14.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1159

tat-13 ta’ Ġunju 2023

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 1942/2004 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-okoumé plywood, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Bir-Regolament (UE) Nru 82/2011 (3), il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali wara rieżami ta’ skadenza (l-“ewwel rieżami ta’ skadenza”) għal 5 snin. Bir-Regolament (UE) 2017/648 (4), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) tawlet il-miżuri oriġinali għal 5 snin oħra wara t-tieni rieżami ta’ skadenza (it-“tieni rieżami ta’ skadenza”).

(3)

Id-dazji anti-dumping attwalment fis-seħħ jinsabu b’rati li jvarjaw bejn 6,5 % u 23,5 % fuq importazzjonijiet minn erba’ produtturi esportaturi u b’rata ta’ dazju ta’ 66,7 % fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha.

1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (5), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

It-talba għal rieżami ġiet sottomessa fis-16 ta’ Diċembru 2021 mill-European Panel Federation (“l-applikant”) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-okoumé plywood, fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f’kontinwazzjoni u/jew f’rikorrenza ta’ dumping u f’rikorrenza ta’ dannu lill-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

(6)

Billi ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti evidenza suffiċjenti għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fil-5 ta’ April 2022 il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-okoumé plywood li joriġina mir-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-Notifika ta’ Bidu”).

1.4.   Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(7)

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

1.5.   Partijiet ikkonċernati

(8)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet ikkonċernati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi tal-Unjoni magħrufin oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufin u lill-produtturi fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, l-utenti, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufin li huma kkonċernati dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw.

(9)

Il-partijiet ikkonċernati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma talbet seduta ta’ smigħ.

1.6.   Kampjunar

(10)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(11)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hi kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ produzzjoni u bejgħ rappreżentattiv, filwaqt li qieset ukoll il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 40 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 41 % tal-volum tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi

(12)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Ma kien hemm l-ebda importatur mhux relatat li ppreżenta l-informazzjoni mitluba. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

Kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ

(13)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi/produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi/produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(14)

L-ebda produttur/produttur esportatur mir-RPĊ ma pprovda l-informazzjoni mitluba sal-iskadenza u/jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi u s-sejbiet fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ saru abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Is-sorsi użati huma spjegati fid-dettall fil-premessa (28).

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(15)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(16)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji, kif ukoll kwestjonarji għall-importaturi, l-utenti u l-esportaturi Ċiniżi mhux relatati kienu saru wkoll disponibbli online (7) fil-jum tal-bidu. Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant li fih talbet data makroekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(17)

Ġew riċevuti tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mill-applikant.

1.8.   Verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni.

(19)

Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

—

Allin SA, Le Vanneau, Franza

—

F.A. Mourikis SA, Kalamaki, il-Greċja

—

Joubert Saint Jean d’Angely SAS, Saint-Jean d’Angely, Franza

—

European Panel Federation (l-applikant), Brussell, il-Belġju.

1.9.   Proċedura sussegwenti

(20)

Fil-5 ta’ April 2023, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. L-ebda parti ma tat kumment.

2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt rieżami

(21)

Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri l-okoumé plywood, iddefinit bħala plywood li jikkonsisti biss minn folji tal-injam, b’kull saff li ma jaqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm, b’mill-inqas saff estern wieħed ta’ okoumé mhux miksi b’rita permanenti ta’ materjali oħra, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 4412 31 10 (il-kodiċi TARIC 4412311010) (“il-prodott taħt rieżami”).

(22)

Jeżistu żewġ tipi prinċipali ta’ okoumé plywood, plywood magħmul biss bl-okoumé (“okoumé sħiħ”) u plywood b’tal-anqas wieħed mill-uċuħ ta’ barra magħmul mill-okoumé, u l-bqija magħmul minn injam ieħor (“plywood b’wiċċ tal-okoumé) (dan tal-aħħar huwa magħruf ukoll bħala “combi” jew “twin”). Iż-żewġ tipi ewlenin ta’ okoumé plywood għandhom l-istess dehra esterna. Minkejja differenzi fil-karatteristiċi mekkaniċi, huma kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, u jintużaw għall-istess skopijiet bażiċi.

(23)

L-okoumé plywood jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju fl-industrija tal-bini f’applikazzjonijiet tal-mastrudaxxa fuq barra għal xogħol bil-bords, bords tax-xaters, kantini fuq barra u balavostri u panewijiet mal-ġenb tax-xmajjar. Jintuża wkoll għal skopijiet aktar dekorattivi, inter alia, fit-trasport bit-triq (eż. karozzi, kowċis, caravans, karozzi tal-camping), fit-trasport bil-baħar (jotts), fl-industrija tal-għamara u l-bibien.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(24)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(25)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti, il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

—

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat

—

il-prodott taħt rieżami prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(26)

Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   DUMPING

3.1.   Kummenti preliminari

(27)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-RPĊ prattikament sparixxew mis-suq tal-Unjoni. Skont il-Eurostat, l-importazzjonijiet tal-okoumé plywood mir-RPĊ kienu jammontaw għal madwar 0,04 % tas-suq tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni kienet simili fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. F’termini assoluti, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-RPĊ ammontaw għal 74 m3, meta mqabbla ma’ 83 606 m3 fl-investigazzjoni oriġinali, 12 620 m3 fl-ewwel rieżami ta’ skadenza u l-ebda importazzjoni fit-tieni rieżami ta’ skadenza.

(28)

Kif hemm imsemmi fil-premessa (14), l-ebda wieħed mill-produtturi/produtturi esportaturi mir-RPĊ ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tar-RPĊ li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija setgħet tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tar-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta f’dan ir-rigward.

(29)

Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami, id-data disponibbli għall-pubbliku għal produttur Tork tal-okoumé plywood, l-informazzjoni pprovduta mill-applikant u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, l-informazzjoni mill-uffiċċju nazzjonali Tork tal-istatistika, il-bażi tad-data COMEXT tal-Eurostat, l-Atlas Globali tal-Kummerċ (“GTA”), il-pjan ta’ aċċess għas-suq taċ-Ċentru Internazzjonali tal-Kummerċ, u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (“FAO”).

3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġinaw mir-RPĊ

(30)

Minħabba li kien hemm disponibbli evidenza suffiċjenti fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(31)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(32)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi xierqa possibbli f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(33)

Fl-24 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni ħarġet Nota għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (“Nota dwar is-sorsi”). Permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet beħsiebha tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, u dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u profitti bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija Eksioglu Orman Urunleri, produttur fit-Turkija.

(34)

Permezz tan-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar is-sorsi u l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, sakemm dawn jippreżentaw biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti. Ma wasal l-ebda kumment.

3.3.   Valur normali

(35)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur”.

(36)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “fil-każ li jiġi determinat […], li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni,” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” ( “kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”).

(37)

Kif huwa spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi jew tal-produtturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.3.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.3.1.1.   Introduzzjoni

(38)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li “distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

—

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

—

il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet;

—

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

—

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà;

—

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

—

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat“.

(39)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(40)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur.

(41)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (“ir-Rapport”), (8) li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. It-talba kien fiha wkoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport.

