10.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/308

tat-8 ta’ Frar 2023

li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ annimali ċervidi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 146(2) u l-Artikolu 156(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (2) jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri.

(2)

B’mod partikolari, l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jipprevedi li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li jridu jintużaw għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, skont l-ispeċi kkonċernata. Il-Kapitoli 11 u 12 ta’ dak l-Anness jistabbilixxu, rispettivament, mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ annimali ċervidi mhux maħsuba għall-iskarnar (mudell “CER-INTRA-X”), u ta’ annimali ċervidi maħsuba għall-iskarnar (mudell “CER-INTRA-Y”).

(3)

Reċentement, l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) ġew emendati bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2246 (4) biex jiġu ristretti l-movimenti tal-annimali ċervidi flimkien mal-attività tal-bniedem bejn in-Norveġja li bħalissa hija affettwata minn tifqigħat tal-marda tat-tnewwin kroniku (CWD) f’dawk l-annimali, kif ukoll dawk l-Istati Membri li bħalissa huma affettwati wkoll minn tifqigħat tas-CWD, u l-Istati Membri l-oħra li mhumiex affettwati mis-CWD. Din ir-restrizzjoni fuq il-moviment hija meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tas-CWD fl-Unjoni. Għaldaqstant, il-mudelli “CER-INTRA-X” u “CER-INTRA-Y” stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jirriflettu dik ir-restrizzjoni fuq il-moviment.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2246 tal-15 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-marda tat-tnewwin kroniku fiċ-ċervidi ħajjin (ĠU L 295, 16.11.2022, p. 1).

ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403, il-Kapitoli 11 u 12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“KAPITOLU 11

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT BEJN L-ISTATI MEMBRI TA’ ANNIMALI ĊERVIDI MHUX MAĦSUBA GĦALL-ISKARNAR (MUDELL ‘CER-INTRA-X’)

Image 1

Image 2

L-UNJONI EWROPEA

Mudell taċ-ċertifikat CER-INTRA-X

II. Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

Parti II: Ċertifikazzjoni

Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li:

II.1.

L-annimali ċervidi(1) tal-kunsinna deskritta fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

II.1.1.

Huma identifikati kif previst fl-Artikolu 73 jew fl-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035.

II.1.2.

Għal mill-inqas il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna, jew mit-twelid, jekk ikollhom inqas minn 30 jum,

II.1.2.1.

kienu residenti kontinwament fl-istabbiliment tal-oriġini;

II.1.2.2.

ma jkunux ġew f’kuntatt ma’ annimali ċervidi miżmuma bi stat ta’ saħħa inferjuri jew soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-moviment għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali;

II.1.2.3.

ma jkunux ġew f’kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali miżmuma li jkunu daħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz jew territorju matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-annimali.

II.1.3.

Ma jkunux urew sinjali kliniċi jew sintomi tal-mard elenkat għall-annimali ċervidi waqt l-eżami kliniku li twettaq fil-perjodu ta’ 24 siegħa qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna, fi ………………. (daħħal id-data jj/xx/ssss).

II.2.

Skont l-informazzjoni uffiċjali, l-annimali deskritti fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa li ġejjin:

II.2.1.

Ma jkunux ġejjin minn stabbilimenti soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-moviment li jaffettwaw l-ispeċi jew li jinsabu f’żona ristretta stabbilita għal raġunijiet ta’ mard elenkat għall-annimali ċervidi.

II.2.2.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti li fihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ċervidi matul il-perjodu tal-aħħar 42 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.3.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti li fihom tkun twettqet sorveljanza għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis) fuq l-annimali ċervidi miżmuma fl-istabbilimenti matul il-perjodu ta’ mill-inqas 12-il xahar qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna, kif imsemmi fl-Artikolu 26(1), il-punt (e) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688.

II.2.4.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.5.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti li jinsabu f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km madwar dawk l-istabbilimenti li fihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika fi kwalunkwe stabbiliment matul il-perjodu tal-aħħar sentejn qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.6.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti li fihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda antraċe fl-ungulati matul il-perjodu ta’ 15-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.7.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti li fihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda surra (Trypanosoma evansi) matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna, u:

(2) jew

[ma tkun ġiet irrapportata l-ebda surra fl-istabbiliment matul il-perjodu tal-aħħar sentejn qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]

(2) jew [

tkun ġiet irrapportata s-surra matul il-perjodu tal-aħħar sentejn qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna, wara d-data tal-aħħar tifqigħa l-istabbilimenti affettwati jkunu baqgħu taħt restrizzjonijiet fuq il-moviment sa:

—

id-data li fiha l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbilimenti, u

—

id-data li fiha l-annimali li jkun fadal fl-istabbilimenti jkunu ġew soġġetti għal test għas-surra b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, imwettaq, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda matul il-perjodu ta’ mill-inqas 6 xhur wara d-data li fiha l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-istabbilimenti.]

