01968L0193 — MT — 16.02.2020 — 018.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tad- 9 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 093 17.4.1968, p. 15) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 71 |
16 |
25.3.1971 |
||
|
L 352 |
43 |
28.12.1974 |
||
|
L-EWWEL DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 77/629/KEE tat-28 ta' Settembru 1977 |
L 257 |
27 |
8.10.1977 |
|
|
L 16 |
23 |
20.1.1978 |
||
|
L 236 |
13 |
26.8.1978 |
||
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 82/331/KEE tas-6 ta’ Mejju 1982 |
L 148 |
47 |
27.5.1982 |
|
|
L 362 |
8 |
31.12.1985 |
||
|
L 118 |
23 |
7.5.1986 |
||
|
L 151 |
82 |
17.6.1988 |
||
|
L 353 |
48 |
17.12.1990 |
||
|
L 53 |
20 |
23.2.2002 |
||
|
L 165 |
23 |
3.7.2003 |
||
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1829/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Settembru 2003 |
L 268 |
1 |
18.10.2003 |
|
|
L 164 |
37 |
24.6.2005 |
||
|
L 41 |
1 |
13.2.2020 |
||
Emendata bi:
|
ATT Li jirigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati |
L 73 |
14 |
27.3.1972 |
|
|
L 291 |
17 |
19.11.1979 |
||
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tad- 9 ta’ April 1968
dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja
(68/193/KEE)
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli (minn issa’l quddiem imsejjaħ “il-materjal tal-propagazzjoni”) immarkitjat fil-Komunità.
Artikolu 2
1. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Dwieli: il-pjanti tal-ġenu Vitis (L.) maħsuba għall-produzzjoni ta’ l-għeneb jew għall-użu bħala materjal tal-propagazzjoni għal dawn il-pjanti.
Varjetà: grupp ta’ pjanti b'tassonomija botanika waħdiena tar-ringiela l-aktar baxxa magħrufa, li tista’ tiġi:
iddefinita mill-espressjoni tal-karatteristiċi li jirriżultaw minn ġenotip mogħti jew minn kombinazzjoni ta’ ġenotipi;
iddistingwita minn kull grupp ta’ pjanti oħra bl-espressjoni ta’ mill-anqas waħda mill-karatteristiċi msemmija; u
ikkunsidrata bħala entità minħabba l-abbiltà tagħha li tkun ippropagata mingħajr ma tinbidel.
Klonu: klonu huwa l-proġenju veġettativ tal-varjetà li taqbel mal-ħażna tad-dwieli magħżula minħabba l-identità varjetali tagħha, il-karatteristiċi fenotipiċi tagħha u l-istat tas-saħħa tagħha.
Il-Materjal tal-propagazzjoni
Ix-xitel tad-dwieli:
il-qatgħat bl-għeruq: biċċiet mhux imlaqqma ta’ fergħa żagħżugħa tad-dielja bl-għeruq jew fergħa żagħżugħa erbaċja, maħsuba biex jitħawlu mingħajr ma jitlaqqmu jew biex jintużaw bħala ħażna bl-għeruq;
it-tilqimiet bl-għeruq: il-biċċiet ta’ żarġun tad-dwieli jew ta' żarġun erbaċju maqgħudin permezz tat-tilqim, li l-parti ta' taħt tagħhom ikollhom l-għerq.
Il-Partijiet tax-xitel tad-dwieli
iż-żraġen tad-dwieli: iż-żraġen ta’ sena;
iż-żraġen erbaċji: iż-żraġen mhux illinjifikati;
il-qatgħat li jistgħu jitlaqqmu mill-ħażna bl-għeruq: il-biċċiet taż-żarġun tad-dielja jew iż-żarġun erbaċju maħsuba għalbiex jiffurmaw il-parti ta’ taħt l-art meta jkun qiegħed jiġi mħejji t-tilqim bl-għeruq;
il-qatgħat tat-tilqim ta' fuq: il-biċċiet taż-żarġun tad-dwieli jew taż-żarġun erbaċju maħsuba għalbiex jiffurmaw il-parti ta' ’l fuq mill-art meta jkunu qegħdin jitħejjew it-tilqimiet bl-għeruq jew meta x-xitel jitlaqqam in situ;
qatgħat mill-mixtla: il-biċċiet taż-żarġun tad-dwieli jew taż-żarġun erbaċju maħsuba għall-produzzjoni tal-qagħat bl-għeruq.
Il-Mixtliet tal-ħażna: il-mixtliet għall-produzzjoni tal-qatgħat ta’ l-għeruq għat-tilqim, il-qatgħat mill-mixtla jew il-qatgħat għat-tilqim ta' fuq.
Il-Mixtliet tal-qatgħat: il-mixtliet għall-kultivazzjoni tal-qatgħat bl-għeruq jew tat-tilqimiet bl-għeruq.
Il-Materjal inizjali tal-propagazzjoni: Il-materjal tal-propagazzjoni
li jkun ġie prodott taħt ir-responsabbiltà ta’ min ikabbar skond il-prattiċi aċċettati għaż-żamma ta’ l-identità tal-varjetà u, fejn japplika, tal-klonu u għall-prevenzjoni tal-mard,
li hu maħsub għall-produzzjoni tal-materjal bażiku tal-propagazzjoni jew tal-materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni;
li jissodisfa l-kondizzjonijiet minimi stabbiliti fl-Annessi I u II għall-materjal bażiku tal-propagazzjoni. Dawn l-Annessi jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) sabiex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet addizzjonali jew aktar strinġenti għaċ-ċertifikazzjoni tal-materjal inizjali tal-propagazzjoni;
li jkun ġie misjub b’eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq.
Il-Materjal bażiku tal-propagazzjoni: il-materjal tal-propagazzjoni
li jkun ġie prodott taħt ir-responsabbiltà ta’ min ikabbar skond il-prattiċi aċċettati għaż-żamma ta’ l-identità tal-varjetà u, fejn japplika, tal-klonu u għall-priservazzjoni tal-mard u li jiġi miksub direttament mill-propagazzjoni veġetattiva tal-materjal inizjali tal-propagazzjoni;
li hu maħsub prinċipalment għall-produzzjoni tal-materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni;
li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għall-materjal bażiku tal-propagazzjoni.
li jkun ġie misjub b’eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq.
Il-Materjal iċċertifikat: il-materjal tal-propagazzjoni
li jiġi miksub direttament mill-materjal bażiku tal-propagazzjoni jew mill-materjal inizjali tal-propagazzjoni;
li hu maħsub għal:
li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għall-materjal iċċertifikat; u
li jkun ġie misjub b’eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-Materjal standard: il-materjal tal-propagazzjoni
li għandu identità u safa varjetali;
li hu maħsub għal:
li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II għall-materjal standard; u
li jkun ġie misjub b’eżami uffiċjali li jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-Miżuri uffiċjali: il-miżuri meħuda
mill-awtoritajiet ta’ l-Istat; jew
minn kull persuna legali, kemm jekk irregolata bil-liġijiet pubbliċi jew dawk privati, li taġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Istat; jew
fil-każ ta’ l-attivitajiet anċillari li huma wkoll bla ħsara għall-kontroll ta’ l-Istat, minn kull persuna naturali li tkun ħadet il-ġurament għal dan l-għan,
sakemm il-persuni msemmija skond il-(b) u ċ-(ċ) ma’ jiksbu l-ebda gwadann privat minn dawn il-miżuri.
Il-Marketing:
il-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni lil korpi uffiċjali tat-testijiet jew ta' l-ispezzjon;
il-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni lil min jipprovdi s-servizzi għall-proċessar jew il-pakkeġġjar sakemm min jipprovdi s-servizzi ma’ jiksibx titolu fuq il-materjal tal-propagazzjoni hekk fornit.