(42)

B’mod aktar speċifiku, it-talba, b’referenza għar-Rapport, indikat li d-distorsjonijiet strutturali f’ħafna setturi industrijali Ċiniżi kkontribwew għall-kapaċità żejda fis-settur Ċiniż tal-plywood, inkluż l-okoumé plywood. Barra minn hekk, it-talba indikat li l-politiki tal-GTĊ, bħal dawk dettaljati fit-13-il Pjan ta’ 5 snin (“FYP”) dwar il-Forestrija, rawmu l-użu tal-injam bħala materja prima permezz ta’ intervent mill-Istat. Fl-14-il FYP sussegwenti, li jkopri s-snin 2021-2026, il-GTĊ iddikjara l-intenzjoni tiegħu li “jtejjeb l-infrastruttura tal-farms tal-foresti u taż-żoni tal-foresti tal-Istat”. Barra minn hekk, b’referenza għar-Rapport, it-talba nnotat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-aċċess għas-setturi tal-kapital, tal-kimika u tax-xogħol, kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq tal-enerġija. Skont it-talba, dawk id-distorsjonijiet x’aktarx li jkollhom impatt materjali fuq l-industrija tal-okoumé plywood. Barra minn hekk, it-talba fakkret li, fl-2017, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti imponew dazji anti-dumping u kumpensatorji fuq ċerti importazzjonijiet ta’ plywood magħmulin mill-injam iebes fl-Istati Uniti miċ-Ċina, wara konklużjoni li l-interventi tal-GTĊ permezz ta’ diversi programmi, sussidji, self ta’ politika f’termini preferenzjali tal-Istat, eċċ., iffavorew direttament lill-produtturi u lill-esportaturi Ċiniżi ta’ ċerti prodotti tal-plywood magħmulin minn injam iebes.

(43)

Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. Il-Kummissjoni lanqas ma rċeviet kummenti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(44)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

3.3.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

(45)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-”sjieda pubblika soċjalista tal-fatturi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (9). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fl-ordinament ġuridiku kollu u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (10).

(46)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is-]sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (11) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(47)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (12). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(48)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt) (13).

(49)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn taħt) (14). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (15).

(50)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu numru ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (16). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (17).

(51)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (18).

3.3.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

(52)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(53)

Filwaqt li fis-settur tal-okoumé plywood, il-livell ta’ sjieda tal-Istat ma jidhirx li huwa sinifikanti, il-GTĊ għandu ishma f’għadd ta’ produtturi, wieħed mill-ishma jaqbeż l-40 % f’Jiangsu High Hope Arser Co., Ltd (19). Lil hinn mis-sjieda formali, l-awtoritajiet tal-Istat jistgħu jikkontrollaw u jissorveljaw il-kumpaniji permezz ta’ kanali informali, kif muri mill-Grupp Luli li huwa ta’ proprjetà privata li, skont sorsi pubbliċi, ġie “kkultivat” mill-gvern tal-provinċja ta’ Shandong (20). Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma anke f’kumpaniji privati (21) (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.4 hawn taħt), bis-CCP li jasserixxi t-tmexxija fuq kważi kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-Istat permezz ta’ strutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u taħt superviżjoni politika tal-gvern, fid-dawl ta’ kif l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fir-RPĊ.

(54)

Dan jidher ukoll fil-livell tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ċiniża tal-Industrija tal-Prodotti Forestali (“CNFPIA”), l-assoċjazzjoni settorjali tal-industrija. Skont l-Artikolu 4 tal-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CNFPIA, l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni ta’ […] l-Amministrazzjoni tal-Istat għall-Forestrija u l-Art bil-Ħaxix u l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili” (22).

(55)

Konsegwentement, anke l-produtturi privati fis-settur tal-prodott taħt rieżami ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika kif stabbilit ukoll fit-taqsima 3.3.1.5 ta’ hawn taħt.

3.3.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(56)

Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-Sjieda ta’ Intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (23) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (24)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP qiegħed isaħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu sabiex jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (25), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u sabiex isegwu d-dixxiplina tal-partit (26). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (27). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(57)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era (“il-Linji Gwida”) (28), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-United Front fis-settur privat u nżidu b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu ulterjorment il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (29).

(58)

L-investigazzjoni kkonfermat li t-trikkib bejn il-karigi maniġerjali u s-sħubija fis-CCP/il-funzjonijiet fil-Partit huma komuni fis-settur tal-plywood. Pereżempju, il-maniġer ġenerali ta’ Jiangsu High Hope Arser Co., Ltd. għandu wkoll il-pożizzjoni ta’ segretarju tal-fergħa tal-Partit, filwaqt li l-president tal-kumpanija omm Jiangsu High Hope Group iservi wkoll bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-Grupp (30).

(59)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (31). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, fis-settur tal-okoumé plywood u f’setturi oħrajn, (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.3.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(60)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (32).

(61)

L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott taħt rieżami. Bħala eżempju, it-teknoloġiji relatati mal-pannelli tal-injam huma elenkati fost l-industriji mħeġġa fil-Katalogu ta’ Gwida tal-2019 għall-aġġustament strutturali tal-industrija (33), li jindika l-intenzjonijiet tal-awtoritajiet li joħolqu ambjent regolatorju li jwassal għall-iżvilupp tas-settur, u li potenzjalment iwitti wkoll it-triq għall-aċċess tal-industrija għall-finanzjament. Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Foresti u tal-Ħaxix (34), mhux biss jistieden lill-awtoritajiet biex “jippromwovu t-trasformazzjoni ekoloġika komprensiva tal-industrija tal-ipproċessar tal-injam” jew biex “jikkonsolidaw u jaġġornaw l-industriji tradizzjonali vantaġġużi bħall-pavimentar tal-injam, l-għamara tal-injam, il-bibien tal-injam, u jħaffu l-iżvilupp ta’ għamara personalizzata, strutturi tal-injam u materjali tal-bini tal-injam”, iżda jistabbilixxi wkoll miri speċifiċi tal-output: “sal-2025, l-output ta’ pannelli magħmulin mill-bniedem se jiġi stabbilizzat f’madwar 300 miljun metru kubu, l-output tal-pavimentar se jiġi stabbilizzat f’madwar 800 miljun metru kwadru, u l-valur tal-output tal-għamara tal-injam se jaqbeż RMB 800 biljun”  (35) . Barra minn hekk, l-Opinjoni Gwida dwar it-trawwim tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-forestrija u tal-ħaxix, ippubblikata mill-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Forestrija u l-Art bil-Ħaxix fi Frar 2019 (36) , tikkwantifika parametri ulterjuri tal-iżvilupp ippjanat tas-settur: “Sal-2025, il-mekkaniżmu istituzzjonali għall-użu razzjonali tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix bażikament se jiġi ffurmat, il-kapaċità ta’ appoġġ tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se tissaħħaħ b’mod sinifikanti, il-volum tal-output tal-prodotti tal-foresti u tal-ħaxix ta’ kwalità għolja se jiżdied b’mod sinifikanti, u l-kummerċ fil-prodotti tal-foresti se jkompli jiġi estiż, u l-valur totali tal-output tal-forestrija fil-livell nazzjonali għandu eventwalment jiżdied b’aktar minn 50 % abbażi tas-sitwazzjoni kurrenti, l-output ta’ prodotti tal-foresti ekonomiċi li huma importanti għall-ekonomija għandu jilħaq 250 miljun tunnellata, u l-volum tal-kummerċ tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti tal-foresti għandu jilħaq 240 biljun USD.” (37) Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħrajn, il-GTĊ jidderiġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur.

(62)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi ta’ politika pubblika li jikkonċernaw is-settur tal-okoumé plywood. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.3.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(63)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. In-numru ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (38).

(64)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (39). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (40). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (41).

