<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-603/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0603</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:774">EU:C:2020:774</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20201001">1.10.2020</DATE> – Kawża C‑603/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Úrad špeciálnej prokuratúry</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 325 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri kriminali li jirrigwardaw reati fil-qasam ta’ frodi relatata mas-sussidji ffinanzjati parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dritt nazzjonali li ma jippermettix lill-organi tal-Istat jiksbu, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, l-irkupru ta’ sussidji bħala kumpens għad-dannu kkawżat mir-reati</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑603/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-iŠpecializovaný trestný súd (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190724">24 ta’ Lulju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20190809">9 ta’ Awwissu 2019</DATE>, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">TG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">UF,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Úrad špeciálnej prokuratúry Generálnej prokuratúry Slovenskej republiky,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Úrad práce, sociálnych vecí a rodiny Košice,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Úrad práce, sociálnych vecí a rodiny Vranov nad Topľou,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Úrad práce, sociálnych vecí a rodiny Michalovce,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, L. S. Rossi, J. Malenovský, F. Biltgen u N. Wahl (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal TG u UF, minn M. Kráľ, advokát,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Úrad špeciálnej prokuratúry Generálnej prokuratúry Slovenskej republiky, minn J. Palkovič, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová u M. Kianička, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Pavliš u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn E. Gane, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz, A. Bouchagiar u A. Tokár, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 325 TFUE, tal-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 38(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal‑<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14 Vol. 1, p. 31), moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1681/94 tal‑<DATE ISO="19940711">11 ta’ Lulju 1994</DATE> dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 23), tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 315, p. 57</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas‑<DATE ISO="19980507">7 ta’ Mejju 1998</DATE> dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 312), moqri flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat‑<DATE ISO="20010112">12 ta’ Jannar 2001</DATE> dwar it-tħaddim ta’ l-Artikoli 87 u 88 [KE] dwar għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol 2, p. 138), kif ukoll tal-Konvenzjoni li saret fuq il-bażi ta’ l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, iffirmata fi Brussell fis‑<DATE ISO="19950726">26 ta’ Lulju 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Konvenzjoni PIF<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20170705">5 ta’ Lulju 2017</DATE> dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 198, p. 29</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra TG u UF (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>imputati<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) għal fatti li jistgħu jikkostitwixxu frodi relatata mas-sussidji ffinanzjati parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 38(1)(ħ) tar-Regolament Nru 1260/1999:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ l-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri għandhom jerfgħu fl-ewwel lok ir-responsabbiltà għall-kontroll finanzjarju ta’ l-għajnuna. Għal dak l-iskop, il-miżuri li jieħdu għandhom:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ħ)</NO.P><TXT>jirkupraw kull ammont mitluf minħabba irregolarità li tkun instabet u, fejn hu xieraq, jimponu l-imgħax fuq ħlasijiet tardivi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2012/29 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiżgura li vittmi tal-kriminalità, jirċievu informazzjoni, appoġġ u protezzjoni xierqa u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>vittma<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>persuna fiżika li ġarrbet ħsara, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>membru tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li jkun sofra ħsara b’riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 994/98, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/><HT TYPE="ITALIC">De minimis</HT><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ regolament addottat skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, tiddeċiedi li, wara li kkunsidrat l-iżvilupp u l-funzjoni tas-suq komuni, ċertu għajnuna ma’ tissodisfax il-kriterji kollha ta’ l-Artikolu 92(1) u li huma għalhekk eżentati mill-proċedura ta’ notifika li hemm provduta fl-Artikolu 93(3), basta li għajnuna mogħtija lill-istess intrapriża fuq perjodu ta’ żmien mogħti ma’ jeċċedix ċertu ammont fiss.