2. L-Istati Memrbi, jistgħu, bħala miżura transitorja, wara d-dħul fis-seħħ tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex titħares din id-Direttiva, jipprovdu illi l-materjal tal-propagazzjoni li jkun ġie użat sabiex jiġu stabbiliti l-mixtliet għall-ħażna jew il-mixtliet għat-tirqid ikun ekwivalenti għall-materjal tal-propagazzjoni ċċertifikat jew iċċekkjat skond id- disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jekk qabel ma kien użat hekk kien jista' jagħti l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni jew ikkontrollat skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-materjal tal-propagazzjoni tad-dwieli ma jiġix imqiegħed fis-suq sakemm:
ikun ġie ċċertifikat uffiċjalment bħala materjal inizjali tal-propagazzjoni, materjal bażiku tal-propagazzjoni jew materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni jew, fil-każ tal-materjal tal-propagazzjoni mhux maħsub għall-użu bħala ħażniet ta’ l-għeruq, ikun materjal standard iċċekkjat uffiċjalment, u
jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, bħala miżura transitorja sa l-1 ta’ Jannar 2005, jippermettu l-marketing fit-territorju tagħhom tal-materjal standard maħsub għall-użu bħala ħażniet bl-għeruq minn pjanti ġenituri li kienu jeżistu fit-23 ta’ Frar 2002.
3. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-produtturi fuq it-territorju tagħhom stess sabiex iqiegħdu fis-suq il-kwantitajiet approprjati tal-materjal tal-propagazzjoni:
maħsuba għall-provi jew għall-għanijiet xjentifiċi;
għax-xogħol ta’ l-għażla;
maħsuba sabiex jgħinu jippreservaw id-diversità ġenetika.
Il-kondizzjonijiet li fuqhom l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu din l-awtorizzazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2).
Fil-każ tal-materjal immodifikat ġenetikament, din l-awtorizzazzjoni tista’ tiġi konċessa biss jekk ikunu ġew meħuda l-miżuri kollha approprjati sabiex jiġu evitati r-riskji lill-ambjent. Għall-istima tar-riskju ambjentali u l-kontrolli l-oħra li jridu jiġu mwettqa f’dan ir-rigward, għandu japplika l-Artikolu 5ba kif jixraq.
4. Fil-każ tal-materjal tal-propagazzjoni prodott b’metodi tat-teknika in vitro, jistgħu jiġu adottati d-disposizzjonijiet li ġejjin skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2):
id-deroga mid-disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva;
il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dan il-materjal tal-propagazzjoni;
id-deżinenzi li jistgħu jintużaw għal dan il-materjal tal-propagazzjoni;
il-kondizzjonijiet sabiex jiggarantixxu illi l-ewwel tkun ġiet ivverifikata l-awtentiċità varjetali.
5. Il-Kummissjoni filwaqt li taġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(3), tista’ teħtieġ illi, wara d-dati speċifikati, il-materjal tal-propagazzjoni għajr dak sabiex jintuża bħala ħażniet bl-għeruq ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss wara li jkun ġie ċċertifikat uffiċjalment bħala materjal inizjali tal-propagazzjoni, materjal bażiku tal-propagazzjoni jew materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni:
ġewwa l-Komunità kollha, fil-każ ta’ ċerti varjetajiet tad-dwieli li bihom jistgħu jiġu koperti l-ħtiġiet tal-Komunità, filwaqt li titiqies id-diversità ġenetika tagħhom, jekk meħtieġ fuq programm stabbilit, bil-materjal tal-propagazzjoni ċċertifikat uffiċjalment bħala materjal inizjali tal-propagazzjoni, materjal bażiku tal-propagazzjoni jew materjal iċċertifikat tal-propagazzjoni, u
fil-każ tal-materjal tal-propagazzjoni tal-varjetajiet l-oħra għajr dawk riferiti fl-(a), jekk maħsuba għall-użi fit-territorju ta’ l-Istati Membri li jkunu diġà ħtieġu, skond din id-Direttiva, illi l-materjal standard ma jistax ikun aktar immarkitjat.
Artikolu 4
L-Istati Membri jistgħu, fejn għandhom x’jaqsmu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, jimponu rekwiżiti addizzjonali jew aktar stretti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni jew il-kontroll ta’ materjal standard prodott fit-territorju tagħhom.
Din id-disposizzjoni ma għandhiex tapplika, fil-każ tat-tilqim, għall-materjal tal-propagazzjoni prodott fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz ikkonoxxut bħala ekwivalenti skond l-Artikolu 15(2).
Artikolu 5
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi katalgu tal-varjetajiet tad-dwieli aċċettati uffiċjalment għaċ-ċertifikazzjoni u għall-kontrolli bħala materjal standard tal-propagazzjoni fit-territorju tiegħu. Il-katalgu għandu jkun miftuh għall-pubbliku. Il-katalgu għandu jistabbilixxi l-karatteristiċi ewliena morfoloġiċi u fiżjoloġiċi li bihom il-varjetajiet ikunu jistgħu jingħarfu minn xulxin. Għal dawk il-varjetajiet diġà aċċettati fil-31 ta’ Diċembru 1971, tista' ssir referenza għad-deskrizzjoni mogħtija fil-pubblikazzjonijiet ampelografiċi uffiċjali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-varjetajiet u l-kloni aċċettati fil-katalgi ta’ l-Istati Membri l-oħra jiġu wkoll aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni u għall-kontroll tal-materjal standard tal-propagazzjoni fit-territorju tagħhom, mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ( 1 ), rigward ir-regoli għall-klassifika tal-varjietajiet tad-dwieli.
3. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi wkoll, jekk approprjat, lista tal-kloni aċċettati uffiċjalment għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorju tiegħu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kloni aċċettati għaċ-ċertifikazzjoni fi Stat Membru ieħor jiġu aċċettati wkoll għaċ-ċertifikazzjoni fit-territorju tagħhom.
Artikolu 5a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi ma tiġi aċċettata l-ebda varjetà għajr jekk tkun magħrufa mill-oħrajn, stabbli u unformi biżżejjed.
Artikolu 5b
1. Varjetà għandha titiqies li tkun magħrufa għaliha jekk tista' tiġi ddistingwita biċ-ċar, b’referenza għall-espressjoni tal-karatteristiċi li jirriżultaw minn ġenotip partikolari jew kombinazzjoni ta’ ġenotipi, minn kull varjetà oħra li l-eżistenza tagħha tkun materja ta’ tagħrif komuni fil-Komunità.
Varjetà għandha titqies li hija materja ta' għarfien komuni fil-Komunità jekk, fid-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tagħha, tkun jew imdaħħla fil-katalgu ta’ l-Istat Membru fil-kwistjoni jew ta’ Stat Membru ieħor jew tkun bla ħsara għal applikazzjoni għall-aċċettazzjoni fl-Istat Membru fil-kwistjoni jew fi Stat Membru ieħor, għajr jekk il-kondizzjonijiet riferiti fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu ma jibqgħux jintlaħqu fl-Istati Membri kollha interessati qabel ma tittieħed deċiżjoni rigward l-applikazzjoni għall-aċċettazzjoni tal-varjetà l-ġdida li tkun qiegħda tiġi stmata.
2. Varjetà għandha titqies li hija stabbli jekk l-espressjoni tal-karatteristiċi li jkunu inklużi fl-eżami tad-distinzjoni unika tagħha, kif ukoll f'kull wieħed ieħor użat għad-deskrizzjoni tal-varjetà, tibqa' mhux mibdula wara propagazzjoni mtennija.
3. Varjetà għandha titqies li hija uniformi jekk, bla ħsara għall-varjazzjoni li tista’ tkun mistennija mill-karatteristiċi partikolari tal-propagazzjoni tagħha, tkun uniformi biżżejjed fl-espressjoni ta’ dawk il-karatteristiċi li jkunu inklużi fl-eżami tad-distinzjoni unika tagħha, kif ukoll f'kull wieħed ieħor użata għalbiex tiddeskrivi l-varjetà.
