Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU III - L-UGWALJANZA - Artikolu 23 - L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel
Official Journal 303 , 14/12/2007 P. 0007 - 0007
Artikolu 23 L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga. Il-prinċipju ta' ugwaljanza m'għandux jimpedixxi li jinżammu fis-seħħ jew jiġu adottati miżuri maħsuba biex jagħtu vantaġġi speċifiċi lis-sess l-anqas irrappreżentat. --------------------------------------------------