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 69/2001 kien jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-għajnuna totali <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> mogħtija lil xi impriża waħda m’għandhiex taqbeż EUR 100000 fuq xi perjodu ta’ tliet snin. Il-limitu għandu għodd irrispettivament mill-forma ta’ l-għajnuna jew l-oġġettiv rikjest.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Slovakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Iż-zákon č. 301/2005 Z.z., Trestný poriadok (il-Liġi Nru 301/2005, dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 46 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna leża hija l-persuna li tkun sofriet, bħala riżultat tar-reat kriminali, danni fiżiċi jew dannu materjali, morali jew ieħor, jew li drittijiet jew libertajiet oħra tagħha protetti mil-liġi jkunu ġew mhedda jew miksura. Il-persuna leża għandha d-dritt, fil-każijiet previsti minn din il-liġi, tagħti l-kunsens tagħha fir-rigward tat-tressiq ta’ proċeduri kriminali, titlob danni, titlob miżuri istruttorji, inklużi dawk supplimentari, tipproduċi provi, tikkonsulta u teżamina l-proċess, tassisti għas-seduta prinċipali u għas-seduti pubbliċi tal-proċeduri ta’ appell u ta’ ammissjoni ta’ ħtija nnegozjata, tirreaġixxi għall-produzzjoni tal-prova, tressaq talbiet u tippreżenta rikors skont il-possibbiltajiet mogħtija minn din il-liġi. Il-parti leża għandha d-dritt, f’kull mument tal-proċeduri kriminali, tikseb informazzjoni dwar l-istat ta’ progress tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tingħata mill-awtorità li tkun qiegħda taġixxi fil-kuntest tal-proċeduri kriminali jew mill-qorti adita; id-dettalji neċessarji għal dan il-għan għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna leża. L-informazzjoni dwar l-istat ta’ progress tal-proċeduri kriminali ma għandhiex tiġi kkomunikata jekk dan il-fatt jissogra li jiġi kompromess l-għan tal-proċeduri kriminali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-parti leża, li legalment għandha dritt għall-kumpens għad-dannu kkawżat mir-reat tal-persuna mixlija, tista’ wkoll titlob lill-qorti tobbliga lill-persuna mixlija, fid-deċiżjoni ta’ kundanna, tikkumpensa l-imsemmi dannu; il-parti leża għandha tressaq it-talba sa mhux iktar tard minn qabel it-tmiem tal-istruttorja jew tal-istruttorja mħaffa. It-talba għandha tindika b’mod ċar ir-raġunijiet u l-ammont tal-kumpens mitlub.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 287(1) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Meta l-qorti tikkundanna lill-akkużat għal reat li jkun ikkawża lil ħaddieħor dannu indikat fl-Artikolu 46(1), din ġeneralment tobbligah, fis-sentenza tagħha, jikkumpensa lill-parti leża jekk din tkun eżerċitat debitament id-dritt tagħha fit-termini stabbiliti. Il-qorti tobbliga dejjem lill-akkużat jikkumpensa d-dannu mhux ikkumpensat, totalment jew parzjalment, jekk l-ammont tiegħu jkun indikat fl-espożizzjoni tal-fatti msemmija fid-dispożittiv tas-sentenza li tkun iddikjarat lill-akkużat ħati, jew jekk il-kumpens ikopri dannu morali li jirriżulta minn reat vjolenti intenzjonali skont liġi speċjali, sa fejn id-dannu jkun għadu ma ġiex ikkumpensat.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 288(1) tal-imsemmi kodiċi huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Jekk il-produzzjoni tal-provi ma tiġġustifikax li jiġi deċiż obbligu ta’ kumpens għad-dannu jew jekk, sabiex jiġi deċiż dwar l-obbligu li jiġi kkumpensat id-dannu, kienet tkun meħtieġa produzzjoni tal-provi li tmur lil hinn mill-ħtiġijiet tal-proċeduri kriminali u testendihom, il-qorti għandha tirreferi lill-persuna leża għal proċeduri ċivili jew, jekk ikun il-każ, lil awtorità kompetenti oħra.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Iż-zákon č. 300/2005 Z. z., Trestný zákon (il-Liġi Nru 300/2005, dwar il-Kodiċi Kriminali), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, tipprovdi, fl-Artikolu 261 tagħha, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dannu għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="261.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Kull min juża jew jippreżenta dokument iffalsifikat, żbaljat jew inkomplet, jew li ma jipprovdix data obbligatorja, jew li juża fondi mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn baġit amministrat mill-Komunitajiet Ewropej jew f’isem il-Komunitajiet Ewropej għal għan differenti minn dawk stabbiliti inizjalment, u li b’hekk jippermetti t-twettiq ta’ miżapproprjazzjoni jew iż-żamma illegali ta’ fondi minn dan il-baġit, għandu jiġi punit b’piena ta’ priġunerija ta’ bejn sitt xhur u tliet snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="261.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtur tar-reat għandu jiġi punit b’piena ta’ priġunerija ta’ bejn sena u ħames snin jekk huwa jwettaq ir-reat previst fil-paragrafu 1</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>u b’dan il-mod jikkawża dannu sinjifikattiv,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għal raġuni speċifika, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>billi jwettaq atti partikolarment serji.