(65)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott taħt rieżami huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-liġi tal-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anke fis-settur tal-forestrija u tal-produzzjoni tal-injam. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(66)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott taħt rieżami.

3.3.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi

(67)

Ma huwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (42). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (43). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (44). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

(68)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-okoumé plywood ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

3.3.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(69)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(70)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (45), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (46) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-GTĊ. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (47). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (48).

(71)

Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(72)

Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (49). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (50).

(73)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (51).

(74)

Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (52). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(75)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(76)

It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (53). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel.” (54) Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(77)

It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GTĊ li għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha.

(78)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(79)

Ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.3.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(80)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.2 sa 3.3.1.5 kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.3.1.6 sa 3.3.1.8 u fil-Parti II tar-Rapport.

(81)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott taħt rieżami, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-okoumé plywood jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

(82)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tat-taħlita ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

3.3.1.10.   Konklużjoni

(83)

L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.3.1.2. sa 3.3.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-prodott taħt rieżami, uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

(84)

Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

3.3.2.   Pajjiż rappreżentattiv

(85)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (55);

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami f’dak il-pajjiż (56);

—

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

—

F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(86)

Kif huwa spjegat fil-premessa (32), il-Kummissjoni ħarġet Nota dwar is-sorsi li ddeskriviet il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

(87)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni spjegat li, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, hija jkollha tibbaża fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, flimkien ma’ sorsi oħrajn ta’ informazzjoni meqjusa xierqa skont il-kriterji rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, f’konformità mal-Artikolu 18(5) tar-Regolament bażiku.

(88)

Fir-rigward tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku, fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, l-applikant eżamina ħames pajjiżi bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali li kellhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku għar-RPĊ. Il-pajjiżi eżaminati kienu t-Tajlandja, l-Indoneżja, il-Brażil, il-Malażja u t-Turkija (57).

(89)

Fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami, fit-talba ġew identifikati biss it-Turkija u l-Indoneżja bħala pajjiżi li jipproduċu l-okoumé plywood (58).

(90)

Fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv, fit-talba tiegħu għal rieżami, l-applikant identifika tliet kumpaniji li jipproduċu prodotti tal-injam b’kisja tal-fuljetta, inkluż il-prodott taħt rieżami, fit-Turkija, u l-ebda waħda fl-Indoneżja (59). Kif huwa spjegat fin-Nota dwar is-sorsi, l-analiżi tal-Kummissjoni kkonkludiet li tnejn mill-kumpaniji Torok ma kellhomx biżżejjed data finanzjarja disponibbli aġġornata. It-tielet kumpanija kellha data disponibbli għall-2020 iżda ma kienx ċar jekk ipproduċietx il-prodott taħt rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni identifikat kumpanija fit-Turkija, Eksioglu Orman Urunleri, li pproduċiet il-prodott taħt rieżami u kellha data finanzjarja disponibbli għall-2020. Għalhekk, it-Turkija ssodisfat il-kriterji tad-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti.

(91)

Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku.

(92)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, u jissuġġerixxu wkoll pajjiżi oħrajn, dment li huma jippreżentaw biżżejjed informazzjoni dwar il-kriterji rilevanti. Ma wasal l-ebda kumment.

(93)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.3.3.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(94)

Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Fin-Nota dwar is-sorsi, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima prinċipali.

(95)

Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li kienet se tiġbor flimkien entrati b’piż negliġibbli fil-kost tal-produzzjoni, bħal materja prima oħra, il-kostijiet tal-imballaġġ, l-utilitajiet u l-oġġetti tal-konsum u tesprimihom bħala perċentwal tal-materja prima prinċipali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħabbret li kienet se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(96)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża informazzjoni mill-Istitut Tork tal-Istatistika (“TURKSTAT”) sabiex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku u tal-manodopera.

(97)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mal-kostijiet tal-manifattura abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, u abbażi tad-data vverifikata ta’ produttur tal-Unjoni, Joubert Plywood, li pprovda informazzjoni speċifika għal dak il-għan. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-taqsima 3.3.5 hawn taħt.

(98)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li sabiex tistabbilixxi l-SG&A u l-profitt, hija kienet se tuża d-data finanzjarja mill-produttur Tork tal-prodott taħt rieżami, kif stabbilit fil-premessa (32) hawn fuq.

(99)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni fin-Nota dwar is-sorsi.

3.3.4.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

(100)

Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba għal rieżami u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-applikant u vverifikata fuq il-post, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew kummenti dwar in-Nota dwar is-sorsi, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tal-okoumé plywood

Fatturi tal-Produzzjoni

Kodiċijiet HS

Sors tad-data

Unità ta’ kejl

Valur mingħajr distorsjoni (RMB)

Materja Prima

Folji tal-kisi tal-fuljetta

4408 39

Global Trade Atlas (GTA) (60)

m3

6 507,69

Zkuk tal-injam tal-luq

4403 97

GTA

m3

2 615,34

Kolla Fenolika

3909 40

GTA

kg

16,45

Il-materja prima l-oħra kollha, l-imballaġġ, l-utilitajiet, l-oġġetti tal-konsum.

Mhux applikabbli

 

Ammont fiss

[1 -5 ] % tal-materja prima

Enerġija/Utilitajiet

Elettriku

Mhux applikabbli

Istitut Tork tal-Istatistika. (TURKSTAT) (61)

kWh

0,59

Manodopera

Manodopera

Mhux applikabbli

TURKSTAT (62)

sigħat

16,28

3.3.4.1.   Materja prima

(101)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima prinċipali kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (63).

(102)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-taqsima 3.3.1 din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv.

(103)

Għal għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni, il-kostijiet reali kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet ma’ oġġetti tal-konsum u li tkompli tiġborhom ma’ materja prima oħra, kostijiet tal-imballaġġ u l-utilitajiet, tesprimihom bħala perċentwal tal-materja prima prinċipali, kif huwa spjegat fil-premessa (94). Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni stabbiliet dan il-perċentwal abbażi tad-data pprovduta fit-talba għal rieżami, li sussegwentement ġiet ivverifikata abbażi tad-data ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkoopera fl-investigazzjoni u li pprovda informazzjoni speċifika għal dak l-għan (64), jiġifieri Joubert Plywood.

(104)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif waslet fil-fabbrika tal-produttur, il-Kummissjoni applikat id-dazju fuq l-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, fil-livelli rispettivi, skont il-pajjiż ta’ oriġini tal-volumi importati (65). Il-Kummissjoni żiedet il-kost tat-trasport domestiku kkalkolat għal kull m3 abbażi tal-informazzjoni li tinsab fl-iskambji permezz tal-posta elettronika bejn il-European Panel Federation u produttur ewlieni tal-pannelli bbażati fuq l-injam fit-Turkija (66).

3.3.4.2.   Manodopera

(105)

It-TURKSTAT jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kost medju tal-manodopera u tal-komponenti fix-xahar (67) skont l-attività ekonomika fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat l-aktar statistika riċenti disponibbli (2020) għall-kalkolu ta’ rata fis-siegħa.

3.3.4.3.   Elettriku

(106)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija huwa ppubblikat minn TURKSTAT. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum korrispondenti f’kWh kif ippubblikata fil-31 ta’ Marzu 2022 (biex ikun kopert il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami) (68) biex tikkalkula kost medju tal-elettriku.

3.3.4.4.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

(107)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(108)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkalkolat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura abbażi tal-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura diviżi bil-kost tal-manifattura rrapportat minn Joubert Plywood. Imbagħad, dan il-perċentwal ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura.

