|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5667 |
27.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela
(C/2026/5667)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Néstor Neptali BLANCO HURTADO (Nru 19), José Adelino ORNELAS FERREIRA magħruf ukoll bħala José Adelino ORNELLA FERREIRA/ José Adelino ORNELLAS FERREIRA (Nru 26), Jorge Elieser MÁRQUEZ MONSALVE (Nru 31), Luis Fernando DAMIANI BUSTILLOS (Nru 41), Inocencio Antonio FIGUEROA ARIZALETA (Nru 58), Malaquías GIL RODRÍGUEZ (Nru 59), Elio Ramón ESTRADA PAREDES (Nru 68), persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati u abbażi ta' evidenza ġdida. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għad-deżinjazzjoni tagħhom jew l-evidenza, qabel t- 3 ta' Novembru 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2074/oj.
(2) ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2063/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5667/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)