Artikolu 5ba
1. Fil-każ ta’ varjetà mmodifikata ġenetikament fit-tifsira tal-punti 1 u 2 ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta’ l-organiżmi mmodifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva 90/220/KEE ( 2 ), il-varjetà għandha tiġi aċċettata biss jekk ikunu ttieħdu l-miżuri approprjati kollha sabiex jiġu evitati l-effetti żvantaġġużi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.
2. Rigward il-varjetajiet immodifikati ġenetikament fit-tifsira tal-paragrafu 1:
għandha tiġi mwettqa stima speċifika tar-riskju ambjentali ekwivalenti għall-istima pprovduta fid-Direttiva 2001/18/KE u skond il-prinċipji ddikjarati fl-Anness II u fuq il-bażi tat-tagħrif speċifikat fl-Anness III ta’ din id-Direttiva:
għandhom jiddaħħlu l-proċeduri maħsuba għalbiex jiżguraw l-ekwivalenza ta' l-istima speċifika tar-riskju u l-ħtiġiet l-oħra rilevanti, b’mod partikolari dawk rigward il-maniġġjar tar-riskju, l-għoti tat-tikketta u kull monitorjar meħtieġ, it-tagħrif pubbliku u l-klawżola tas-salvagward ma' dawk stabbiliti bid-Direttiva 2001/18/KE, fuq proposta mill-Kummissjoni b’Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-varjetajiet immodifikati ġenetikament għandhom jiġu aċċettati għalbiex jidħlu f’katalgu nazzjonali biss meta jkunu ġew aċċettati għall-marketing skond id-Direttiva 2001/18/KE;
L-Artikoli 13 sa 24 tad-Direttiva 2001/18/KE ma għandhomx japplikaw aktar għall-varjetajiet tad-dwieli mmodifikati ġenetikament awtorizzati skond ir-Regolament riferit fil-punt (b).
3.
Meta prodotti derivati minn materjal ta' propagazzjoni ta' dwieli huma intenzjonati li jintużaw bħala jew f'ikel li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 3 jew bħala jew f'għalf li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament ( 3 ), il-varjetà tad-dielja konċernata għandha tiġi aċċettata biss jekk tkun ġiet awtorizzata skond l-imsemmi Regolament.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li varjetà tad-dielja, li mill-materjal ta' propagazzjoni tagħha ġew derivati prodotti intenzjonati biex jintużaw f'ikel jew f'għalf skond l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-ikel ( 4 )
Artikolu 5ċ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-varjetajiet u, fejn japplikaw, il-kloni li jiġu minn Stati Membri oħra jkunu bla ħsara għall-istess ħtiġiet bħal dawk li japplikaw għall-varjetajiet domestiċi, b’ mod partikolari rigward l-aċċettazzjoni.
Artikolu 5d
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-aċċettazzjoni tal-varjetajiet tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta' l-eżamijiet uffiċjali, b'mod partikolari l-provi tat-tkabbir, li jkopru numru biżżejjed tal-karatteristiċi għall-varjetà li trid tiġi deskritta. Il-metodi użati sabiex jistabbilixxu l-karatteristiċi jridu jkunu eżatti u ta' min jafdahom.
2. Dan li ġej għandu jiġi ffissat skond il-proċedura stabbilita fl- ►M11 Artikolu 17(2) ◄ , filwaqt li jitqies it-tagħrif kurrenti xjentifiku u tekniku:
il-karatteristiċi li jridu jiġu koperti bħala minimu mill-eżamijiet,
il-ħtiġiet minimi għalbiex jitwettqu l-eżamijiet.
3. Jekk ikun magħruf illi l-materjal tal-propagazzjoni ta' varjetà mogħtija tiġi mmarkitjata f'pajjiż ieħor taħt isem differenti, dan l-isem għandu jiġi indikat fil-katalgu wkoll.
Artikkolu 5e
1. Il-varjetajiet aċċettati għandhom jiġu ċċekkjati uffiċjalment f'intervalli regolari taż-żmien. Jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet għall-aċċettazzjoni taċ-ċertifikazzjoni jew mill-kontrolli ma jibqgħux jiġu sodisfatti, l-aċċettazzjoni għandha tiġi rrevokata u l-varjetà mħassra mill-katalgu.
2. L-applikazzjonijiet kolha jew l-irtirar kollu ta’ l-applikazzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ varjetà, imdaħħla f’katalgu tal-varjetajiet u l-emendi magħmula lilhom għandhom jiġu kkomunitati minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Fuq il-bażi tan-notifiki mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippubblika katalgu komuni tal-varjetajiet.
Artikolu 5f
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-varjetajiet immodifikati ġenetikament li jkunu ġew aċċettati jiġu indikati biċ-ċar bħala ta' hekk fil-katalgi tal-varjetajiet. Għandhom jiżguraw barra minn hekk illi kull persuna li timmarkitja din il-varjetà tindika biċ-ċar fil-katalgu tal-bejgħ tad-dwieli illi l-varjetà hija mmodifikata ġenetikament u tiddikjara l-għan tal-modifika.
Artikolu 5g
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-varjetajiet u, fejn japplikaw, il-kloni aċċettati fil-katalgu jinżammu billi jintgħażlu għall-konservazzjoni.
2. Il-manutenzjoni trid dejjem tkun verifikabbli fuq il-bażi tar-reġistrazzjonijiet magħmula minn dawk responsabbli mil-manutenzjoni ta’ varjetà u, fejn japplika, ta’ klonu.
3. Jistgħu jintalbu kampjuni mingħand dawk responsabbli mill-manutenzjoni ta’ varjetà. Fejn meħtieġ, il-kampjuni jistgħu jittieħdu uffiċjalment.
4. Fejn il-manutenzjoni titwettaq fi Stat Membru ieħor għajr dak li fih tkun ġiet aċċettata l-varjetà, l-Istati Membri fil-kwistjoni għandhom jgħinu lil xulxin anmministrattivament rigward il-kontroll.
▼M1 —————
Artikolu 7
L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi, waqt it-tkabbir u matul l-irfigħ, jew it-tneħħija mid-dielja ġenitur, il-pakkeġġjar, il-ħażna u t-trasport, il-materjal tal-propagazzjoni jinżamm f’lottijiet separati u jiġi mmarkat bil-varjetà u, fejn japplika, fil-każ tal-materjali oriġinali tal-propagazzjoni, tal-materjal bażiku u tal-materjal iċċertifikat, bil-klonu.
Artikolu 8
1. L-Istati Memrbi għandhom jirrikjedu li l-materjal ta’ propagazzjoni jkun imqiegħed fis-suq biss f’lottijiet suffiċjentement omoġenji u f’pakketti ssiġillati jew lottijiet li juru, kif stabbilit fl-Artikoli 9 u 10, kull tagħmir li jissiġilla u jimmarka. L-ippakkettjar għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet tal-Anness III.
2. Bħala deroga mill-paragrafu 1 rigward il-pakkeġġjar, is-siġillar u l-għoti tal-marka, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2), id-disposizzjonijiet li japplikaw għall-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar lill-konsumaturi ta' l-aħħar u sabiex jiġu mmarkitjati d-dwieli fil-qsari, f'kontenituri kbar, jew fil-kaxxi.
Artikolu 9
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi l-pakketti u s-soror tal-materjal tal-propagazzjoni jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt is-sorveljanza uffiċjali hekk illi li ma jistgħux jiġu miftuħa mingħajr ma jagħmlu ħsara lis-siġill jew mingħajr ma t-tikketta uffiċjali riferita fl-Artikolu 10(1) jew, fil-każ tal-pakkeġġjar, il-pakkeġġjar juri sinjali ta’ tbagħbis. Sabiex ikun żgurat siġillar xieraq, il-mezz tas-siġill jrid jinkludi mill-inqas jew it-tabella uffiċjali jew is-siġill uffiċjali. Tista' tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) dwar jekk mezz speċifiku tas-siġillar jissodisfax il-ħtiġiet ta’ dan l-Artikolu. Jista' jsir iktar siġillar uffiċjalment jew taħt is-sorveljanza uffiċjali biss.