(109)

Għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tal-produttur Tork imsemmi fil-premessa (32).

3.3.5.   Kalkolu tal-valur normali

(110)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott (jiġifieri okoumé sħiħ u plywood b’wiċċ tal-okoumé, kif hemm spjegat fil-premessa (21)) fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(111)

Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, sussegwentement ivverifikata abbażi tad-data ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni li kkoopera fl-investigazzjoni u li pprovda informazzjoni speċifika għal dak il-għan, l-okoumé sħiħ jiġi prodott bl-użu ta’ folji tal-injam biss, filwaqt li l-plywood b’wiċċ tal-okoumé wiċċ jiġi prodott kemm bl-użu ta’ folji tal-kisi tal-fuljetta kif ukoll ta’ injam tal-luq. Għalhekk, biex jinbena l-valur normali għall-plywood b’wiċċ tal-okoumé, intuża l-valur mingħajr distorsjoni għaz-zkuk tal-injam tal-luq, flimkien mal-materja prima l-oħra kollha, filwaqt li dan ma ntużax biex jinbena l-valur normali għall-okoumé sħiħ. Il-metodoloġija, spjegata fil-premessi li ġejjin, hija l-istess fiż-żewġ każijiet.

(112)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet diretti mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni (69) pprovduta minn Joubert Plywood, li ġiet verifikata fuq il-post, dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materja prima, il-manodopera u l-elettriku) għall-produzzjoni tal-okoumé plywood. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-volumi tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fit-Turkija, kif huwa deskritt fit-Taqsima 3.3.4.1. Għadd ta’ fatturi tal-produzzjoni li kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġew espressi bħala perċentwal tal-materja prima prinċipali, kif huwa spjegat fil-premessa (94). Il-Kummissjoni applikat dak il-perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima prinċipali biex tasal għal valur mingħajr distorsjoni.

(113)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitt, kif huwa stabbilit fil-premessi (107) u (108), għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. B’mod konkret:

—

L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, li b’kollox kienu jammontaw għal [5-12] % tal-kostijiet tal-manifattura,

—

SG&A, li rrappreżentaw 4,06 % tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”), u

—

Il-profitti, li ammontaw għal 13,77 % tal-COGS, ġew applikati għall-kostijiet totali mingħajr distorsjoni tal-manifattura.

(114)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott, kif huwa spjegat fil-premessa (110), fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Prezz tal-esportazzjoni

(115)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data dwar l-importazzjoni tal-Eurostat, f’livell tal-kost, tal-assigurazzjoni u tal-merkanzija (“CIF”). Dan il-prezz CIF, EUR 619 għal kull m3, tnaqqas mill-kostijiet tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni u mill-kost tat-trasport domestiku fiċ-Ċina biex jasal għall-prezz tal-esportazzjoni fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. L-ammonti mnaqqsa kienu bbażati fuq l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (70).

3.5.   Tqabbil u marġni tad-dumping

(116)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni dwar it-tip ta’ prodott esportat. Il-Kummissjoni għalhekk qabblet il-valuri normali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri għall-okoumé sħiħ u għall-plywood b’wiċċ tal-okoumé, mal-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq.

(117)

Fuq dik il-bażi, il-marġni tad-dumping għall-importazzjonijiet miċ-Ċina, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ogħla minn 100 %, irrispettivament mill-valur normali użat.

(118)

Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet inkwistjoni kien negliġibbli, li jikkorrispondi għal 0,2 % tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni u li jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ 0,04 % fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni dwar it-tip ta’ prodott. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet kienu jikkonsistu minn tranżazzjoni waħda biss, li poġġiet dubju fuq ir-rappreżentattività tagħha. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-volumi baxxi ma jipprovdux bażi suffiċjenti għal kontinwazzjoni ta’ analiżi tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping.

4.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING

(119)

Il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-livelli possibbli ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu; tqabbil tal-valur normali stabbilit f’dan ir-rieżami ta’ skadenza kif huwa spjegat fit-taqsima 3.3.5 mal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tal-offerti kummerċjali għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u pajjiżi terzi pprovduti fit-talba għal rieżami ta’ skadenza; il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni.

4.1.   Il-livelli possibbli ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu

(120)

Biex jiġi ddeterminat il-livell probabbli ta’ prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat il-prezz tal-esportazzjoni fuq il-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq informazzjoni fit-talba għal rieżami ta’ skadenza. B’mod speċifiku, il-prezz tal-esportazzjoni għaż-żewġ tipi ta’ prodotti ewlenin deskritti fil-premessa (21) ġie stabbilit abbażi ta’ 64 offerta kummerċjali lis-suq tal-Unjoni u 26 offerta kummerċjali lil pajjiżi terzi oħra (il-Lvant Nofsani, it-Turkija, u r-Renju Unit) magħmula permezz tal-posta elettronika matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, kif jinsab fit-talba għal rieżami ta’ skadenza.

(121)

Il-prezzijiet medji li jinsabu fl-offerti kummerċjali għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu, fil-livell CIF ta’ EUR 686/m3 għall-okoumé sħiħ u ta’ EUR 458/m3 għall-plywood b’wiċċ tal-okoumé għas-suq tal-Unjoni, u EUR 371/m3 għall-plywood b’wiċċ tal-okoumé għal pajjiżi terzi. Dawn il-livelli tal-prezzijiet huma fl-istess firxa bħall-prezz tal-okoumé plywood tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami deskritt fil-premessa (114). Għalkemm il-kwantitajiet ikkonċernati kienu marġinali, dan il-livell tal-prezz jikkonferma r-rappreżentattività tal-offerti kummerċjali bħala indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni possibbli tal-okoumé plywood miċ-Ċina. Il-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni taħt is-subintestatura HS 4412 31 mill-GTA jinsab ukoll fl-istess firxa. Madankollu, is-subintestatura HS 4412 31 fiha prodotti għajr il-prodott taħt rieżami, u għalhekk din id-data ma kinitx meqjusa preċiża biżżejjed biex tipprovdi informazzjoni utli.

(122)

Il-Kummissjoni aġġustat il-prezzijiet għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika skont l-approċċ deskritt fil-premessa (114) u qabblithom mal-valur normali kif huwa stabbilit fit-Taqsima 3.3.

(123)

Il-marġnijiet tad-dumping għal dawn l-importazzjonijiet potenzjali miċ-Ċina, għaż-żewġ tipi ta’ prodotti, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kienu jkunu ogħla minn 100 % li kieku dawn l-offerti kollha daħlu fl-Unjoni.

4.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

4.2.1.   Il-produzzjoni fir-RPĊ

(124)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi/produtturi esportaturi Ċiniżi u informazzjoni oħra disponibbli dwar l-okoumé plywood Ċiniż, il-produzzjoni fir-RPĊ ġiet stabbilita fuq bażi ta’ stimi mogħtija mill-applikant fit-talba tiegħu għar-rieżami ta’ skadenza, abbażi tal-aħjar għarfien tiegħu tas-suq.

(125)

L-applikant stima l-produzzjoni potenzjali tal-okoumé plywood fiċ-Ċina abbażi tal-importazzjonijiet tal-zkuk tal-okoumé. Bejn l-2017 u l-2020, ġew importati fiċ-Ċina madwar 475 000 m3 sa miljun m3 ta’ zkuk tal-okoumé, li minnhom huwa stmat li 75 % jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-okoumé plywood (71). Għalhekk, il-produtturi Ċiniżi setgħu faċilment jimmanifatturaw aktar minn 400 000 m3 sa 4 miljun m3 ta’ okoumé plywood skont it-tip prodott. Dan jikkorrispondi għal minimu ta’ darbtejn sa massimu ta’ 20 darba tal-konsum totali tal-Unjoni.

