|
20.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/415
tad-19 ta’ Marzu 2020
li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti aġġorna l-informazzjoni relattiva għal persuna waħda soġġetta għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell id-19 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
ANNESS
Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, il-Parti (a) (Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a), l-entrata 16 hija sostitwita b’dan li ġej:
“ 16. Ignace MURWANASHYAKA
(alias: Dr Ignace)
Titolu: Dr.
Deżinjazzjoni: President tal-FDLR
Indirizz: Il-Ġermanja (fil-ħabs)
Data ta’ Twelid: 14 ta’ Mejju 1963
Post tat-Twelid: a) Butera, ir-Rwanda b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda
Nazzjonalità: Ir-Rwanda
Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta’ Novembru 2005
Informazzjoni oħra: Miet fil-ħabs fil-Ġermanja fis-16 ta’ April 2019. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009 u fit-28 ta’ Settembru 2015 instab ħati minn qorti Ġermaniża ta’ tmexxija ta’ grupp terroristiku barrani u ta’ għoti ta’ għajnuna f’delitti tal-gwerra. Ingħata sentenza ta’ 13-il sena u minn Ġunju 2016 qiegħed f’ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta’ Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b’mandat ta’ ħames snin. Link għas-sit web tal-Avviż Speċjali tal-INTERPOL-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: https://www.interpol.int/en/How-we-work/Notices/View-UN-Notices-Individuals.
Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:
Ignace Murwanashyaka huwa l-President tal-FDLR, u jeżerċita influwenza fuq il-linji ta’ politika tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa kien f’komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f’Busurungi f’Mejju 2009); huwa ta ordnijiet militari lill-kmand għoli; kien involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta’ armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta’ struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; u amministra somom kbar ta’ flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta’ riżorsi naturali f’żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta’ kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Huwa ġie arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009 u fit-28 ta’ Settembru 2015 nstab ħati minn qorti Ġermaniża ta’ tmexxija ta’ grupp terroristiku barrani u ta’ għoti ta’ għajnuna f’delitti tal-gwerra. Huwa ngħata sentenza ta’ 13-il sena u minn Ġunju 2016 kien qiegħed f’ħabs fil-Ġermanja. Fid-29 ta’ Novembru 2014 ġie rielett bħala President tal-FDLR b’mandat ta’ ħames snin.”