(2) jew [II.2.8.

Ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew żona tiegħu ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24), fejn ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira matul il-perjodu ta’ 24 xahar qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u ma jkunux tlaqqmu b’vaċċin ħaj kontra l-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) fil-perjodu ta’ 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32(1), il-punti (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688.]

(2) u/jew [II.2.8.

Ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew żona tiegħu koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32(1), il-punti (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, u:

(2) jew [II.2.8.1.

ikunu nżammu fi Stat Membru jew żona tiegħu staġjonalment ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) f’konformità mal-Artikolu 40(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689:

(2) jew [II.2.8.1.1.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]

(2)u/jew [II.2.8.1.2.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 28 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettqa fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 28 jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu staġjonalment ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24);]]

(2)u/jew [II.2.8.1.3.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu staġjonalment ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24);]]]

(2)u/jew [II.2.8.2.

ikunu ġew protetti kontra attakki minn vetturi matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni u jkunu nżammu protetti kontra attakki minn vetturi fi stabbiliment protett mill-vetturi:

(2) jew [II.2.8.2.1.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]

(2)u/jew [II.2.8.2.2.

għall-perjodu ta’ mill-anqas 28 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-anqas 28 jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi;]]

(2)u/jew [II.2.8.2.3.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi;]]]

(2)u/jew [II.2.8.3.

ikunu tlaqqmu kontra dawk is-serotipi minn 1 sa 24 tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu li ġew irrapportati matul il-perjodu ta’ sentejn f’dak l-Istat Membru jew żona tiegħu qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu fil-perjodu ta’ immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin, u:

(2) jew [II.2.8.3.1.

ikunu tlaqqmu matul il-perjodu ta’ aktar minn 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]

(2)u/jew [II.2.8.3.2.

ikunu tlaqqmu b’vaċċin inattivat u ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-immunità stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin;]]]

(2)u/jew [II.2.8.4.

ikunu ġew soġġetti b’riżultati pożittivi għal test seroloġiku li kapaċi jidentifika antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu rrapportati f’dak l-Istat Membru jew żona tiegħu matul il-perjodu ta’ sentejn qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna, u:

(2) jew [II.2.8.4.1.

it-test seroloġiku jkun twettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]

(2)u/jew [II.2.8.4.2.

it-test seroloġiku jkun twettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u l-annimal ikun ġie soġġett għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mhux aktar kmieni minn 14-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]]

(2) u/jew [II.2.8.

Ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew żona tiegħu li la huma ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u lanqas koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u jkunu ġew issodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 32(1), il-punti (a), (b) jew (c) jew fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688, u:

(2) jew [II.2.8.1.

ikunu ġew protetti kontra attakki minn vetturi matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni u jkunu nżammu protetti kontra attakki minn vetturi fi stabbiliment protett mill-vetturi:

(2) jew [II.2.8.1.1.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]

(2)u/jew [II.2.8.1.2.

għall-perjodu ta’ mill-anqas 28 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-anqas 28 jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi;]]

(2)u/jew [II.2.8.1.3.

għall-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi;]]]

(2)u/jew [II.2.8.2.

jkunu nżammu għall-perjodu ta’ 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna fi stabbiliment li jinsab fi Stat Membru jew f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km iċċentrat fuq l-istabbiliment, fejn tkun twettqet sorveljanza f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti II, il-Kapitolu 1, it-Taqsimiet 1 u 2, tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 matul dak il-perjodu, u:

(2) jew [II.2.8.2.1.

l-annimali jkunu tlaqqmu kontra dawk is-serotipi minn 1 sa 24 tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu li ġew irrapportati matul il-perjodu ta’ sentejn qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km iċċentrat fuq il-post fejn inżammu l-annimali u jinsabu fil-perjodu ta’ immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin, u:

(2) jew [II.2.8.2.1.1.

ikunu tlaqqmu matul il-perjodu ta’ aktar minn 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]]

(2)u/jew [II.2.8.2.1.2.

ikunu tlaqqmu b’vaċċin inattivat u ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-immunità stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin;]]]]

(2)u/jew [II.2.8.2.2.

l-annimali jkunu ġew immunizzati kontra dawk is-serotipi minn 1 sa 24 tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu li ġew irrapportati matul il-perjodu tal-aħħar sentejn qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna f’żona b’raġġ ta’ mill-inqas 150 km iċċentrat fuq il-post fejn inżammu l-annimali, u:

(2) jew [II.2.8.2.2.1.

l-annimali jkunu ġew soġġetti, b’riżultati pożittivi, għal test seroloġiku mwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 60 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna;]]]

(2)u/jew [II.2.8.2.2.2.

l-annimali jkunu ġew soġġetti b’riżultati pożittivi għal test seroloġiku jkun twettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna u għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura matul il-perjodu ta’ mhux aktar kmieni minn 14-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.]]]]