Artikolu 10
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi titwaħħal tikketta uffiċjali f’wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità li tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjoni fl-Anness IV, fuq in-naħa ta’ barra tal-pakketti u tas-soror tal-materjal tal-propagazzjoni bil-mezz li jissiġilla. Il-kulur tat-tikketta għandu jkun abjad bi strixxa vjola dijagonali għall-materjal inizjali, abjad għall-materjal bażiku, ikħal għall-materjal iċċertifikat u isfar skur għall-materjal standard.
2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-produtturi fit-territorju tagħhom sabiex jimmarkitjaw aktar minn pakkett wieħed jew sorra waħda tad-dwieli mlaqqma jew bl-għeruq bl-istess karatteristiċi, billi jużaw tikketta waħda li tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjoni fl-Anness IV. F’dawn il-każi, il-pakketti jew is-soror għandhom ikunu mwaħħla flimkien hekk illi t-twaħħil jiġi ddanneġġjat mal-firda u ma jistax jerġa' jitwaħħal. It-tikketta għandha titwaħħal permezz ta' oġġett tat-twaħħil. Ma għandu jiġi awtorizzat l-ebda siġillar mill-ġdid.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu illi kull kunsinja tal-materjal prodott fit-territorji tagħhom ikun akkumpanjat ukoll minn dokument uniformi li inter alia juri l-partikolaritajiet li ġejjin: in-natura ta’ l-oġġetti, il-varjetà u fejn japplikaw, il-klonu, il-kategorija, il-kwantità, il-kunsinjatur u r-riċevitur. Il-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti rigward dan id-dokument ta' akkumpanjament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura pprovduta skond l-Artikolu 17(3) ta’ din id-Direttiva.
4. It-tikketta uffiċjali pprovduta skond il-paragrafu 1 tista' tinkludi wkoll id-dokumenti fitosanitarji li jakkumpanjawh, ipprovduti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE ( 5 ), li tistabbilixxi grad ta’ standardizzazzjoni għall-passaporti tal-pjanti. Madankollu, il-kondizzjonijiet kollha li japplikaw għat-tikkettjar uffiċjali u l-passaporti tal-pjanti huma ddefiniti u jridu jkunu magħrufa bħala ekwivalenti.
5. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu illi t-tabelli uffiċjali jridu jibqgħu jinżammu mir-riċevitur tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli għal mill-inqas sena u jkunu magħmula disponibbli lill-awtorità uffiċjali tal-kontroll.
6. Sat-23 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport, flimkien ma' proposti, jekk approprjat, dwar il-moviment tal-materjal għall-propagazzjoni tad-dwieli u b’mod partikolari dwar l-użu tat-tikketti uffiċjali u tad-dokumenti ta' akkumpanjament introdotti mill-Istati Membri.
Artikolu 10a
Fil-każ tal-materjal tal-propagazzjoni ta’ varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kull tikketta u dokument, uffiċjali jew xorta oħra, li jiġu mwaħħla mal-lott tal-materjal jew li jakkumpanjawh skond din id-Direttiva għandhom jindikaw biċ-ċar illi l-varjetà ġiet immodifikata ġenetikament u għandhom isemmu l-organiżmi mmodifikati ġenetikament.
Artikolu 11
►M2 1. ◄ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identità tal-materjal ta’ propagazzjoni hu ppreservat, miż-żmien ta’ l-irfigħ tiegħu, jew tneħħija tiegħu mid-dwieli ġenituri sal-wasla tiegħu lill-konsumatur finali, b’kull sistema ta’ kontrolli uffiċjali stabbiliti jew approvati minnhom. Għandhom jagħmlu l-aktar arranġamenti xierqa għall-materjal ta’ propagazzjoni li tkun uffiċjalment ikkontrollata matul it-tqegħid fis-suq, ta’ l-anqas b’kampjunar iċċekkjat, fir-rigward tal-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
2. Mingħajr preġudizzju għall-moviment ħieles tal-materjal fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jiġu forniti bil-partikolaritajiet li ġejjin matul il-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni importat minn pajjiż terz:
l-ispeċi (l-isem botaniku),
il-varjetà u, fejn japplika, il-klonu; fil-każ tat-tilqimiet bl-għeruq, dan it-tagħrif għandu japplika kemm għall-ħażniet ta’ l-għeruq u kemm għall-qatgħat għat-tilqim ta' fuq,
il-kategorija;
in-natura tal-materjal tal-propagazzjoni:
il-pajjiż tal-produzzjoni u l-awtorità uffiċjali tal-kontroll;
il-post tad-dispaċċ, jekk differenti mill-pajjiż tal-produzzjoni;
l-importatur;
il-kwantità tal-materjal.
Il-manjiera li fiha jridu jiġu ppreżentati dawn il-partikolaritajiet tista’ tiġi stabbilita skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.
Artikolu 12
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-materjal tal-propagazzjoni mmarkitjat skond din id-Direttiva, jew taħt regoli obbligatorji jew bl-għażla, ma jkunux bla ħsara għal kull restrizzjonijiet ta’ marketing rigward il-karatteristiċi tiegħu, l-arranġamenti għall-eżami, l-għoti tal-marki u s-siġillar għajr dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
Artikolu 12a
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi materjal tal-propagazzjoni tal-varjetajiet tad-dwieli u, fejn japplika, il-klonu, li jkunu ġew aċċettati uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri għaċ-ċertifikazzjoni u għall-kontroll bħala materjal standard tal-propagazzjoni skond din id-Direttiva, u mhux bla ħsara għal kull restrizzjoni ta’ marketing fit-territorju tagħhom ibbażata fuq il-varjetà, u fejn japplika, fuq il-klonu, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru. 1493/1999.
Artikolu 13
L-Istati Membri għandhom jipprovdu li materjal ta’ propagazzjoni li hu miksub direttament minn materjal bażiku ċċertifikat fi Stat Membru wieħed u mkabbar fi Stat Membru ieħor jista’ jkun iċċertifikat fl-Istat li pproduċa l-materjal bażiku jekk il-materjal ta’ propagazzjoni għadda minn spezzjoni fil-kamp li ssodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I u jekk eżaminazzjoni uffiċjali wriet li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II huma sodisfatti.
Artikolu 14
1. Sabiex tiġi eliminata kull diffikultà temporanja fil-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni fil-Komunità li ma jistgħux jiġu miksuba b’mod ieħor, tista' tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2) illi l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw, għal perjodu speċifikat taż-żmien, il-marketing fit-territorju kollu tal-Komunità ta’ dik il-kwantità tal-materjal tal-propagazzjoni ta’ kategorija li tissodisfa l-ħtiġiet anqas strinġenti li jkun hemm bżonn għalbiex jingħelbu d-diffikultajiet.
2. Għal kull kategorija ta’ materjal ta’ propogazzjoni ta’ kull varjetà mogħtija, il-kulur tat-tikketta għandu jkun dak li għalih hemm provdut fil-kategorija li tikkorrispondi, f’kull każ ieħor din għandha tkun kannella. It-tikketta għandha dejjem tiddikjara li l-materjal ta’ propagazzjoni in kwistjoni hu ta’ kull kategorija li jissodisfaw rekwiżiti anqas stretti.
3. Ir-regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati skond il-proċedura elenkata fl- ►M11 Artikolu 17(2) ◄ .
Artikolu 14a
Bl-għan li jiġu mfittxija alternattivi aħjar għal ċerti disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jista’ jiġi deċiż, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(3), li jkunu organizzati esperimenti temporanji b'kondizzjonijiet speċifiċi fil-livell Komunitarju.
Artikolu 15
1. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal materjal ta’ propagazzjoni muri li hu maħsub għall-esportazzjoni għal pajjiżi terzi;
2.
