8.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 124/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 171/2007

tas-7 ta’ Diċembru 2007

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 10 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet tar-Rappurtaġġ Finanzjarju Internazzjonali (IFRIC) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Interpretazzjoni 11 tal-Kumitat għall-Interpretazzjonijiet Internazzjonali dwar ir-Rapportaġġ Finanzjarju (IFRIC) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom ikun miżjuda wara l-punt 10ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003) ta' l-Anness XXII tal-Ftehim:

“—

32007 R 0610: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 46).

—

32007 R 0611: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2007 ta' l-1 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 141, 2.6.2007, p. 49).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 610/2007 u 611/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 20 jum wara l-adozzjoni tagħha, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Diċembru 2007.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Stefán Haukur JÓHANNESSON


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 141, 2.6.2007, p. 46.

(3)   ĠU L 141, 2.6.2007, p. 49.

(*1)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.