4.2.2.   Kapaċità tal-produzzjoni tar-RPĊ

(126)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi Ċiniżi tal-okoumé plywood jew informazzjoni oħra disponibbli dwar l-industrija Ċiniża tal-okoumé plywood, is-sitwazzjoni tal-industrija taċ-Ċina tal-plywood b’mod ġenerali (irrispettivament mit-tip tal-ispeċi tal-injam użat) ġiet eżaminata, kif sar fir-rieżami preċedenti.

(127)

Skont l-informazzjoni fit-talba għal rieżami ta’ skadenza, u kif ġie kkonfermat mill-investigazzjonijiet preċedenti, il-plywood jiġi prodott mill-istess kumpaniji, fuq l-istess tagħmir, tkun xi tkun l-ispeċi tal-injam użata. Ir-rieżamijiet preċedenti stabbilew ukoll li l-okoumé plywood jħalli aktar qligħ minn tipi oħra ta’ plywood.

(128)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti potenzjalment disponibbli fiċ-Ċina hija indikata mill-volumi ta’ produzzjoni tat-tipi kollha ta’ plywood, li skont l-aktar statistika riċenti tal-FAO, fl-2021 kienet tirrappreżenta 76,4 miljun m3 (72). L-evidenza inkluża fit-talba (73) għal rieżami tistma l-kapaċità tal-produzzjoni tal-plywood għal 270 miljun m3 fis-sena fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(129)

Minħabba l-kapaċitajiet kbar tal-produzzjoni fir-RPĊ, li kienu ferm akbar mid-domanda tal-UE ta’ 192 000 m3 fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, irrispettivament miċ-ċifra meħuda, u li hija meħtieġa biss bidla minn tipi oħra ta’ injam għall-okoumé biex jiġi prodott l-okoumé plywood, hemm probabbiltà kbira li l-produtturi Ċiniżi jużaw il-kapaċità ta’ produzzjoni kbira tagħhom biex ibiddlu l-produzzjoni tagħhom minn tipi oħra ta’ plywood lejn l-okoumé plywood li jħalli aktar qligħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu.

4.3.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

(130)

L-element prinċipali użat biex tiġi stabbilita l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu kien il-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħrajn meta mqabbel mal-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. L-offerti kummerċjali msemmija fil-premessa (119) lejn is-suq tal-Unjoni u lejn pajjiżi terzi oħrajn indikaw li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-suq tal-Unjoni kien tabiħaqq attraenti minħabba li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi tal-okoumé plywood lejn is-suq tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni taċ-Ċina lejn is-swieq terzi l-oħrajn kollha li għalihom kienu disponibbli l-offerti kummerċjali. Jiġifieri l-offerti tal-prezz tal-esportazzjoni fil-livell CIF lejn is-suq tal-Unjoni kienu, bħala medja, 23 % ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi fil-livell CIF. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ miżuri, prezzijiet tal-esportazzjoni potenzjali ogħla lejn l-Unjoni jagħmlu s-suq tal-Unjoni attraenti peress li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jrendu profitti ogħla mill-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra.

(131)

Barra minn hekk, hemm miżuri ta’ difiża tal-kummerċ fuq l-importazzjonijiet ta’ plywood Ċiniż fir-Repubblika tal-Korea (miżuri anti-dumping fuq il-plywood b’mill-inqas saff estern wieħed ta’ injam tropikali: ta’ ħxuna ta’ inqas minn 3,2 mm), il-Marokk (miżuri anti-dumping fuq il-plywood kollu), l-Istati Uniti (miżuri anti-dumping u kumpensatorji fuq il-plywood magħmul minn injam iebes) u t-Turkija (miżuri anti-dumping fuq ċerti tipi ta’ plywood) (74). Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għal-limitazzjonijiet tal-esportazzjoni għall-produtturi Ċiniżi tal-plywood u għall-eżistenza ta’ kapaċità ta’ riżerva sinifikanti sostnuta tal-plywood fiċ-Ċina u jagħmlu s-suq tal-Unjoni aktar attraenti għall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-plywood.

(132)

Għalhekk, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu fl-UE, filwaqt li pajjiżi oħra jżommu l-miżuri anti-dumping tagħhom, il-produtturi Ċiniżi x’aktarx li jerġgħu jibdew jipproduċu l-okoumé plywood f’volumi sinifikanti għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni.

4.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping

(133)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà qawwija li jerġa’ jseħħ dumping jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. B’mod partikolari, il-livell tal-valur normali stabbilit fir-RPĊ, il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u l-Unjoni, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u d-disponibbiltà ta’ kapaċità ta’ produzzjoni sinifikanti fir-RPĊ juru probabbiltà kbira ta’ rikorrenza ta’ dumping fil-każ li l-miżuri attwali jitħallew jiskadu.

5.   DANNU

5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(134)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 16-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ analiżi. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(135)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 174 000 m3. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-makroindikaturi sottomessa mill-applikant.

(136)

Kif hemm indikat fil-premessa (11), il-kampjunar ġie applikat għad-determinazzjoni tat-tkomplija possibbli tad-dannu jew rikorrenza tiegħu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. It-tliet produtturi tal-Unjoni magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(137)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: a) id-data tal-applikant dwar il-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili, parzjalment kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat fil-Eurostat.

(138)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (m3)

 

2018

2019

2020

PIR

Konsum totali tal-Unjoni

171 309

187 104

171 737

192 264

Indiċi

100

109

100

112

Sors:

il-Eurostat, l-Applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(139)

Ir-rieżami wera li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 12 % matul il-perjodu ta’ analiżi. Il-konsum tal-Unjoni ġie affettwat b’mod negattiv mit-tifqigħa tal-COVID-19 fl-2020, iżda rkupra tajjeb matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

5.3.1.   Volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(140)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tal-istatistika tal-Eurostat, kif huwa spjegat kif xieraq fil-premessa (136) hawn fuq. Is-sehem mis-suq tagħhom ġie stabbilit billi ġew imqabbla l-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif huwa stabbilit fit-tabella 2.

(141)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

PIR

Volum ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (m3)

100

0

43

74

Indiċi (2018 = 100)

100

0

43

74

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (%)

0,06

0,00

0,03

0,04

Sors:

Eurostat

(142)

Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien negliġibbli matul il-perjodu kollu ta’ analiżi.

5.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(143)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina abbażi tal-istatistika tal-Eurostat.

(144)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/m3)

 

2018

2019

2020

PIR

Iċ-Ċina

370

0

481

619

Indiċi (2018 = 100)

100

0

130

167

Sors:

Eurostat

(145)

Il-prezzijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’67 % matul il-perjodu ta’ analiżi, madankollu applikaw iż-żmien kollu għal volumi minimi ta’ importazzjonijiet. Dawk il-volumi minimi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ ma jippermettu l-ebda kalkolu sinifikanti tat-twaqqigħ tal-prezz.

5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

(146)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li japplikaw l-istess metodoloġija bħal dik għar-RPĊ (ara t-taqsima 5.3.1).

