Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0202 - 0202
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 dwar it-tressiq tal-Manwal Komuni lill-Istati applikanti għall-UE (SCH/Kum-eż (98)35 rev. 2) IL-KUMITAT EŻEKUTTIV, Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, Billi l-acquis ta' Schengen irid ikun integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea skond il-Protokoll relevanti għat-Trattat ta' Amsterdam; Billi skond l-Artikolu 8 tal-Protokoll imsemmi, l-acquis ta' Schengen irid ikun aċċettat fl-intier tiegħu mill-Istati applikanti kollha u billi dan ta' l-aħħar irid ikun ippreparat kif jixraq għal dak l-għan; Billi l-Manwal Komuni fuq Kontroll fil-Fruntieri Esterni, b'mod partikolari, huwa komponent importanti ta' l-acquis ta' Schengen u l-Istati li magħhom qed isiru negozjati speċifiċi ta' adeżjoni jridu jkunu informati b'dan issa biex huma jkunu jistgħu jippreparaw biex jaċċettaw l-acquis; Billi, għal dak l-għan, il-Manwal Komuni fuq Kontroll fil-Fruntieri Esterni, bl-eċċezzjoni ta' ċerti annessi, u dokumenti oħra jridu jkunu mressqa lill-Istati, minkejja l-fatt li huma dokumenti kunfidenzali; Billi t-tressiq ta' deċiżjonijiet pubbliċi u dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv jista' jkun neċessarju, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: 1. Il-Presidenza fil-kariga tista' tressaq il-Manwal Komuni fuq Kontroll fil-Fruntieri Esterni, mingħajr l-Annessi 6b, 6ċ u 14b, lill-Istati applikanti li magħhom qed isiru negozjati speċifiċi dwar l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea. 2. Il-Grupp Ċentrali għandu s-setgħa biex jiddeċiedi każ b'każ fuq it-tressiq ta' dokumenti oħra kunfidenzali lil dawk l-Istati. 3. Fuq it-tressiq kif imsemmi f'punt 1 u 2, irid jiġi rrimarkat li dan id-dokument huwa kunfidenzali. L-Istat li jirċievi l-Manwal Komuni fuq Kontroll fil-Fruntieri Esterni jew kull dokument ieħor kunfidenzali jrid jintrabat biex jitratta dak id-dokument bħala kunfidenzali. 4. Barra minn hekk, il-Presidenza fil-kariga tista' tressaq deċiżjonijiet tal-pubbliku u dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv u dokumenti mhux-kunfidenzali oħra lil Stati u servizzi oħra għal użu intern fejn ikun ippruvat li hemm interess ġenwin. Königswinter, fis-16 ta' Settembru 1998. Il-President M. Kanther --------------------------------------------------