(2) u/jew [II.2.8.

Ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punti 1 sa 3 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini awtorizzat il-moviment ta’ dawk l-annimali lejn Stat Membru ieħor jew żona tiegħu:

(2) jew [II.2.8.1.

bl-istat ta’ ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali moviment huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, u fi:

(2) jew [II.2.8.1.1.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 5, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat;]]

(2)u/jew [II.2.8.1.2.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 6, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat;]]

(2)u/jew [II.2.8.1.3.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 7, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat;]]

(2)u/jew [II.2.8.1.4.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 8, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat, u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(1), il-punti (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jiġu ssodisfati;]]]

(2)u/jew [II.2.8.2.

bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali moviment huwa awtorizzat soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, u fi

(2) jew [II.2.8.2.1.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 5, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat;]]

(2)u/jew [II.2.8.2.2.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 6, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat;]]

(2)u/jew [II.2.8.2.3.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 7, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat;]]

(2)u/jew [II.2.8.2.4.

il-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 8, tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament Delegat, u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(1), il-punti (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jiġu ssodisfati;]]]

(2)u/jew [II.2.8.3.

la ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u lanqas koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) u l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun informa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn li tali moviment huwa awtorizzat:

(2) jew [II.2.8.3.1.

mingħajr ebda kundizzjoni;]]

(2)u/jew [II.2.8.3.2.

soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 5 tal-Anness V tar- Regolament Delegat (UE) 2020/689;]]

(2)u/jew [II.2.8.3.3.

soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 6 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;]]

(2)u/jew [II.2.8.3.4.

soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 7 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;]]

(2)u/jew [II.2.8.3.5.

soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1, il-punt 8 tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(1), il-punti (a), (b) jew (c), jew fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 u r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jiġu ssodisfati.]]]

II.2.9.

Fir-rigward tal-Marda tat-Tnewwin Kroniku (CWD):

(2) jew [II.2.9.1.

jiġu mċaqalqa minn Stat Membru għajr Stat Membru elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.]

(2) jew [II.2.9.2.

huma renni semidomestikati li jiċċaqalqu min-Norveġja lejn żona fil-Finlandja elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2(a) tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għar-ragħa staġjonali fil-Finlandja.]

(2) jew [II.2.9.3.

huma renni semidomestikati li jiġu mċaqalqa min-Norveġja lejn żona fl-Iżvezja elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2(b) tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 wara ragħa staġjonali fin-Norveġja, jew wara li jkunu ħadu sehem f’avvenimenti sportivi jew kulturali fin-Norveġja, jew għar-ragħa staġjonali fl-Iżvezja, jew għal avvenimenti sportivi jew kulturali fl-Iżvezja, u l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2) jew [II.2.9.4.

huma renni semidomestikati li kienu qed jirgħu fin-Norveġja fiż-żona li tinsab bejn il-fruntiera Norveġiża-Finlandiża u s-sies għar-renni bejn dawn iż-żewġ Stati u qed jirritornaw lura lejn il-Finlandja.]

(2) jew [II.2.9.5.

jiġu mċaqalqa minn żona fin-Norveġja għal żona oħra fin-Norveġja bi tranżitu mill-Iżvezja jew mill-Finlandja, u l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja jew tal-Finlandja tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali tranżitu.]

(2) jew [II.2.9.6.

jiġu mċaqalqa minn żona fl-Iżvezja elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2(b) tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għan-Norveġja, u l-awtorità kompetenti tan-Norveġja tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2) jew [II.2.9.7.

huma renni tal-foresti li jiġu mċaqalqa minn żona fl-Iżvezja elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2(b) tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għall-Finlandja, u l-awtorità kompetenti tal-Finlandja tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2) jew [II.2.9.8.

jiġu mċaqalqa minn żona fi Stat Membru elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għajr żona elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2 tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, lejn Stat Membru ieħor elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, jew lejn in-Norveġja, u l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2) jew [II.2.9.9.

jiġu mċaqalqa minn stabbiliment konfinat, kif definit fl-Artikolu 4(48) tar-Regolament (UE) 2016/429, fi Stat Membru elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, lejn stabbiliment konfinat, kif definit fl-Artikolu 4(48) tar-Regolament (UE) 2016/429, fi Stat Membru ieħor, u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2)[II.2.10.

Jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru jew żona tiegħu bl-istat ta’ ħielsa minn rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva jew bi programm ta’ eradikazzjoni approvat għal rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali bovini u jkunu ġejjin minn stabbiliment li fih ma tkun ġiet irrapportata l-ebda rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva fl-annimali ċervidi matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.]

II.3.

Sa fejn naf jien u kif iddikjarat mill-operatur, l-annimali ġejjin minn stabbilimenti fejn ma kien hemm l-ebda mortalità anormali b’kawża mhux iddeterminata.

II.4.

Isiru arranġamenti għat-trasport tal-kunsinna f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688.

II.5.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali huwa validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport tal-annimali permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar, il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar.

(2)(3)[II.6.

Minn meta jitilqu mill-istabbilimenti tal-oriġini tagħhom u qabel id-data tal-wasla f’dan l-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, l-ebda wieħed mill-annimali tal-kunsinna ma jkun għadda minn aktar minn żewġ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, u:

(2) jew

[ikunu ġejjin mill-istabbilimenti tal-oriġini tagħhom.]]

(2) jew

[mill-inqas wieħed mill-annimali tal-kunsinna jkun għadda minn operazzjoni waħda ta’ assemblaġġ fi stabbiliment approvat.]]

(2) jew

[mill-inqas wieħed mill-annimali tal-kunsinna jkun għadda minn żewġ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fl-istabbilimenti approvati.]]

Attestazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali

Fil-ħin tal-ispezzjoni, l-annimali koperti minn dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kienu b’saħħithom biżżejjed biex jiġu ttrasportati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 għall-vjaġġ maħsub li għandu jibda fi ……………(daħħal id-data).

Noti:

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.11:

“Post tad-dispaċċ”: Indika stabbiliment tal-oriġini tal-annimali fil-kunsinna jew stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ f’konformità mal-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Kaxxa ta’ referenza I.12:

“Post tad-destinazzjoni”: Indika stabbiliment tad-destinazzjoni finali tal-kunsinna jew stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ f’konformità mal-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429.

Kaxxa ta’ referenza I.17:

“Dokumenti ta’ akkumpanjament”: F’każ li l-annimali jiġu dispaċċati minn stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fl-Istat Membru tal-oriġini, jista’/jistgħu jiġi/u indikat(i) (i)n-numru/i ta’ referenza tad-dokument(i) uffiċjali, li abbażi tiegħu/tagħhom jinħareġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal din il-kunsinna f’dan l-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ.

F’każ li l-annimali jiġu dispaċċati minn stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fl-Istat Membru tal-passaġġ, irid(u) jiġi/u indikat(i) (i)n-numru/i ta’ referenza taċ-ċertifikat(i), li abbażi tiegħu/tagħhom jinħareġ iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għal din il-kunsinna f’dan l-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ.

Kaxxa ta’ referenza I.30:

“Numru ta’ identifikazzjoni”: Indika l-kodiċijiet ta’ identifikazzjoni tal-annimali fil-kunsinna identifikati f’konformità mal-Artikolu 73 jew 74 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035.

Parti II:

(1)

Jista’ jkun hemm annimal wieħed jew aktar fil-kunsinna.

(2)

Ħassar jekk mhux applikabbli.

(3)

Applikabbli f’każ li l-kunsinna tiġi dispaċċata mill-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ.

Veterinarju uffiċjali

Isem (b’ittri kapitali)

Kwalifika u titolu

Isem l-Unità ta’ Kontroll Lokali

Kodiċi tal-Unità ta’ Kontroll Lokali

Data

Timbru

Firma

KAPITOLU 12

MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦALL-MOVIMENT BEJN L-ISTATI MEMBRI TA’ ANNIMALI ĊERVIDI MAĦSUBA GĦALL-ISKARNAR (MUDELL “CER-INTRA-Y”)

Image 3

Image 4

L-UNJONI EWROPEA

Mudell taċ-ċertifikat CER-INTRA-Y

II. Informazzjoni dwar is-Saħħa

II.a

Referenza taċ-ċertifikat

II.b

Referenza tal-IMSOC

Parti II: Ċertifikazzjoni

Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan qed niċċertifika li:

II.1.