(147)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żviluppa kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2018

2019

2020

PIR

Il-Gabon

Volum tal-importazzjoni (m3)

18 603

19 919

18 238

24 322

Indiċi (2018 = 100)

100

107

98

131

Sehem mis-suq (%)

10,9

10,6

10,6

12,6

Indiċi (2018 = 100)

100

98

98

116

Prezz medju (EUR/m3)

761

745

755

769

Indiċi (2018 = 100)

100

98

99

101

Il-Marokk

Volum tal-importazzjoni (m3)

6 231

8 493

8 332

9 917

Indiċi (2018 = 100)

100

136

134

159

Sehem mis-suq (%)

3,6

4,5

4,8

5,2

Indiċi (2018 = 100)

100

125

134

141

Prezz medju (EUR/m3)

852

833

846

870

Indiċi (2018 = 100)

100

98

99

102

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum tal-importazzjoni (m3)

466

1 922

1 837

2 490

Indiċi (2018 = 100)

100

412

394

534

Sehem mis-suq (%)

0,3

1,0

1,1

1,3

Indiċi (2018 = 100)

100

377

394

474

Prezz medju (EUR/m3)

526

867

710

938

Indiċi (2018 = 100)

100

165

135

178

Importazzjonijiet totali għajr ir-RPĊ

Volum tal-importazzjoni (m3)

25 300

30 334

28 407

36 729

Indiċi (2018 = 100)

100

120

112

145

Sehem mis-suq (%)

14,8

16,2

16,6

19,1

Indiċi (2018 = 100)

100

110

112

129

Prezz medju (EUR/m3)

779

777

779

808

Indiċi (2018 = 100)

100

100

100

104

Sors:

Eurostat

(148)

Fost l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-importazzjonijiet mill-Gabon u mill-Marokk kienu l-aktar importanti. Matul il-perjodu kkunsidrat, iż-żewġ pajjiżi żiedu l-volumi tal-bejgħ tagħhom, b’31 % u b’59 % rispettivament, u l-ishma tas-suq tagħhom, b’1,7 u b’1,6 punti perċentwali, rispettivament. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żdiedu sostanzjalment fil-perjodu kkunsidrat (aktar minn 5 darbiet), iżda rrappreżentaw fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sehem mis-suq ta’ 1,3 % biss.

5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.5.1.   Kummenti ġenerali

(149)

Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(150)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data u l-informazzjoni li jinsabu fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-applikant, kontroverifikata kif xieraq mal-informazzjoni fit-talba u mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi inklużi fil-kampjun, u l-istatistika tal-Eurostat. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(151)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(152)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

5.5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.5.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(153)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2018

2019

2020

PIR

Volum tal-importazzjoni (m3)

164 635

179 457

164 383

174 048

Indiċi (2018 = 100)

100

109

100

106

Kapaċità tal-produzzjoni (m3)

286 965

299 163

288 272

306 816

Indiċi (2018 = 100)

100

104

100

107

L-użu tal-kapaċità (%)

57,4

60,0

57,0

56,7

Indiċi (2018 = 100)

100

105

99

99

Sors:

l-Applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(154)

Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’6 % matul il-perjodu ta’ analiżi. Din segwiet ix-xejra fil-konsum tal-Unjoni, u għalhekk l-impatt negattiv tat-tifqigħa tal-COVID-19 kien viżibbli fl-2020, b’irkupru notevoli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(155)

Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet ukoll, b’7 % matul il-perjodu ta’ analiżi.

(156)

Billi l-adattament tal-kapaċità tal-produzzjoni biex din taqbel mal-livelli ogħla tal-konsum saret prinċipalment qabel il-perjodu ta’ analiżi, ir-rata tal-użu tal-kapaċità kienet stabbli iżda f’livell iktar baxx meta mqabbla mar-rati stabbiliti waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami preċedenti (80 %) (75).

5.5.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(157)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2018

2019

2020

PIR

Volum ta’ bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni - klijenti mhux relatati (m3)

145 909

156 770

143 287

155 460

Indiċi (2018 = 100)

100

107

98

107

Sehem mis-suq (%)

85,2

83,8

83,4

80,9

Indiċi (2018 = 100)

100

98

98

95

Sors:

il-Eurostat, l-applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(158)

Matul il-perjodu ta’ analiżi, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’7 %, li kien inqas miż-żieda ta’ 13 % fil-konsum li tidher fit-Tabella 2. Għalhekk, minkejja ż-żieda fil-volumi tal-bejgħ, filwaqt li titqies ukoll iż-żieda parallela fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra deskritta fil-premessa (147), l-industrija tal-Unjoni tilfet 4,3 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni għadu f’livell għoli.

5.5.2.3.   Tkabbir

(159)

Matul il-perjodu ta’ analiżi, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 13 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied b’7 %. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni kibret f’termini assoluti iżda mhux f’termini ta’ sehem mis-suq. Madankollu, it-tkabbir fil-bejgħ kien akkumpanjat ukoll minn tkabbir fil-produzzjoni, fil-kapaċità tal-produzzjoni u fl-investimenti.

5.5.2.4.   Impjiegi u produttività

(160)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2018

2019

2020

PIR

Numru ta’ impjegati

678

664

661

663

Indiċi (2018 = 100)

100

98

97

98

Produttività Lavorattiva (m3/impjegat)

243

270

249

263

Indiċi (2018 = 100)

100

111

102

108

Sors:

l-Applikant, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(161)

Wara tnaqqis żgħir bejn l-2018 u l-2019, l-għadd ta’ impjegati baqa’ pjuttost stabbli matul il-parti li jifdal fil-perjodu ta’ analiżi - l-industrija tal-Unjoni kienet qed timpjega madwar 660 membru tal-persunal. Fil-perjodu ta’ analiżi, il-produttività għal kull impjegat żdiedet bi 8 %.

5.5.2.5.   Kobor tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(162)

Kif huwa spjegat fil-premessa (117), minħabba l-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina, ma kienx possibbli li tiġi stabbilita determinazzjoni rappreżentattiva tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, l-investigazzjoni ffokat fuq il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

(163)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, għadd ta’ indikaturi tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni wrew xejriet favorevoli. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni rkuprat minn dumping tal-passat.

5.5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.5.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(164)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni

 

2018

2019

2020

PIR

Prezz ta’ bejgħ unitarju medju ponderat fl-Unjoni (EUR/m3)

956

959

987

1 033

Indiċi (2018 = 100)

100

100

103

108

Kost ta’ unità tal-produzzjoni (EUR/m3)

939

922

978

1 011

Indiċi (2018 = 100)

100

98

104

108

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(165)

Il-prezzijiet tal-bejgħ ta’ unità baqgħu stabbli fl-ewwel parti tal-perjodu ta’ analiżi u mbagħad żdiedu bi 8 % bejn l-2019 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Din iż-żieda fil-prezz irriflettiet bis-sħiħ iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ analiżi.

5.5.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(166)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu ta’ analiżi:

Tabella 10

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2018

2019

2020

PIR

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

31 134

31 846

30 408

31 521

Indiċi

100

102

98

101

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(167)

Bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’mod ġenerali b’1 %.