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="261.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtur tar-reat għandu jiġi punit b’piena ta’ priġunerija ta’ bejn tliet snin u tmien snin jekk huwa jwettaq ir-reat previst fil-paragrafu 1 u b’dan il-mod jikkawża dannu kbir.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="261.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtur tar-reat għandu jiġi punit b’piena ta’ priġunerija ta’ bejn seba’ snin u tnax‑il sena jekk huwa jwettaq ir-reat previst fil-paragrafu 1</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>u b’dan il-mod jikkawża dannu kbir, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>bħala membru ta’ grupp perikoluż.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31 taż-zákon č.523/2004 Z.z. o rozpočtových pravidlách verejnej správy (il-Liġi Nru 523/2004 dwar ir-Regoli Baġitarji tal-Amministrazzjoni Pubblika), il-persuna ġuridika jew fiżika li tkun kisret ir-regoli finanzjarji għandha l-obbligu tħallas lura l-fondi lill-baġit li minnu dawn ikunu ttieħdu jew tħallsu, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-portata tal-ksur tar-regoli finanzjarji; hija għandha wkoll tħallas penalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 420(1) taż-zákon č. 40/1964 Zb., Občiansky zákonník v relevantnom znení (il-Liġi Nru 40/1964, dwar il-Kodiċi Ċivili) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kull persuna għandha tkun responsabbli għad-dannu li hija tkun ikkawżat b’riżultat tal-ksur tal-obbligi legali tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda proċeduri kriminali kontra l-imputati, żewġ persuni fiżiċi, għal fatti li jistgħu jikkostitwixxu frodi relatata mas-sussidji ffinanzjati parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni. Ir-reat kriminali li huwa s-suġġett tal-proċeduri fil-kawża prinċipali kien twettaq fil-kuntest ta’ żewġ sejħiet għal offerti mnedija, rispettivament, matul is-sena 2005 u s-sena 2006 mill-Ústredie práce sociálnych vecí a rodiny (id-Direttorat Ċentrali tax-Xogħol, tal-Affarijiet Soċjali u tal-Familja, is-Slovakkja) għat-tressiq ta’ talbiet għal sussidji intiżi sabiex isostnu l-ħolqien ta’ impjiegi fil-mikroimpriżi u l-ħolqien ta’ impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà f’postijiet ta’ ħidma u f’postijiet ta’ xogħol protetti. L-ewwel sejħa għal offerti kienet tagħti dritt għal sussidju fil-forma ta’ kontribuzzjoni unika, filwaqt li t-tieni kienet tagħti dritt għal sussidju fil-forma ta’ rimbors ta’ spejjeż iġġustifikati. 75 % ta’ dan l-aħħar sussidju kien iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Bejn ix-xahar ta’ Mejju 2005 u x-xahar ta’ Marzu 2006, l-imputati stabbilixxew 19‑il kumpannija kummerċjali, li fihom huma assumew ir-rwol ta’ soċji u ta’ amministraturi. Disgħa minn dawn il-kumpanniji ma kisbux sussidji. L-għaxra l-oħra, min-naħa l-oħra, kellhom jiksbu sussidji f’ammont totali ta’ EUR 750 613.79, li minnu ammont ta’ EUR 654 588.34 kien effettivament tħallas, inkluż f’dan il-ħlas l-ammont ta’ EUR 279 272.18 mill-baġit tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara l-ħlas tas-sussidji inkwistjoni, l-imputati ttrasferixxew l-ishma tagħhom fil-kumpanniji kkonċernati lil terz, u sussegwentement l-imsemmija kumpanniji waqqfu kull attività. Fid-data tat-tressiq tal-proċeduri kriminali kontrihom, l-assi tal-kumpanniji ma kinux jinsabu iktar fil-bini ta’ dawn l-istess kumpanniji, li kienu tħassru <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mir-reġistru tal-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Matul il-perijodu tal-ħlas tas-sussidji inkwistjoni, il-kumpanniji kummerċjali kkonċernati kienu impjegaw total ta’ 107 persuni b’diżabbiltà, li fir-rigward tagħhom huma debitament wettqu l-obbligi tagħhom fil-qasam ta’ salarji u ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Madankollu, ix-xogħol ta’ dawn l-impjegati ma kienx ikkontribwixxa għall-għanijiet ippreżentati fit-talbiet għal sussidji. Skont rapport ta’ espert, dan kien xogħol fittizju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-imputati kienu ġġestixxew il-kumpanniji kkonċernati b’mod ċentralizzat minn waħda minnhom li kienet tinsab f’Košice (is-Slovakkja), fl-istess indirizz bħal dak tad-domiċilju permanenti tal-imputati. F’kull waħda minn dawn il-kumpanniji, l-imputati kienu nnominaw impjegat fil-pożizzjoni ta’ direttur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li huma biss il-kumpanniji li lilhom effettivament ingħata u tħallas sussidju, jiġifieri, total ta’ għaxar kumpanniji, li huma s-suġġett tal-akkuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-proċeduri kriminali tressqu kontra l-imputati fil-kwalità tagħhom ta’ soċji u ta’ amministraturi ta’ dawn il-kumpanniji abbażi tal-akkuża mressqa mill-Úrad špeciálnej prokuratúry Generálnej prokuratúry Slovenskej republiky (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali fid-Dipartiment tal-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika Slovakka, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). L-úrady práce, sociálnych vecí a rodiny (l-Aġenziji tad-Direttorat tax-Xogħol, tal-Affarijiet Soċjali u tal-Familja), bħala partijiet leżi fil-kawża prinċipali, talbu l-ħlas