|
26.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 29/4 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10004 - EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 29/04)
1.
Fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT IX Collect EUR SCSp u EQT IX Collect USD SCSp (flimkien “EQT IX”), parti mill-grupp EQT ta’ fondi ta’ ekwità privata (“EQT”, il-Lussemburgu); |
|
— |
Zentricity Holding AB (“Zentricity”, l-Isvezja); |
|
— |
Cajelo Invest Ltd (“Cajelo”, Ċipru); kif ukoll |
|
— |
Recipharm AB (“Recipharm”, l-Isvezja). |
EQT, u CPF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Recipharm kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-14 ta’ Diċembru 2020.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal EQT: fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’kumpaniji madwar id-dinja, li fost l-oħrajn jikkontrollaw l-EQT IX, fond ta’ investiment li primarjament jinvesti fl-Ewropa, b’enfasi fuq l-Ewropa ta’ Fuq; |
|
— |
Zentricity: kumpanija ta’ investiment li tiffoka fuq l-investiment f’kumpaniji farmaċewtiċi primarjament fl-Iżvezja, li hija kkontrollata minn individwu privat Thomas Eldered, li jikkontrolla wkoll il-kumpaniji farmaċewtiċi EMPROS Pharma AB, Flerie Creations Ltd. u Flerie Invest AB; |
|
— |
Cajelo: kumpanija ta’ investiment li hija kkontrollata minn individwi privati Lars Backsell, li tikkontrolla wkoll lil Glims Marketing Ltd u Rohirrim AB, kumpanija tat-tnissil taż-żwiemel. |
|
— |
Recipharm: l-iżvilupp tal-kuntratti u l-organizzazzjoni tal-manifattura, li jipprovdu servizzi ta’ żvilupp u manifattura tal-mediċini globalment lill-industrija farmaċewtika (pereż. għal prodotti farmaċewtiċi b’doża mitmuma, ingredjenti farmaċewtiċi attivi u materjali ta’ prova klinika għall-klijenti fl-industrija farmaċewtika), kif ukoll servizzi ta’ ppakkjar u servizzi ta’ loġistika. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10004 – EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).