Fuq proposta tal-Kummissjoni l-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata, għandu jistabbilixxi jekk materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli prodott f’pajjiżi terzi joffrix, rigward il-kondizzjonijiet ta’ l-aċċettazzjoni tiegħu u l-miżuri meħuda sabiex tkun żgurata l-produzzjoni tiegħu bil-ħsieb tal-marketing tiegħu, l-istess garanziji bħall-materjal prodott fil-Komunità u jissodisfax il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
Barra minn hekk, il-Kunsill għandu jistabbilixxi t-tipi tal-materjal u l-kategoriji tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli li jistgħu jiġu ammessi għall-marketing fit-territorju tal-Komunità skond il-punt (a).
Sakemm il-Kunsill ikun ħa deċiżjoni skond il-punt (a) u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ l-organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità ( 6 ), l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17(2). Meta jagħmlu dan, għandhom jew jiżguraw illi l-materjal li jrid jiġi importat joffri l-garanziji ekwivalenti f’kull rigward għal dawk offruti mill-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli prodott fil-Komunità skond din id-Direttiva. Dan il-materjal importat għandu jkun akkumpanjat b’mod partikolari minn dokument li jiddikara l-partikolaritajiet stabbiliti fl-Artikolu 11(2).
L-Artikolu 16
1. Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità għandhom jitwettqu fi ħdan il-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni ta’ żerriegħa tax-xtieli tal-magħlef imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli u li jittieħdu matul it-teħid ta’ kampjuni. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:
2. Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ ħruġ ta’ ċertifikati u biex jiċċekkjaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li magħhom iż-żerriegħa għandha tkun konformi.
3. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17, għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 17 dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru t-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli.
4. Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet u provi previsti fil-paragrafi 1 u 2.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mgħandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-budget.
5. It-testijiet u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.
6. It-testijiet u l-provi previsti fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jsiru biss mill-awtoritjiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.
Artikolu 16a
Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva rigward il-materji li jinsabu fid-disposizzjonijiet riferiti hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura maniġerjali sabbilita fl-Artikolu 17(2):
Artikolu 16b
Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva rigward il-materji li jinsabu fid-disposizzjonijiet riferiti hawn taħt għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 17(3):
Artikolu 17
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrtikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija (minn issa 'l quddiem referit bħala il-Kumitat).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ l-implimentazzjoni tal-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni ( 7 ).
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandu jiġi stabbilit għal xahar.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.
4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu tal-proċedura.
Artikolu 17a
Kull emenda li trid issir lill-Annessi għall-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku jew tal-metodi tat-teknika għandha tiġi deċiża skond il-proċedura stabbilita fl- ►M11 Artikolu 17(2) ◄ .
Artikolu 18
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ liġijiet nazzjonali ġġustifikati fuq raġunijiet tas-saħħa u l-ħajja ta’ nies, annimali jew pjanti jew il-ħarsien tal-proprjetà industrija u kummerċjali.
Artikolu 18a
Skond il-proċedura stabbilita fl- ►M11 Artikolu 17(2) ◄ , Stat Membru jista’, jekk hekk jitlob, jiġi meħlus totalment jew parzjalment mill-obbligu li japplika din id-Direttiva bl-eċċezzjoni, madankollu, ta’ l-Artikoli 12(1) u 12a, safejn u sakemm it-tkabbir tad-dwieli u l-marketing tal-materjal tal-propagazzjoni jkunu ta’ importanza ekonomika minima fit- territorju tiegħu.
Artikolu 18b
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 ( 8 ) tas-27 ta' Frar 1968 dwar kif tiġi stabbilita l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u l-pjanti, il-basal, l-għeruq u bħal dawn, il-fjuri maqtugħa u l-weraq ornamentali.
Artikolu 19
L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1969, idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni dwar dan.
The Federal Republic of Germany is hereby authorized to comply, in respect of the territory of the former German Democratic Republic, with Article 3 (1) at a date later than that referred to above, but not later than 1 January 1995.
The Federal Republic of Germany shall ensure that the material in respect of which it applies this authorization is not introduced into parts of the Community other than the territory of the former German Democratic Republic unless it is established that the provisions of this Directive are complied with.
Artikolu 20
Id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
KUNDIZZJONIJIET RELATATI MAL-UĊUH TAR-RABA’ LI QED JIKBRU
Taqsima 1: Identità, purità u kundizzjonijiet kulturali
1. Il-wiċċ tar-raba’ li jkun qed jikber għandu jkollu identità u purità varjetali u, jekk jenħtieġ, klonali.
2. Il-kundizzjonijiet tat-tkattir u l-livell tal-iżvilupp tal-prodotti li jkunu qed jikbru għandhom ikunu tali li jippermettu biżżejjed verifiki tal-identità u l-purità tal-uċuħ tar-raba’ li jkunu qed jikbru fir-rigward tal-varjetà u, jekk meħtieġ, il-klonu, kif ukoll l-istat sanitarju tagħhom.
Taqsima 2: Rekwiżiti dwar is-saħħa għal mixtliet tal-ħażna maħsub għall-produzzjoni tal-kategoriji kollha ta’ materjal ta’ propagazzjoni, u għal mixtliet tal-qatgħat tal-kategoriji kollha
1. Din it-Taqsima għandha tapplika għall-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ kull kategorija ta’ materjal ta’ propagazzjoni, u għall-mixtliet tal-qatgħat ta’ dawk il-kategoriji kollha.
2. Waqt spezzjoni viżwali, il-mixtliet tal-ħażna u l-mixtliet tal-qatgħat għandhom jinstabu ħielsa mill-pesti regolati mhux ta’ kwarantina (RNQPs) elenkati fit-Taqsimiet 6 u 7, fir-rigward tal-ġeneri u tal-ispeċi kkonċernati.
Għandhom jittieħdu kampjuni mill-mixtliet tal-ħażna u mill-mixtliet tal-qatgħat u jiġu ttestjati għall-RNQPs elenkati fit-Taqsima 7, fir-rigward tal-ġeneru jew tal-ispeċi kkonċernati. F’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fit-Taqsimiet 6 u 7 fir-rigward tal-ġeneru jew l-ispeċi kkonċernati għandhom jittieħdu l-kampjuni mill-mixtliet tal-ħażna u mill-mixtliet tal-qatgħat u għandhom jiġu ttestjati.
3. L-ispezzjonijiet viżwali u, fejn xieraq, l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-mixtliet tal-ħażna u tal-mixtliet tal-qatgħat kkonċernati għandhom jitwettqu skont it-Taqsima 8.
4. Kif previst fil-punt 2, l-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom isiru fl-iktar perjodu xieraq tas-sena, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-kundizzjonijiet tat-tkabbir tad-dielja, kif ukoll il-bijoloġija tal-RNQPs rilevanti għal dik il-dielja.
Fir-rigward tal-ikkampjunar u tal-ittestjar, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli tal-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO), jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti internazzjonalment. F’każ li dawn il-protokolli ma jeżistux, għandhom jiġu applikati l-protokolli rilevanti stabbiliti fil-livell nazzjonali. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, iqiegħdu lil dawk il-protokolli għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni.
Fir-rigward tal-ikkampjunar u l-ittestjar tad-dwieli fil-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni inizjali, l-Istati Membri għandhom japplikaw indiċjar bijoloġiku fuq il-pjanti indikaturi biex jivvalutaw il-preżenza ta’ viruses, virojdi, mard li jixbaħ virus u fitoplażmi, jew protokolli ekwivalenti oħra li huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali.
Taqsima 3: Rekwiżiti għall-ħamrija u l-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni għall-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-materjal ta’ propagazzjoni, u għall-mixtliet tal-qatgħat ta’ kull kategorija tal-materjal ta’ propagazzjoni
1. Id-dwieli f’mixtliet tal-ħażna u mixtliet tal-qatgħat jistgħu jitħawlu fil-ħamrija biss jew, fejn xieraq, fi qsari f’materjal għat-tkabbir, ħielsa minn kull pest li jista’ jospita l-viruses elenkati fit-Taqsima 7. Il-ħelsien minn dawn il-pesti għandu jiġi stabbilit permezz tal-ikkampjunar u tal-ittestjar.