ta’ danni mingħand l-imputati matul l-istruttorja, sal-ammont tas-sussidju effettivament imħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li, fid-dawl tal-ġurisprudenza tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka), l-Artikolu 46 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali ma jippermettilhiex, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, tieħu konjizzjoni tad-dritt għal kumpens tal-organi tal-Istat. Fid‑<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>, l-Awla Kriminali tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) kienet, fil-fatt, ħarġet opinjoni li fiha hija ddikjarat li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[i]l-krediti tal-Istat b’applikazzjoni tar-regoli dwar it-tipi differenti ta’ taxxi li huma inizjalment is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti skont il-proċeduri tal-Kodiċi tat-Taxxa […] inklużi dawk li jirriżultaw minn talba abbużiva għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud jew tad-dazji tas-sisa mħallsa mill-persuna taxxabbli, huma ta’ natura amministrattiva, u d-deċiżjonijiet f’dan il-qasam huma suġġetti għall-istħarriġ tal-qorti amministrattiva[;] dawn id-drittijiet ma jippermettux li jintalbu danni fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali skont l-Artikolu 46(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali […]. Għalhekk, ebda sovrappożizzjoni ma hija possibbli, jiġifieri kunflitt ta’ ġurisdizzjoni bejn id-diversi istituzzjonijiet (amministrattivi u ġudizzjarji), u lanqas deċiżjoni doppja fuq l-istess dritt<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. In-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) ippreċiżat ukoll li dawn il-kunsiderazzjonijiet ġuridiċi japplikaw <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>għal kull kreditu ieħor li ma huwiex, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-bażi sostantiva tiegħu (jiġifieri d-dispożizzjoni legali applikabbli fil-qasam), dritt għall-kumpens għad-dannu jew għad-dannu msejjaħ morali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>In-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) sussegwentement applikat din il-ġurisprudenza fi proċeduri kriminali li jirrigwardaw reati ta’ dannu għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni u ta’ frodi relatata mas-sussidji. Il-qorti tar-rinviju tippreżumi, għalhekk, li hija ser tapplikaha wkoll fil-każ ta’ appell mis-sentenza tagħha fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-applikazzjoni ta’ din il-ġurisprudenza fil-kawża prinċipali jista’ jkollha l-effett li timpedixxi lill-Istat milli jressaq azzjoni għall-kumpens għad-danni kkawżati mill-frodi. Proċedura amministrattiva msemmija fil-ġurisprudenza tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka) tista’ fil-fatt tkun diretta biss kontra l-benefiċjarju tas-sussidju inkwistjoni. Issa, fil-kawża prinċipali, dawn huma kumpanniji kummerċjali li ma għandhom ebda attiv u li saħansitra tħassru mir-reġistru tal-kumpanniji. Għaldaqstant, tali proċedura ma tistax tippermetti l-irkupru tas-sussidji mħallsa indebitament. Għall-kuntrarju, it-tressiq ta’ kawża għal kumpens fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra persuni fiżiċi, f’dan il-każ is-soċji u l-amministraturi ta’ dawn il-kumpanniji kummerċjali, jista’ jwassal għall-kumpensi li l-Istat irid jikseb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minbarra din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-għajnuna <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT> mogħtija fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet għandhiex tiġi evalwata individwalment, għal kull kumpannija, jew globalment, minħabba l-ġestjoni ċentralizzata tagħhom. Fl-aħħar nett, hija tistaqsi jekk, f’dan il-każ, għandux jitqies bħala dannu l-ammont kollu tas-sussidju indebitament irċevut, jew jekk għandhomx jitnaqqsu l-ispejjeż li, ċertament, kienu ġew sostnuti legalment, iżda biss sabiex tinħeba l-frodi, tiġi ttardjata l-iskoperta tagħha u b’hekk tinkiseb is-somma kollha mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-iŠpecializovaný trestný súd (il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, il-Slovakkja), peress li tqis li interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija neċessarja fil-kawża prinċipali, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2012/29 […] hija applikabbli, fil-qasam tad-drittijiet (bħad-dritt għal parteċipazzjoni attiva tal-parti leża fil-proċeduri kriminali u d-dritt għal kumpens għad-dannu f’tali proċeduri), li min-natura tagħhom stess ma humiex mogħtija lill-persuna fiżika biss, li hija esseri senzjenti, [iżda] anki għall-persuni ġuridiċi u għall-Istat, u b’mod iktar preċiż għall-awtoritajiet nazzjonali, meta d-dritt nazzjonali jirrikonoxxilhom il-kwalità ta’ parti leża fil-kuntest tal-proċeduri kriminali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali […], l-Artikolu 325 [TFUE] u l-Artikolu 38(1)(h) tar-Regolament […] Nru 1260/1999 […], moqri flimkien mar-Regolament […] Nru 1681/94 […], jipprekludu leġiżlazzjoni u prassi deċiżjonali […] li skonthom, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, l-Istat la jista’ jaġixxi b’mod li jikkumpensa d-dannu li ġie kkawżat lilu permezz ta’ aġir frawdolenti