L-annimali ċervidi(1) tal-kunsinna deskritta fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

II.1.1.

Huma identifikati kif previst fl-Artikolu 73 jew fl-Artikolu 74 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035.

II.1.2.

Ma jkunux urew sinjali kliniċi jew sintomi tal-mard elenkat għall-annimali ċervidi waqt l-eżami kliniku li twettaq fil-perjodu ta’ 24 siegħa qabel it-tluq tal-kunsinna, fi ………………. (daħħal id-data jj/xx/ssss).

(2) [II.1.3.

Huma maħsuba biex jiġu skarnati għall-finijiet ta’ eradikazzjoni tal-mard bħala parti minn programm ta’ eradikazzjoni, kif previst fl-Artikolu 31(1) jew (2) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Istat Membru tad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, l-Istat Membru tal-passaġġ awtorizza(w) il-moviment minn qabel.]

II.2.

Skont l-informazzjoni uffiċjali, l-annimali ċervidi fil-kunsinna deskritta fil-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa li ġejjin:

II.2.1.

Ma jkunux ġejjin minn stabbilimenti soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-moviment li jaffettwaw l-ispeċi jew li jinsabu f’żona ristretta stabbilita għal raġunijiet ta’ mard elenkat għall-annimali ċervidi.

II.2.2.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-annimali terrestri miżmuma matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.3.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti li fihom ma tkun ġiet irrapportata l-ebda antraċe fl-ungulati matul il-perjodu tal-aħħar 15-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.4.

Ikunu ġejjin minn stabbilimenti fejn ma tkun ġiet irrapportata l-ebda infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna.

II.2.5.

Fir-rigward tal-Marda tat-Tnewwin Kroniku (CWD):

(2) jew [II.2.5.1.

jiġu mċaqalqa minn Stat Membru għajr Stat Membru elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.]

(2) jew [II.2.5.1.

jiġu mċaqalqa min-Norveġja għall-Iżvezja jew għall-Finlandja, u l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja jew tal-Finlandja tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2) jew [II.2.5.1.

jiġu mċaqalqa minn żona elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għal żona fl-Iżvezja jew fil-Finlandja, għajr żona elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2 tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, u l-awtorità kompetenti tal-Iżvezja jew tal-Finlandja tkun tat il-kunsens tagħha bil-miktub minn qabel għal tali moviment.]

(2) jew [II.2.5.1.

jiġu mċaqalqa minn żona fi Stat Membru elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għajr żona elenkata fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.2 tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, lejn Stat Membru ieħor elenkat fil-Kapitolu A, it-Taqsima C, il-punt 1.1 tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament, jew lejn in-Norveġja.]

(2) [II.2.6.

Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) stipulati fl-Artikolu 33 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 ikunu ssodisfati.]

II.3.

Sa fejn naf jien u kif iddikjarat mill-operatur, l-annimali ġejjin minn stabbilimenti fejn ma kien hemm l-ebda mortalità anormali b’kawża mhux iddeterminata.

II.4.

Isiru arranġamenti għat-trasport tal-kunsinna f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688.

II.5.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali huwa validu għal 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport tal-annimali permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar, il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar.

(2)(3)[II.6.

Minn meta jitilqu mill-istabbilimenti tal-oriġini tagħhom u qabel id-data tal-wasla f’dan l-istabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, l-ebda wieħed mill-annimali tal-kunsinna ma jkun għadda minn aktar minn żewġ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ, u:

(2) jew

[ikunu ġejjin mill-istabbilimenti tal-oriġini tagħhom.]]

(2) jew

[mill-inqas wieħed mill-annimali tal-kunsinna jkun għadda minn operazzjoni waħda ta’ assemblaġġ fi stabbiliment approvat.]]

(2) jew

[mill-inqas wieħed mill-annimali tal-kunsinna jkun għadda minn żewġ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ fl-istabbilimenti approvati.]]

Attestazzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali

Fil-ħin tal-ispezzjoni, l-annimali koperti minn dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali kienu b’saħħithom biżżejjed biex jiġu ttrasportati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 għall-vjaġġ maħsub li għandu jibda fi ……………(daħħal id-data).

Noti:

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela f’konformità man-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235.

Parti I:

Kaxxa ta’ referenza I.11:

“Post tad-dispaċċ”: Indika stabbiliment tal-oriġini tal-annimali fil-kunsinna jew stabbiliment approvat għall-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ f’konformità mal-Artikoli 97 u 99 tar-Regolament (UE) 2016/429.

Firma”