European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3119

28.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11996 – EMIF II HOLDING / AC / AC LOGISTICS HOLDINGS CORPORATION)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3119)

1.   

Fid-19 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EMIF II Holding III B.V. (“EMIF II Holding”, in-Netherlands) ikkontrollata minn A.P. Møller Capital P/S (“APMC”, id-Danimarka),

—

Ayala Corporation (“AC”, il-Filippini),

—

AC Logistics Holdings Corporation (“AC Logistics”, il-Filippini).

APMC, permezz ta’ EMIF II Holdings, u AC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AC Logistics.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

APMC hija maniġer ta’ fond tal-infrastruttura, iffukat fuq it-trasport, il-loġistika u t-tranżizzjoni tal-enerġija.

—

AC għandha interessi f’kumpaniji involuti fi proprjetà immobbli, servizzi finanzjarji, telekomunikazzjonijiet, enerġija, kura tas-saħħa, loġistika, teknoloġiji industrijali, infrastruttura, edukazzjoni, u impriżi teknoloġiċi.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża AC Logistics huma dawn li ġejjin: spedizzjoni tal-merkanzija, ħżin u ħżin fil-kesħa fil-Filippini.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11996 – EMIF II HOLDING / AC / AC LOGISTICS HOLDINGS CORPORATION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3119/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)