mill-persuna indagata, li l-effett tiegħu kien miżapproprjazzjoni tal-fondi mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ma jista’ jippreżenta rikors, skont l-Artikolu 256(3) tal-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali, kontra digriet li permezz tiegħu l-qorti tkun iddeċidiet li l-Istat, jew l-awtorità nazzjonali li tirrappreżentah, ma jistax jintervjeni fis-seduta bħala parti leża li għandha dritt titlob kumpens għad-dannu, u lanqas ma għandu għad-dispożizzjoni tiegħu xi azzjoni oħra li tippermettilu jinvoka d-dritt tiegħu kontra l-persuna indagata, tant li huwa wkoll impossibbli li d-dritt tiegħu għall-kumpens tad-dannu fuq il-beni u d-drittijiet patrimonjali tal-persuna indagata skont l-Artikolu 50 tal-Kodiċi ta’ Proċeduri Kriminali jiġi ggarantit u b’hekk, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, dan id-dritt ma jkunx jista’ jiġi infurzat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>l-istess impriża<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> li tinsab fl-Artikolu 2 tar-Regolament […] Nru 994/98 […] moqri flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament […] Nru 69/2001 […], għandha tiġi interpretata fuq livell purament formali, fis-sens li huwa neċessarju u biżżejjed li jiġi stabbilit jekk l-entitajiet ikkonċernati għandhomx personalità ġuridika awtonoma abbażi tad-dritt nazzjonali, b’mod li għajnuna mill-Istat ta’ ammont massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> tkun tista’ tingħata lil kull waħda minn dawn l-impriżi, jew il-kriterju determinanti huwa l-mod effettiv li bih dawn l-impriżi, li huma miżmuma mill-istess persuni, jiffunzjonaw u huma amministrati bħallikieku inkwistjoni hemm sistema ta’ kumpanniji sussidjarji mmexxija minn kumpannija omm, minkejja li kull waħda minnhom għandha l-personalità rispettiva tagħha fid-dritt nazzjonali, u li għaldaqstant dawn għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>l-istess impriża<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> u, kollha f’daqqa, jirċievu biss għajnuna mill-Istat waħda ta’ ammont massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-[Konvenzjoni PIF jew tad-Direttiva 2017/1371], il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>dannu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> jindika biss il-parti tal-fondi, miksuba illegalment, li hija direttament marbuta mal-aġir frawdolenti jew jindika anki l-ispejjeż effettivament sostnuti u debitament iġġustifikati, kif ukoll l-użu tal-kontribuzzjoni, jekk mill-provi jiġi stabbilit li kienu meħtieġa għall-ħabi tal-aġir frawdolenti, sabiex l-iskoperta tal-aġir frawdolenti tiġi ttardjata jew sabiex l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni tinkiseb kollha kemm hi?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-tielet u tar-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali li permezz tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi lill-qrati nazzjonali bl-elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li huma jkunu jeħtieġu sabiex jiddeċiedu l-kawża li jkollhom quddiemhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pringle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:756">EU:C:2012:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun tista’ tagħti s-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun, bħala prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>AY (Mandat ta’ arrest – Xhud)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:602">EU:C:2018:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali li hija tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex id-dmir tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, igawdu minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Iċ-ċaħda, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ domanda magħmula minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew ukoll meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi utilment għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>AY (Mandat ta’ arrest – Xhud)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:602">EU:C:2018:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, peress li d-deċiżjoni tar-rinviju tikkostitwixxi l-bażi għall-proċedura segwita quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa essenzjali li l-qorti nazzjonali tindika, f’din id-deċiżjoni, il-kuntest fattwali u leġiżlattiv li taħtu taqa’ t-tilwima fil-kawża prinċipali u tagħti minimu ta’ spjegazzjonijiet fuq ir-raġunijiet tal-għażla tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li tagħhom tkun qiegħda titlob l-interpretazzjoni kif ukoll fuq ir-rabta li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tilwima mressqa quddiemha (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930126">26 ta’ Jannar 1993</DATE>, <NAME.CASE>Telemarsicabruzzo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/90 sa C‑322/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:26">EU:C:1993:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0006">6</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Milkova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:198">EU:C:2017:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dawn ir-rekwiżiti kumulattivi dwar il-kontenut ta’ talba