Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Settembru 2008, li ma tilqax l-offerta magħmula mill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti u minn kumpanniji oħra fil-kuntest ta’ proċedura tas-sejħa għal offerti “TAXUD/2007/AO-005” fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza għan-negozju, teknika, u proġetti għal applikazzjonijiet tal-kompjuter tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tad-dwana, tad-dazju u tat-tassazzjoni (TIMEA) kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri inkluża dik li l-kuntratt jingħata lill-offerent magħżul, mressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE u l-Artikolu 230 KE, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni, imressqa abbażi tal-Artikolu 225 KE, l-Artikolu 235 KE u l-Artikolu 288 KE.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud

2) Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.