L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jitwettqu billi jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi u l-bijoloġija tal-pesti li jistgħu jospitaw il-viruses elenkati fit-Taqsima 7.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ kontroll jikkonkludu, abbażi ta’ spezzjoni, li l-ħamrija tkun ħielsa minn kull pest li jista’ jospita l-viruses elenkati fit-Taqsima 7 ma għandhomx jittieħdu kampjuni jew isiru testijiet.
Meta d-dwieli ma jkunux tkabbru fil-ħamrija tal-produzzjoni għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin, u meta ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-assenza f’dik il-ħamrija ta’ pesti li jistgħu jospitaw il-viruses elenkati fit-Taqsima 7, ukoll ma għandhomx jitwettqu l-ikkampjunar u l-ittestjar.
3. Fir-rigward tal-ikkampjunar u tal-ittestjar, l-Istati Membri għandhom japplikaw protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti internazzjonalment. F’każ li dawn il-protokolli ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-protokolli rilevanti stabbiliti fil-livell nazzjonali. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, iqiegħdu lil dawk il-protokolli għad-disponibbiltà tal-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni.
Taqsima 4: Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
1. Il-mixtliet tal-ħażna u l-mixtliet tal-qatgħat għandhom jiġu stabbiliti b’kundizzjonijiet xierqa sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ kontaminazzjoni minn pesti li jistgħu jospitaw il-zviruses elenkati fit-Taqsima 7.
2. Il-mixtliet tal-qatgħat ma għandhomx jiġu stabbiliti ġewwa vinja jew mixtla tal-ħażna. Id-distanza minima minn vinja jew mixtla tal-ħażna għandha tkun ta’ tliet metri.
3. Minbarra r-rekwiżiti tas-saħħa u tal-ħamrija, u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tat-Taqsimiet 2 u 3, il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jiġi prodott skont ir-rekwiżiti għas-sit ta’ produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni, jew iż-żona, kif stabbilit fit-Taqsima 8, biex tiġi limitata l-preżenza tal-pesti elenkati f’dik it-Taqsima.
Taqsima 5: Spezzjonijiet uffiċjali
1. Il-materjal tal-propagazzjoni prodott f’mixtliet tal-ħażna u f’mixtliet tal-qatgħat għandu jinstab li jkun konformi mar-rekwiżiti tat-Taqsimiet 2 sa 4 permezz ta’ spezzjonijiet annwali ta’ uċuħ tar-raba’ uffiċjali.
2. Dawk l-ispezzjonijiet uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtorità uffiċjali tal-kontroll f’konformità mat-Taqsima 8.
3. Għandhom isiru spezzjonijiet uffiċjali addizzjonali tal-uċuħ tar-raba’ f’każijiet ta’ tilwim dwar kwistjonijiet li jistgħu jiġu deċiżi mingħajr preġudizzju għall-kwalità tal-materjal ta’ propagazzjoni.
Taqsima 6: Lista ta’ RNQPs li biex tiġi vverifikata l-preżenza tagħhom skont il-punt 2 tat-Taqsima 2 jeħtieġ li ssir spezzjoni viżwali u, f’każ ta’ suspett, jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.
|
Ġeneru jew speċi tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli għajr iż-żrieragħ |
RNQPs |
|
|
Insetti u akari |
|
Vitis vinifera L. mhux imlaqqma |
Viteus vitifoliae Fitch [VITEVI] |
|
|
Insetti u akari |
|
Vitis L. għajr Vitis vinifera mhux imlaqqma. |
Viteus vitifoliae Fitch [VITEVI] |
|
|
Batterji |
|
Vitis L. |
Xylophilus ampelinus Willems et al. [XANTAM] |
|
|
Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi |
|
Vitis L. |
Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al. [PHYPSO] |
Taqsima 7: Lista ta’ RNQPs li biex tiġi vverifikata l-preżenza tagħhom skont il-punt 2 tat-Taqsima 2 u tat-Taqsima 8 jeħtieġ li ssir spezzjoni viżwali u, f’każ ta’ suspett, jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet.
|
Generu jew speċi |
RNQPs |
|
|
Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi |
|
Materjal ta’ propagazzjoni ta’ Vitis L. għajr iż-żrieragħ |
Il-virusArabis mosaic[ARMV00] Il-virus tad-dwieli fanleaf [GFLV00] Il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 [GLRAV1] Il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3 [GLRAV3] |
|
|
Viruses, virojdi, mard li jixbaħ il-viruses u fitoplażmi |
|
Is-salvaġġ tal-Vitis spp. u l-ibridi tiegħu, għajr il-Vitis vinifera |
Il-virusArabis mosaic [ARMV00] Il-virus tad-dwieli fanleaf [GFLV00] Il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 [GLRAV1] Il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3 [GLRAV3] Il-virus tad-dwieli fleck [GFKV00] |
Taqsima 8: Rekwiżiti li jikkonċernaw il-miżuri għall-mixtliet tal-ħażna tal-Vitis L. u, meta applikabbli, għall-mixtliet tal-qatgħat għal kull kategorija, skont il-punt 2 tat-Taqsima 2.
Vitis L.
1. Materjal inizjali tal-propagazzjoni , materjal bażiku tal-propagazzjoni u materjal iċċertifikat
Spezzjonijiet viżwali
L-awtorità uffiċjali tal-kontroll għandha twettaq spezzjonijiet viżwali fuq il-mixtliet tal-ħażna u l-mixtliet tal-qatgħat tal-inqas darba kull staġun ta’ tkabbir għall-RNQPs kollha elenkati fit-Taqsimiet 6 u 7.
2. Materjal tal-propagazzjoni inizjali
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Id-dwieli kollha fil-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal inizjali ta’ propagazzjoni għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-preżenza tal-virus Arabis mosaic, il-virus tad-dwieli fanleaf, il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1, u l-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3. L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jerġgħu jiġu ripetuti kull ħames snin.
Il-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni tas-salvaġġ, minbarra l-ikkampjunar u l-ittestjar tal-viruses imsemmija fl-ewwel inċiż, se jiġu kkampjunati u ttestjati darba għall-preżenza tal-virus tad-dwieli fleck.
Ir-riżultati tal-ikkampjunar u tal-ittestjar għandhom ikunu disponibbli qabel ma jiġu aċċettati l-mixtliet tal-ħażna kkonċernati.
3. Materjal bażiku tal-propagazzjoni
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Id-dwieli kollha fil-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati fir-rigward tal-preżenza tal-virus Arabis mosaic, tal-virus tad-dwieli fanleaf, tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3.
L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jerġgħu jiġu ripetuti kull sitt snin.
Ir-riżultati tal-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom ikunu disponibbli qabel ma jiġu aċċettati l-mixtliet tal-ħażna kkonċernati.
4. Materjal iċċertifikat
L-ikkampjunar u l-ittestjar
Fil-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal iċċertifikat għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tad-dwieli għall-preżenza tal-virus Arabis mosaic, tal-virus tad-dwieli fanleaf, tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3.
L-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom jibdew minn meta l-mixtliet tal-ħażna jkollhom għaxar snin u jerġgħu jiġu ripetuti kull għaxar snin.
Ir-riżultati tal-ikkampjunar u l-ittestjar għandhom ikunu disponibbli qabel ma jiġu aċċettati l-mixtliet tal-ħażna kkonċernati.
5. Materjal inizjali tal-propagazzjoni, materjal bażiku tal-propagazzjoni u materjal iċċertifikat
Ir-rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona (tal-produzzjoni?) u skont l-RNQPs ikkonċernati
Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.