għal deċiżjoni preliminari huma stabbiliti b’mod espliċitu fl-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ġew riprodotti, b’mod partikolari, fir-Rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea lill-qrati nazzjonali, dwar l-introduzzjoni ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, C 257, p. 1</REF.DOC.OJ>). It-tielet inċiż tal-punt 15 ta’ dawn tal-aħħar jindika li t-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tinkludi<?PAGE NO="9"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>espożizzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju sabiex ikollha dubji dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll il-konnessjoni li hija tistabbilixxi bejn dawn id-dispożizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha teżamina l-ammissibbiltà tat-tielet u tar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, kif għandu jiġi interpretat il-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>istess impriża<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 994/98, moqri flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 69/2001, sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta’ evitar eventwali tad-dritt applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fit-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Gvern Slovakk iqis li t-tielet domanda hija inammissibbli inkwantu din manifestament ma għandhiex rabta mas-suġġett tal-proċeduri fil-kawża prinċipali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali jsostni, min-naħa tiegħu, li din id-domanda hija inammissibbli minħabba li din hija ipotetika u infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-tilwima fil-kawża prinċipali hija intiża sabiex tingħata deċiżjoni dwar l-eventwali responsabbiltà kriminali ta’ persuni indagati għal reati u, jekk ikun il-każ, dwar l-obbligu ta’ dawn il-persuni li jikkumpensaw id-dannu kkawżat lill-Istat fil-każ li tiġi rrikonoxxuta r-responsabbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tispeċifikax ir-raġunijiet li għalihom il-qorti tar-rinviju tqis li interpretazzjoni tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>istess impriża<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 994/98, moqri flimkien mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 69/2001, hija neċessarja sabiex tiġi deċiża t-tilwima pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>dannu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Konvenzjoni PIF u tad-Direttiva 2017/1371, għandux jinkludi spejjeż effettivament sostnuti u debitament iġġustifikati, kif ukoll l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja, jekk jiġi stabbilit li dawn kienu neċessarji sabiex jinħeba l-aġir frawdolenti, tiġi ttardjata l-iskoperta tal-frodi u tinkiseb l-għajnuna mill-Istat kollha inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Gvern Slovakk isostni li din id-domanda hija inammissibbli, peress li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludix il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta utli għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mingħajr ma jqajmu espressament eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, kemm l-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali kif ukoll il-Kummissjoni jenfasizzaw li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tirreferi għal ebda dispożizzjoni speċifika tal-Konvenzjoni PIF jew tad-Direttiva 2017/1371.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li d-deċiżjoni tar-rinviju ma tippreċiżax liema huma d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, u lanqas ma tipprovdi indikazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-għażla tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti tar-rinviju qiegħda titlob l-interpretazzjoni tagħhom jew dwar ir-raġuni li għaliha risposta għar-raba’ domanda tista’ tkun ta’ natura li tinfluwenza l-eżitu ta’ din it-tilwima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalhekk, billi titlob, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>dannu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fid-dawl tal-Konvenzjoni PIF, li ma ssemmix dan it-terminu, jew fid-dawl tad-Direttiva 2017/1371, li ma hijiex applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali, peress li din hija sussegwenti għall-fatti inkwistjoni, mingħajr madankollu ma tirreferi għal xi dispożizzjoni nazzjonali, u lanqas ma tagħti indikazzjoni dwar il-mod li bih hija għandha l-intenzjoni tuża din ir-risposta, il-qorti tar-rinviju ma pprovdietx lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji li jippermettulha tirrispondi b’mod utli għad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-raba’ domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/29 għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva tapplika wkoll għall-persuni ġuridiċi u għall-Istat, sa fejn id-dritt nazzjonali jirrikonoxxilhom il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>parti leża<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-kuntest tal-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, konformement mal-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 2012/29 għandha l-għan li tipprovdi ċerti garanziji lill-vittmi