5.5.3.3.   Inventarji

(168)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Inventarji

 

2018

2019

2020

PIR

Stokks tal-għeluq (m3)

5 805

3 762

4 793

4 245

Indiċi

100

65

83

73

Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

9,6

5,8

7,6

6,1

Indiċi

100

61

79

64

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(169)

Normalment, l-okoumé plywood jiġi prodott skont l-ordni u għalhekk il-livelli tal-istokk huma tipikament baxxi. Fl-2018, dawn baqgħu f’livell relattivament għoli, iżda matul il-perjodu ta’ analiżi naqsu b’36 %, minn 9,6 % fir-rigward tal-volumi tal-produzzjoni fl-2018, għal 6,1 % tal-volumi tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

5.5.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(170)

Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2018

2019

2020

PIR

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

2,5

3,9

3,3

6,9

Indiċi

100

159

133

277

Fluss tal-flus (EUR)

913 814

209 034

1 037 362

-1 179 393

Indiċi

100

23

114

- 129

Investimenti (EUR)

1 572 178

5 030 991

1 551 446

2 021 386

Indiċi

100

320

99

129

Redditu fuq l-investimenti (%)

3,6

6,9

6,9

18,2

Indiċi

100

190

190

502

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(171)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kollu ta’ analiżi, l-industrija tal-Unjoni baqgħet profittabbli b’xejra li qed tiżdied. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà laħqet il-livell ta’ kważi 7 %.

(172)

Il-fluss ta’ flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. B’mod ġenerali, f’termini assoluti, il-fluss tal-flus kien f’livell baxx matul il-perjodu ta’ analiżi u kien aktar baxx milli matul il-perjodu ta’ analiżi tar-rieżami preċedenti. Madankollu, xorta waħda kompla jkun pożittiv ħlief matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

(173)

Il-produtturi tal-Unjoni komplew l-investimenti matul il-perjodu kollu ta’ analiżi. L-investimenti laħqu massimu fl-2019. Wara tnaqqis fis-sena ta’ wara, li ovvjament kien affettwat mill-Covid-19, l-investimenti reġgħu żdiedu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livell ta’ 29 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu ta’ analiżi.

(174)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod pożittiv matul il-perjodu ta’ analiżi. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, ir-redditu fuq l-assi tal-produtturi tal-Unjoni kien ħames darbiet ogħla milli fl-2018.

(175)

L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma rrapporta diffikultajiet fil-kapaċità tiegħu li jtella’ l-kapital.

5.6.   Konklużjoni dwar id-dannu

(176)

Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat kien negliġibbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(177)

Matul il-perjodu ta’ analiżi, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ tagħha. Ġie nnotat telf fis-sehem mis-suq, iżda dan seħħ fis-sitwazzjoni taż-żieda ġenerali fil-konsum. Il-livell ta’ impjieg tnaqqas marġinalment, filwaqt li l-produttività żdiedet.

(178)

F’termini ta’ indikaturi finanzjarji, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li minkejja ż-żieda kostanti fil-kostijiet tal-produzzjoni, l-industrija tal-Unjoni baqgħet profittabbli fis-snin kollha tal-perjodu ta’ analiżi. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-profittabbiltà tagħha laħqet livell ta’ 7 %. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni żiedet l-investimenti u kisbet redditu tajjeb ħafna fuqhom.

(179)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma sofrietx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

6.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

(180)

Fil-premessa (178), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu.

(181)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-impatt tal-volum potenzjali tal-importazzjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

(182)

L-ewwel nett, kif huwa deskritt fil-premessi (125) sa (128) hawn fuq, fid-dawl tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni konsiderevoli fiċ-Ċina, huwa probabbli li fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet miċ-Ċina jerġgħu jibdew fi kwantitajiet sinifikanti. Bħala indikazzjoni tal-potenzjal tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li jżidu l-produzzjoni u l-esportazzjoni tagħhom tal-okoumé plywood malajr, għandu jiġi mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, il-produtturi esportaturi Ċiniżi kienu kapaċi jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni minn madwar 9 500 m3 għal aktar minn 83 500 m3 f’inqas minn 3 snin (mill-2001 sa nofs l-2003). Din iċ-ċifra jenħtieġ li titqies fl-isfond ta’ 192 000 m3 ta’ konsum tal-Unjoni u 174 000 m3 ta’ produzzjoni tal-Unjoni fil-PIR kurrenti.

(183)

Ma nstab l-ebda element li jindika li l-użu tal-okoumé fil-produzzjoni tal-plywood fiċ-Ċina ġie sostitwit b’mod stabbli minn speċijiet oħrajn ta’ injam. Kif huwa spjegat fil-premessa (126), il-produtturi Ċiniżi għadhom qed jużaw l-okoumé biex jimmanifatturaw il-plywood. Minħabba dazji anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet miċ-Ċina kważi waqfu waqt il-perjodu ta’ analiżi. Madankollu, kif huwa kkonfermat mill-investigazzoni, kien hemm domanda konsiderevoli għall-okoumé plywood fis-suq tal-Unjoni waqt l-istess perjodu.

(184)

It-tieni, il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma relattivament għoljin meta mqabbla mal-prezzijiet li bihom il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jesportaw il-produzzjoni tagħhom, li jagħmel lis-suq tal-Unjoni attraenti ħafna għall-produtturi esportaturi fiċ-Ċina.

(185)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għamlet analiżi dwar il-livell probabbli tal-prezz li fih il-produtturi esportaturi Ċiniżi jesportaw lejn is-suq tal-Unjoni.

(186)

Mingħajr l-ebda produttur esportatur mir-RPĊ li kkoopera u b’importazzjonijiet Ċiniżi limitati ħafna biss irreġistrati fil-Eurostat, għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz il-Kummissjoni użat il-prezzijiet Ċiniżi meħuda minn offerti kummerċjali kif ipprovduti mill-applikant fit-talba (użati wkoll għall-kalkoli tal-marġni tad-dumping kif huwa deskritt fil-premessa (119)) bħala indikazzjoni tal-livell possibbli tal-prezz li fih il-produtturi Ċiniżi jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Dawk il-prezzijiet ġew aġġustati billi żdiedu r-rata konvenzjonali tad-dazju doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(187)

Wara t-tqabbil tal-prezzijiet CIF Ċiniżi, b’hekk stabbiliti, mal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, instab twaqqigħ ta’ 40,8 % u 58,1 % għall-okoumé plywood sħiħ u għall-plywood b’wiċċ tal-okoumé rispettivament.

(188)

Barra minn hekk, l-offerti kummerċjali Ċiniżi kkunsidrati f’dan il-kalkolu juru b’mod ċar li l-prezzijiet lejn pajjiżi terzi huma ferm aktar baxxi (ara l-premessa (129) hawn fuq) mill-prezzijiet lejn l-Unjoni, li barra minn hekk jenfasizza l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’termini tal-livell tal-prezzijiet.

(189)

Fil-każ probabbli li l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li jkunu ferm aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u fi kwantitajiet sinifikanti, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx f’pożizzjoni li żżomm il-livelli tal-prezzijiet attwali tagħha. Din il-probabblità ta’ dipressjoni fil-prezzijiet tabilħaqq ixxekkel il-progress ta’ rkupru kurrenti tal-industrija tal-Unjoni, u l-industrija tal-Unjoni tispiċċa ġġarrab telf malajr ħafna.

(190)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni kieku titlef il-bejgħ u s-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni b’mod rapidu u, konsegwentement, tonqos il-produzzjoni. B’riżultat ta’ dan, ir-rata tal-użu tal-kapaċità terġa’ tonqos.