Id-dwieli għandhom jiġu prodotti f’żoni li huma magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.; jew
l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al. ma jkun ġie osservat fuq id-dwieli fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir; jew
il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-preżenza ta’ Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.:
Xylophilus ampelinus Willems et al.
Id-dwieli għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Xylophilus ampelinus Willems et al.; jew
ma jkunux ġew osservati sintomi ta’ Xylophilus ampelinus Willems et al. fuq id-dwieli fis-sit tal-produzzjoni fl-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir; jew
il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-preżenza ta’ Xylophilus ampelinus Willems et al.:
Il-virus Arabis mosaic, il-virus tad-dwieli fanleaf, il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u l-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3
Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-preżenza tal-virus Arabis mosaic, tal-virus tad-dwieli fanleaf, tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3:
id-dwieli kollha fil-mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni inizjali, u l-materjal tal-propagazzjoni inizjali għandu jinżamm f’faċilitajiet protetti mill-insetti biex ikun żgurat il-ħelsien mill-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u mill-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3.
Viteus vitifoliae Fitch
Id-dwieli għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Viteus vitifoliae Fitch, jew
id-dwieli għandhom jitlaqqmu fuq is-salvaġġ reżistenti għall-Viteus vitifoliae Fitch, jew
6. Materjal standard
Spezzjonijiet viżwali
L-awtorità uffiċjali tal-kontroll għandha twettaq spezzjonijiet viżwali fuq mixtliet tal-ħażna u mixtliet tal-qatgħat tal-inqas darba kull staġun ta’ tkabbir għall-RNQPs kollha elenkati fit-Taqsimiet 6 u 7.
Ir-rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post tal-produzzjoni jew għaż-żona u skont l-RNQPs ikkonċernati
Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.
Id-dwieli għandhom jiġu prodotti f’żoni li huma magħrufa li huma ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al.; jew
ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta’ Candidatus Phytoplasma solani Quaglino et al. fuq id-dwieli fis-sit tal-produzzjoni matul l-aħħar staġun sħiħ tat-tkabbir; jew
Xylophilus ampelinus Willems et al.
Id-dwieli għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill- Xylophilus ampelinus Willems et al.; jew
ma jkun ġie osservat l-ebda sintomu ta’ Xylophilus ampelinus Willems et al. fuq id-dwieli fis-sit tal-produzzjoni fl-aħħar staġun sħiħ ta’ tkabbir; jew
il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-preżenza ta’ Xylophilus ampelinus Willems et al.:
Il-virus Arabis mosaic, il-virus tad-dwieli fanleaf, il-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u l-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3
Is-sintomi tal-viruses kollha (tal-virus Arabis mosaic, tal-virus tad-dwieli fanleaf, tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 1 u tal-virus assoċjat mal-leafroll tad-dielja 3) jkunu ġew osservati fuq mhux aktar minn 10 % tad-dwieli f’mixtliet tal-ħażna maħsuba għall-produzzjoni ta’ materjal standard u dawk id-dwieli jkunu ġew eliminati mill-propagazzjoni.
Viteus vitifoliae Fitch
Id-dwieli għandhom jiġu prodotti f’żoni magħrufa li huma ħielsa mill-Viteus vitifoliae Fitch, jew
id-dwieli għandhom jitlaqqmu fuq is-salvaġġ reżistenti għall-Viteus vitifoliae Fitch, jew:
fil-każ li materjal ta’ propagazzjoni li huwa maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni juri sintomi ta’ Viteus vitifoliae Fitch, il-lott sħiħ ta’ dak il-materjal għandu jkun soġġett għall-fumigazzjoni, għat-trattament bl-ilma sħun, jew għal trattament xieraq ieħor f’konformità mal-protokolli tal-EPPO, jew protokolli oħra li huma rikonoxxuti fuq livell internazzjonali biex ikun żgurat li jkun ħieles mill-Viteus vitifoliae Fitch.
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET RELATATI MAL-MATERJAL TA’ PROPAGAZZJONI
I. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jkollu identità u purità varjetali, u jekk meħtieġ purità klonali; hija aċċettata tolleranza ta’ 1 % fiż-żmien meta l-materjal standard jitqiegħed fis-suq.
2. Il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jkollu purità teknika minima ta’ 96 %.
Dawn li ġejjin huma meqjusa impuritajiet tekniċi:
materjal ta’ propagazzjoni mnixxef għal kollox jew parzjalment, ukoll wara li jkun tqiegħed fl-ilma wara t-tnixxif;
materjal ta’ propagazzjoni li jkun fih ħsara, tgħawwiġ jew ferita b’mod partikolari meta jkun fih ħsara kaġunata mis-silġ jew ġlata jew meta mgħaffeġ jew imkisser;
materjal li ma jilħaqx il-kundizzjonijiet taħt il-punt III hawn taħt.
3. Rimi żgħar tad-dwieli għandhom ikunu laħqu stat suffiċjenti ta’ maturità ta’ l-injam.
4. Il-materjal tal-propagazzjoni għandu jkun prattikament ħieles minn kull pest li jnaqqas l-utilità u l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni.
Il-materjal tal-propagazzjoni għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni u l-pesti ta’ kwarantina f’żona protetta previsti fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2016/2031, u mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament.
II. KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI
1. Tilqim bl-għeruq
It-tilqim bl-għeruq li jikkonsisti f’għaqda ta’ l-istess kategorija ta’ materjal ta’ riproduzzjoni għandhom jiġu klassifikati f’dik il-kategorija.
It-tilqim bl-għeruq li jikkonsisti f’għaqda ta’ kategoriji differenti ta’ materjal ta’ riproduzzjoni għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija aktar baxxa ta’ l-elementi li huma komposti minnhom.
2. Deroga temporanja
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-punt 1 sal-31 ta’ Lulju 2010, fir-rigward ta’ tilqim bl-għeruq li jikkonsisti minn materjal ta’ propagazzjoni inizjali. Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li ma japplikawx il-punt 1, għandhom minflok japplikaw ir-regola li ġejja:
Tilqim bl-għeruq li jikkonsisti min materjal ta’ propagazzjoni inizjali mlaqqam ma’ materjal ta’ propagazzjoni bażiku għandu jiġi kklassifikat bħala materjal ta’ propagazzjoni inizjali.
III. KLASSIFIKAZZJONI
1. Żraġen tas-slavaġġ li jistgħu jitlaqqmu, żraġen prodotti fil-mixtliet, u żraġen mill-parti mlaqqma
Dijametru
Dan jikkonċerna l-akbar dijametru tat-taqsima. Dan l-istandard ma jgħoddx għal żraġen li għadhom iħaddru.
Żraġen tas-salvaġġli jistgħu jitlaqqmu u żraġen mill-parti mlaqqma:
dijametru ta’ fuq: 6.5 sa 12 mm;
dijametru massimu tat-tarf: 15 mm, ħlief jekk dan jinvolvi żraġen mill-parti mlaqqma għat-tilqim in situ.
Żraġen prodotti mill-mixtliet:
2. Żraġen bl-għeruq
A. Dijametru
Id-dijametru mkejjel fin-nofs ta’ żewġ għekiesi (internode), taħt ir-rimi l-ġdid u tul l-itwal assi, għandu jkun għall-inqas ugwali għal 5 mm. Dan l-istandard ma jgħoddx għal żraġen bl-għeruq mnissla mill-materjal ta’ propagazzjoni li għadu jħaddar.
B. Tul
It-tul mill-punt l-aktar baxx minn fejn joħorġu l-għeruq sal-bażi tar-rimi l-ġdid m’għandux ikun inqas minn:
30 ċm għal żraġen bl-għeruq, maħsuba għat-tilqim; iżda, għal żraġen bl-għeruq maħsuba għal Sqallija, dan it-tul għandu jkun 20 ċm;
20 ċm għal żraġen bl-għeruq oħrajn.
Dan l-istandard ma jgħoddx għal żraġen bl-għeruq mnissla mill-materjal ta’ propagazzjoni li għadu jħaddar.