tal-kriminalità. L-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>vittma<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 1, kull persuna fiżika li tkun sofriet dannu, inkluż dannu għall-integrità fiżika, mentali, jew emozzjonali tagħha jew telf materjali, li jkun ġie kkawżat direttament minn reat kriminali, kif ukoll il-membri tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha tirriżulta direttament minn reat kriminali u li jkunu sofrew dannu minħabba l-mewt ta’ din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Tali formulazzjoni manifestament ma tippermettix l-inklużjoni ta’ persuni ġuridiċi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għall-persuni ġuridiċi, u lanqas għall-Istat, anki meta d-dritt nazzjonali jirrikonoxxilhom il-kwalità ta’ parti leża fil-kuntest tal-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 325 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, kif interpretati fil-ġurisprudenza nazzjonali, li abbażi tagħhom, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, l-Istat ma jistax iressaq azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat lilu minn aġir frawdolenti tal-persuna indagata li għandu bħala effett il-miżapproprjazzjoni ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni, u ma għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, ebda azzjoni oħra li tippermettilu jinvoka dritt kontra l-persuna indagata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 325(1) u (2) TFUE jobbliga lill-Istati Membri jiġġieldu kontra l-attivitajiet illegali li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz ta’ miżuri dissważivi u effettivi u, b’mod partikolari, jobbligahom jadottaw l-istess miżuri sabiex jiġġieldu l-frodi li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bħal dawk li huma jadottaw sabiex jiġġieldu l-frodi li tippreġudika l-interessi finanzjarji tagħhom stess (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Istati Membri għandhom libertà ta’ għażla fir-rigward tas-sanzjonijiet applikabbli, li jista’ jkollhom l-għamla ta’ sanzjonijiet amministrattivi, ta’ sanzjonijiet kriminali jew ta’ taħlita tat-tnejn, filwaqt li ppreċiżat li, fil-każ ta’ frodi serja, sanzjonijiet kriminali jistgħu madankollu jkunu essenzjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom għaldaqstant obbligu preċiż ta’ riżultat u li ma huwa suġġett għal ebda kundizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regola li l-Artikolu 325(1) u (2) TFUE jistabbilixxi. Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom bħala effett, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, fir-relazzjoni tagħhom mad-dritt intern tal-Istati Membri, li jirrendu awtomatikament inapplikabbli, sempliċement bid-dħul fis-seħħ tagħhom, kull dispożizzjoni kuntrarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, b’mod iktar preċiż, dwar il-kompatibbiltà mal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 325 TFUE ta’ regoli ta’ proċedura kriminali nazzjonali hekk kif interpretati fil-ġurisprudenza nazzjonali li ma jippermettux, f’kawża bħal dik fil-kawża prinċipali, li jiġi rrikonoxxut lill-Istat dritt għal kumpens bħala persuna leża fil-kuntest tal-proċeduri kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika, madankollu, li l-Istat jista’ jirkupra l-fondi mħallsa indebitament billi jressaq proċeduri amministrattivi għall-ksur tar-regoli finanzjarji, fis-sens tal-Artikolu 31 tal-Liġi Nru 523/2004 dwar ir-Regoli Baġitarji tal-Amministrazzjoni Pubblika. Hija tispjega li, skont din id-dispożizzjoni, l-għoti jew l-użu ta’ fondi pubbliċi għal finijiet differenti minn dawk li ġew stabbiliti għal dawn il-fondi jikkostitwixxi ksur tar-regoli finanzjarji. Madankollu, dejjem skont il-qorti tar-rinviju, il-proċeduri amministrattivi jippermettu li jintalab ir-rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa indebitament biss mingħand il-benefiċjarju formali tas-sussidju, jiġifieri, f’dan il-każ, persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Slovakk isostni li, skont id-dritt nazzjonali, l-Istat għandu barra minn hekk il-possibbiltà li jressaq azzjoni ċivili li tippermettilu mhux biss li tiġi stabbilita r-responsabbiltà ċivili tal-persuna ġuridika destinatarja tal-kontribuzzjonijiet irċevuti indebitament, iżda wkoll li jikseb, sussegwentement għal kundanna kriminali, il-kumpens għad-danni subiti mingħand il-persuna fiżika hekk ikkundannata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 325(1) TFUE, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali li jippreġudikaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri dissważivi, effettivi u ekwivalenti għal dawk adottati fuq il-livell nazzjonali sabiex jiġġieldu l-frodi li tippreġudika l-interessi tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Hekk kif enfasizzat il-Kummissjoni, l-Istati Membri huma b’mod partikolari obbligati jadottaw miżuri effettivi li jippermettu l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament lill-benefiċjarju ta’ sussidju parzjalment iffinanzjat permezz tal-baġit tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 325 TFUE ma jimponi ebda restrizzjoni fuq l-Istati Membri, ħlief dik relatata man-natura effettiva tal-miżuri, fir-rigward tal-proċedura li għandha tippermetti li jintlaħaq tali riżultat, b’mod li dawn għandhom ċertu