(191)

Abbażi ta’ dan, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi u li x’aktarx jerġa’ jseħħ dannu materjali.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(192)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

(193)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(194)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(195)

Kif ġie konkluż fil-premessa (178), l-industrija tal-Unjoni ma għadhiex qed iġġarrab dannu materjali. Madankollu, kif ġie konkluż fil-premessa (190), l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tlaħħaq mat-tneħħija tal-miżuri, li x’aktarx jirriżulta fi kwantità sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li jwaqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, revoka tal-miżuri kieku tpoġġi l-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-industrija f’riskju. Għalhekk, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   L-interess ta’ importaturi u ta’ utenti mhux relatati

(196)

L-importaturi u l-utenti magħrufa kollha mhux relatati ġew infurmati bil-bidu tar-rieżami. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni minn importaturi u utenti mhux relatati.

(197)

Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-utenti u/jew fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(198)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti dwar l-importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġinaw miċ-Ċina.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(199)

Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġinaw miċ-Ċina jenħtieġ li jinżammu.

(200)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali li huma speċifikati fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament japplikaw b’mod esklużiv għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u manifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(201)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (76). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(202)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(203)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, ikunu jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(204)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-kontinwazzjoni tal-miżuri, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-kontinwazzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu lill-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju anti-dumping individwali l-aktar baxxa.

(205)

Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Ma wasal l-ebda kumment mingħand partijiet interessati.

(206)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (77) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(207)

Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma ta l-ebda opinjoni dwar il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ okoumé plywood, iddefinit bħala plywood li jikkonsisti biss minn folji ta’ injam, b’kull saff li ma jaqbiżx ħxuna ta’ 6 mm, b’tal-anqas saff wieħed fuq barra tal-okoumé mhux miksi b’rita permanenti ta’ materjali oħra, u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 4412 31 10 (kodiċi TARIC 4412311010) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tad-dazju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Nantong Zongyi Plywood Co. Ltd Xingdong Town, Tongzhou City, Jiangsu Province, Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

9,6  %

A526

Zhejiang Deren Bamboo-Wood Technologies Co. Ltd Linhai Economic Development Zone, Zhejiang, Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

23,5  %

A527

Zhonglin Enterprise (Dangshan) Co. Ltd Xue Lou Miao Pu, Dangshan County, Anhui Province 235323, Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

6,5  %

A528

Jiaxing Jinlin Lumber Co. Ltd North of Ganyao Town, Jiashan, Zhejiang Province, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

17  %

A529

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

66,7  %

A999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat/a b’ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-okoumé plywood mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk fattura bħal din ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1942/2004 tat-2 ta’ Novembru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 336, 12.11.2004, p. 4).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 82/2011 tal-31 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ okoumé plywood li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’segwitu għal reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li jtemm reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 28, 2.2.2011, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/648 tal-5 ta’ April 2017 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 92, 6.4.2017, p. 48).

(5)  Avviż ta’ skadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 277, 12.7.2021, p. 2).

(6)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ okoumé plywood li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 150, 5.4.2022, p. 16).

(7)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2588

(8)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.

(9)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 2, p. 6-7.

(10)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.

(11)  Disponibbli fuq: Constitution of the People’s Republic of China (npc.gov.cn), aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2022.

(12)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 2, p. 20-21.

(13)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

(14)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 6, p. 120-121.

(15)  Rapport – Kapitolu 6, p. 122 -135.

(16)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 7, p. 167-168.

(17)  Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

(18)  Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.

(19)  Ara fuq: www.arserwood.com/?back = main (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(20)  Ara fuq: lyj.hunan.gov.cn/tslm_71206/lysc/scxx/201512/t20151227_2693076.html (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(21)  Ara pereżempju l-Art. 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt Soċjetarju taċ-Ċina jew il-Linji Gwida dwar it-tisħiħ tal-ħidma ta’ Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida maħruġin mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP fl-2020.

(22)  Ara fuq: www.cnfpia.org/about-law.html (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(23)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 5, p. 100-1.

(24)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 2, p. 26

(25)  Ara pereżempju: Blanchette, J. - Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.

(26)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 2, p. 31-2.

(27)  Disponibbli fuq: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2022).

(28)  Disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2022)

(29)  Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2022).

(30)  Ara fuq: www.arserwood.com/?CateID=10000098&ContentID=10000939 (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(31)  Rapport – Kapitoli 14.1 sa 14.3.

(32)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

(33)  Ara t-Taqsima I.1.39., kif ukoll it-Taqsima I.1.56. tal-Anness tal-Katalogu ta’ Gwida, disponibbli fuq: www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(34)  Disponibbli fuq: http://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/13/content_5673332.htm (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(35)  Ara t-Taqsima III.2. tal-pjan.

(36)  Ara fuq: www.gov.cn/xinwen/2019-02/19/content_5366730.htm (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(37)  Ara t-Taqsima 3 tal-Opinjoni Gwida.

(38)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 6, p. 138-149.

(39)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 216.

(40)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 9, p. 213-215.

(41)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 9, p. 209-211.

(42)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 13, p. 332-337.

(43)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 336.

(44)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 13, p. 337-341.

(45)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 6, p. 114-117.

(46)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.

(47)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.

(48)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(49)  Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Il-Pjan ta’ azzjoni ta’ 3 snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020-2022), disponibbli fuq: http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat il-15 ta’ Novembru 2022). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju” . Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri. Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”

(50)  Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

(51)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203

(52)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

(53)  Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:

https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fit-8 ta’ Frar 2023).

(54)  Ara: http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat it-22 ta’ Novembru 2022).

(55)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(56)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.

(57)  Talba għal rieżami ta’ skadenza, it-taqsima 4.1.1.

(58)  Ibid.

(59)   Ibid. Biex jiġi stabbilit il-valur normali mal-Indoneżja, it-talba tibbaża fuq ir-rapporti finanzjarji tal-produtturi tal-plywood tropikali, filwaqt li t-Turkija tuża d-data mir-rapporti finanzjarji tal-produtturi tal-okoumé plywood.

(60)  http://connect.ihsmarkit.com/gta/home

(61)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Elektrik-ve-Dogal-Gaz-Fiyatlari-II.-Donem:-Temmuz-Aralik-2021-45566

(62)  https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2

(63)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(64)  Iċ-ċifri pprovduti ġew ivverifikati fuq il-post u ġew rikonċiljati mal-kontijiet tal-kumpanija.

(65)  Disponibbli fuq Market Access Map, International Trade Centre, www.macmap.org (MacMap) (li deher l-aħħar fil-31 ta’ Jannar 2023)

(66)  Disponibbli fuq: https://sherlock.trade.ec.europa.eu/sherlock/viewDoc.do?activityId=101&docId=104397

(67)  https://data.tuik.gov.tr/Kategori/GetKategori?p=istihdam-issizlik-ve-ucret-108&dil=2.

(68)  https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Elektrik-ve-Dogal-Gaz-Fiyatlari-II.-Donem:-Temmuz-Aralik-2021-45566.

(69)  Disponibbli fuq: https://sherlock.trade.ec.europa.eu/sherlock/viewDoc.do?activityId=101&docId=104537

Ref: t22.006603

(70)  Talba għal rieżami ta’ skadenza tat-taqsima 5.4 u l-anness XXIII miftuħ

(71)  Talba għal Rieżami, it-Taqsima 3.2 p. 27 u l-Anness XIV Miftuħ

(72)  FAOSTAT (https://www.fao.org/faostat/en/#data/FO), il-5 ta’ Jannar 2023

(73)  Talba għal rieżami, l-anness IX.

(74)  Pjan ta’ aċċess għas-suq (https://www.macmap.org/en/query/trade-remedies), u twissija dwar il-Kummerċ Globali (https://www.globaltradealert.org/data_extraction), id-19 ta’ Settembru 2022.

(75)  Ara l-premessa (76) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/648.

(76)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.

(77)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).