, ir-rata tat-taxxa applikabbli għal provvisti ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, servizzi tax-xandir u servizzi fornuti b’mezzi elettroniċi msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 904/2010. |
|
(2) |
Il-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3) jipprevedi skemi speċjali għal persuni taxxabbli li jipprovdu ċerti servizzi. Dak il-Kapitolu ġie emendat bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 (4) u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu ġie estiż għal provvisti ta’ servizzi lil persuni mhux taxxabbli u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti. |
|
(3) |
Sabiex jitqies il-kamp ta’ applikazzjoni estiż tal-iskemi speċjali tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 ġie emendat permezz tar-Regolament (UE) 2017/2454 (5) u ddaħħal l-Artikolu 47 g. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 jiġi emendat biex jirrifletti din il-bidla fir-Regolament (UE) Nru 904/2010. |
|
(5) |
Sabiex dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data tad-dispożizzjonijiet emendati tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Artikolu 47 g tar-Regolament (UE) Nru 904/2010, dan ir-Regolament jenħtieġ li jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Punt (d) tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 jinbidel b’dan li ġej:
|
“(d) |
mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-rati tat-taxxa applikabbli għal provvisti ta’ oġġetti u servizzi skont l-iskemi speċjali previsti fil-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 g tar-Regolament (UE) Nru 904/2010.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President,
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 tal-31 ta’ Jannar 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 29, 1.2.2012, p. 13).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 1).