marġni ta’ manuvra f’dan ir-rigward, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat qabel kollox li l-koeżistenza ta’ rimedji ġudizzjarji distinti, li jsegwu għanijiet differenti u speċifiċi, rispettivament, għad-dritt amministrattiv, għad-dritt ċivili jew għad-dritt kriminali, ma tistax, fiha nnifisha, tippreġudika n-natura effettiva tal-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali, fl-intier tagħha, tippermetti l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni mħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi b’mod iktar partikolari dwar l-osservanza tal-obbligu ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325 TFUE, fil-każ fejn ma huwiex irrikonoxxut lill-Istat dritt għal kumpens, bħala persuna leża, fil-kuntest tal-proċeduri kriminali, u l-proċeduri amministrattivi jippermettu li tiġi rkuprata kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa indebitament biss mingħand il-persuna ġuridika benefiċjarja ta’ din il-kontribuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, hekk kif jirriżulta mill-punt 56 ta’ din is-sentenza, in-nuqqas ta’ rikonoxximent, fir-rigward tal-Istat, ta’ dritt għal kumpens bħala persuna leża fil-kuntest tal-proċeduri kriminali ma jistax, waħdu, ikun kuntrarju għall-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 325 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalkemm, fil-fatt, is-sanzjonijiet kriminali jistgħu jkunu essenzjali sabiex jippermettu lill-Istati jiġġieldu b’mod effettiv u dissważiv ċerti każijiet ta’ frodi serja (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Taricco <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:555">EU:C:2015:555</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M.A.S. u M.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:936">EU:C:2017:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tali sanzjonijiet huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata n-natura dissważiva tad-dritt nazzjonali u ma għandhomx l-għan li jippermettu l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-punt 56 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-eżistenza fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru kkonċernat ta’ rimedju effettiv ta’ kumpens għad-danni għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kemm jekk fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, amministrattivi jew ċivili, hija biżżejjed sabiex jiġi ssodisfatt l-obbligu ta’ effettività stabbilit fl-Artikolu 325 TFUE sakemm dan jippermetti l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet irċevuti indebitament u sanzjonijiet kriminali jippermettu li jiġu miġġielda l-każijiet ta’ frodi serja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ hawnhekk, sakemm, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-Istat għandu, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, il-possibbiltà li jressaq, minn naħa, proċeduri amministrattivi li jippermettulu jikseb l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet imħallsa indebitament lill-persuna ġuridika destinatarja tagħhom u, min-naħa l-oħra, proċeduri ċivili intiżi mhux biss sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ċivili tal-persuna ġuridika destinatarja tal-kontribuzzjonijiet irċevuti indebitament, iżda wkoll sabiex jinkiseb, sussegwentement għal kundanna kriminali, il-kumpens għad-danni subiti mingħand il-persuna fiżika kkundannata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 325 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali hekk kif interpretati fil-ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, l-Istat ma jistax iressaq azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat lilu minn aġir frawdolenti tal-persuna indagata li għandu bħala effett il-miżapproprjazzjoni ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni, u ma għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, ebda azzjoni oħra li tippermettilu jinvoka dritt kontra l-persuna indagata, sakemm, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi proċeduri effettivi li jippermettu l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni rċevuti indebitament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-direttiva ma tapplikax għall-persuni ġuridiċi, u lanqas għall-Istat, anki meta d-dritt nazzjonali jirrikonoxxilhom il-kwalità ta’ parti leża fil-kuntest tal-proċeduri kriminali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 325 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali hekk kif interpretati fil-ġurisprudenza nazzjonali li jipprovdu li, fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, l-Istat ma jistax iressaq azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat lilu minn aġir frawdolenti tal-persuna indagata li għandu bħala effett il-miżapproprjazzjoni ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, u ma għandu għad-dispożizzjoni tiegħu, fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, ebda azzjoni oħra li tippermettilu jinvoka dritt kontra l-persuna indagata, sakemm, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi proċeduri effettivi li jippermettu l-irkupru tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni Ewropea rċevuti indebitament.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>