C. Għeruq
Kull pjanta għandha jkollha mill-inqas tliet għeruq żviluppati tajjeb u b’biżżejjed spazju bejniethom. Iżda l-varjetà 420 A jista’ jkollha żewġt għeruq żviluppati tajjeb, kemm-il darba huma fuq naħat opposti.
D. Qtugħ taz-zokk tat-taħwil
Il-qatgħa għandha tkun saret f’distanza biżżejjed ‘l isfel taħt id-dijaframma sabiex ma ssirilhiex ħsara iżda mhux aktar minn ċentimetru taħtha.
3. Tilqim bl-għeruq
A. TUL
Iz-zokk għandu jkun twil mill-inqas 20 ċm.
Dan l-istandard ma jgħoddx għat-tilqim bl-għeruq imnissel minn materjal ta’ propagazzjoni eli għadu jħaddar.
B. Għeruq
Kull pjanta għandu jkollha għall-inqas tliet għeruq żviluppati tajjeb u b’biżżejjed spazju bejniethom. Iżda l-varjetà 420 A jista’ jkollha biss żewġt għeruq żviluppati tajjeb, kemm-il darba huma fuq naħat opposti.
C. Tilqima
Kull pjanta għandu jkollha tilqima xierqa, normali u li tkun weħlet sewwa.
D. Għarqub
Il-qatgħa għandha tkun sar f’distanza biżżejjed ‘l isfeltaħt id-dijaframma sabiex ma ssirilhiex ħsara iżda mhux aktar minn ċentimetru taħtha.
ANNESS III
IPPAKKJAR
Kompożizzjoni tal-pakketti jew qabdiet
|
1 – Tip |
2 – Numru ta’ individwi |
3 – Kwantità massima |
|
1. Tilqim bl-għeruq |
25, 50, 100, jew multipli ta’ 100 |
500 |
|
2. Żraġen bl-għeruq |
50, 100, jew multipli ta’ 100 |
500 |
|
3. Żraġen mill-parti mlaqqma |
|
|
|
– b’ mill-inqas ħames għajnejn li jistgħu jintużaw |
100, or 200 |
200 |
|
– b’għajn waħda li tista’ tintuża |
500, jew multipli ta’ 500 |
5 000 |
|
4. Żraġen tas-salvaġġ li jistgħu jitlaqqmu |
100, jew multipli ta’ 100 |
1 000 |
|
5. Żraġen prodotti fil-mixtliet |
100, jew multipli ta’ 100 |
500 |
KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI
I. Kwantitajiet żgħar
Fejn meħtieġ, id-daqs (numru ta’ individwi) ta’ pakketti u qatet tat-tipi u l-kategoriji kollha tal-materjal ta’ propagazzjoni elenkat fil-kolonna 1 hawn fuq jista’ jkun iżgħar mill-kwantitajiet minimi indikati fil-kolonna 2 hawn fuq.
II. Il-pjanti tad-dwieli bl-għeruq fi kwalunkwe substrat fil-qsari, ċestuni u kaxxi
In-numru ta’ individwi u l-kwantità massima ma jgħoddux.
ANNESS IV
IMMARKAR
A. TIKKETTA
I. Informazzjoni meħtieġa
1. Standard tal-KE;
2. Pajjiż tal-produzzjoni;
3. Awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni jew kontrollu l-Istat Membru jew l-inizzjali tagħhom;
4. Isem u indirizz tal-persuna responsabbli mill-issiġillar jew in-numru ta’ l-identifikazzjoni tagħha;
5. Speċi;
6. Tip ta’ materjal
7. Kategorija;
8. Varjetà u, fejn xieraq, il-clone. Għat-tilqim bl-għeruq din l-indikazzjoni tgħodd għas-salvaġġ u għall-parti mlaqqma ta’ fuq.
9. Numru ta’ riferenza tal-lott;
10. Kwantità;
11. Tul – Għal żraġen tas-salvaġġ li jistgħu jiġu mlaqqma: dan jinvolvi it-tul taż-żraġen tal-lott in kwistjoni;
12. Sena tal-ħsad.
II. Kundizzjonijiet minimi
It-tikketta għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:
it-tikketta għandha tkun stampata b’mod li ma tkunx tista’ titħassar u li tkun tista’ tinqara sew;
it-tikketta għandha titwaħħal f’post li jagħti fil-għajn b’tali mod li tkun viżibbli b’mod faċli, tinqara b’mod ċar u li ma jitħassarx;
l-informazzjoni stabbilita fil-punt A.I. m’għandhiex tkun mistoħbija, oskurata jew interrotta minn materjal ieħor miktub jew impinġi;
l-informazzjoni stabbilita fil-punt A.I. għandha tidher fl-istess format.
III. Deroga fir-rigward ta’ kwantitajiet żgħar destinati għall-kosumatur aħħari
1. Iktar minn unit wieħed
L-informazzjoni meħtieġa għat-tikketta taħt il-punt 1.10 għandha tgħid: “Numru eżatt ta’ unitajiet għal kull pakkett jew qatet”
2. Unit wieħed biss
L-informazzjoni li ġejja stabbilita fil-punt A.I. mhix meħtieġa:
IV. Deroga rigward id-dwieli fil-qsari, ċestuni jew kaxex
Fil-każ ta’ pjanti tad-dwieli bl-għeruq jistgħux jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-isiġġillar (inkluż tikkettjar) minħabba l-kompożizzjoni tiegħu:
il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jinżamm f’lottijiet separati identifikati b’mod xieraq għal kull varjetà u fejn xieraq għal kull klonu u għal kull numru ta’ individwi;
it-tabella uffiċjali mhux obbligatorja;
il-materjal ta’ propagazzjoni għandu jiġi akkumpanjat mid-dokument li jakkumpanja l-konsenja kif stabbilit taħt il-punt B.
B. DOKUMENT LI JINTBAGĦAT FLIMKIEN MAL-KONSENJA
I. Kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu
Meta l-Istati Membri jeħtieġu li għandu jiġi konsenjat dokument mal-konsenja, id-dokument:
għandu jiġi konsenjat f’għall-inqas żewġ kopji (min qed jibgħat u min qed jirċievi);
għandu (kopja ta’ min qed jirċeivi) jakkumpanja l-konsenja mill-post ta’ min qed jibgħat sal-post ta’ min qed jirċeivi;
għandu jindika l-informazzjoni kollha stipulata taħt il-punt II li ġej dwar il-lottijiet individwali tal-konsenja;
għandu jiġi preservat għall-inqas għal sena u jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-awtorità uffiċjali tal-kontroll.
II. Lista ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża
1. Standard tal-KE;
2. Pajjiż tal-produzzjoni;
3. Awtorità responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni jew kontroll u l-Istat Membru jew l-inizzjali tagħhom;
4. Numru progressiv;
5. Min qed jikkonsenja (indirizz, numru tar-reġistrazzjoni);
6. Min qed jirċievi (indirizz);
7. Speċi;
8. Tip/i tal-materjal;
9. Kategorija/i;
10. Varjetà(jiet) u fejn xieraq, il-klonu/i. Għat-tilqim bl-għeruq din l-indikazzjoni tgħodd għas-salvaġġ u parti mlaqqma ta’ fuq; -riżomi u t-tilqima ta’ fuq;
11. Numru ta’ indvidwi għal kull lott;
12. Numru totali tal-lottijiet;
13. Data tal-konsenja.
( 1 ) ĠU L 179, tas-17.7.1999, p. 1.
( 2 ) ĠU L 106, tas-17.4.2001, p. 1.
( 3 ) ĠU L 268, tat-18.10.2003, pġ. 1.
( 4 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, pġ. 1.
( 5 ) ĠU L 4, tat-8.1.1993, p. 22.
( 6 ) ĠU L 169, ta' l-10.7.2000, p. 1.
( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 8 ) ĠU Nru L 55, 2.3.1968, p. 1