|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1873 |
5.7.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1873
tal-24 ta’ Ġunju 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-emendar tal-Anness II tal-Ftehim u tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 (2). |
|
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 (3) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 12(3) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jadotta deċiżjonijiet li jkunu vinkolanti fuq il-Partijiet mad-dħul fis-seħħ tagħhom. |
|
(4) |
L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi tal-Ftehim. |
|
(5) |
L-Artikolu 3(6) u (7) jipprevedi li l-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament isiru effettivi meta jiġu adottati b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Permezz tad-Deċiżjonijiet tagħha Nru 1/2020 (4) u 2/2020 (5), il-Kumitat Konġunt adotta l-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament, rispettivament. |
|
(6) |
Jixraq li jiġi emendat l-Anness II tal-Ftehim biex jirrifletti l-evoluzzjoni tal-kollegament tar-reġistri bejn is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u s-sistema tal-Iżvizzera għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u biex jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet tal-Anness II fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament mal-Anness II, jenħtieġ li dawk id-dokumenti wkoll jiġu emendati. |
|
(7) |
Il-Kumitat Konġunt, matul is-seba’ laqgħa tiegħu, jew aktar kmieni permezz tal-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt (6), se jadotta Deċiżjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness II tal-Ftehim u l-emenda tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament. |
|
(8) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-emendar tal-Anness II tal-Ftehim u tal-emendar tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni u tal-Istandards Tekniċi tal-Kollegament, billi d-Deċiżjoni se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni. |
|
(9) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għaldaqstant jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni matul is-seba’ laqgħa tal-Kumitat Konġunt, jew qabel permezz tal-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 8(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Konġunt, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 tal-10 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 322, 7.12.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2020 dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni (COP) [2021/1033] (ĠU L 226, 25.6.2021, p. 2).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim u l-adozzjoni tal-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) [2021/1034] (ĠU L 226, 25.6.2021, p. 16).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tagħhom tal-25 ta’ Jannar 2019 fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1279 tat-18 ta’ Settembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 239, 24.9.2018, p. 8).
DEĊIŻJONI NRU 1/2024 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM
ta’ …
fir-rigward tal-emendar tal-Anness II tal-Ftehim u tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt (2) ipprevediet soluzzjoni proviżorja biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera. |
|
(2) |
Fit-tielet laqgħa tiegħu, il-Kumitat Konġunt qabel dwar il-ħtieġa li tiġi analizzata l-kosteffettività ta’ kollegament permanenti bejn ir-reġistru tal-Unjoni u r-reġistru Żvizzeru. |
|
(3) |
Fil-ħames laqgħa tiegħu, il-Kumitat Konġunt qabel dwar ir-rapport ippreżentat mill-grupp ta’ ħidma stabbilit bid-Deċiżjonijiet 1/2020 (3) u 2/2020 tal-Kumitat Konġunt (4). F'dak ir-rapport il-grupp ta’ ħidma analizza u rrakkomanda approċċ biex jiġi implimentat kollegament permanenti bejn ir-reġistru tal-Unjoni u r-reġistru Żvizzeru. |
|
(4) |
Sabiex jiġu riflessi r-rekwiżiti tekniċi tal-kollegament permanenti bejn ir-reġistru tal-Unjoni u r-reġistru Żvizzerukif ukoll biex jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-Ftehim fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, l-Anness II tal-Ftehim jenħtieġ li jiġi emendat. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni u l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament mal-Anness II tal-Ftehim, dawk id-dokumenti jenħtieġ li jiġu emendati wkoll, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Anness II tal-Ftehim huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Il-Proċeduri Operazzjonali Komuni msemmija fl-Artikolu 3(6) tal-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. Dawn jissostitwixxu l-Proċeduri Operattivi Komuni stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni Nru 1/2020.
3. L-Istandards Tekniċi tal-Kollegament imsemmija fl-Artikolu 3(7) tal-Ftehim huma stabbiliti fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni. Dawn jissostitwixxu l-Istandards Tekniċi ta' Konnessjoni stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2020.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …, ….
Għall-Kumitat Konġunt
Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea
Il-President
Is-Segretarju għall-Iżvizzera
(1) ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2/2019 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom [2020/1359] (ĠU L 314, 29.9.2020, p. 68).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2020 dwar l-adozzjoni tal-Proċeduri Operazzjonali Komuni (COP) [2021/1033] (ĠU L 226, 25.6.2021, p. 2).
(4) Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 tal-Kumitat Konġunt Stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kollegament tal-Iskemi għall-Iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tal-5 ta’ Novembru 2020 li temenda l-Annessi I u II tal-Ftehim u l-adozzjoni tal-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) [2021/1034] (ĠU L 226, 25.6.2021, p. 16).
ANNESS I
“ANNESS II
STANDARDS TEKNIĊI TAL-KOLLEGAMENT
Fl-2020 ġiet implimentata soluzzjoni proviżorja biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera. Mill-2023, il-kollegament tar-reġistri bejn iż-żewġ skemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ser jiżviluppa gradwalment f’kollegament permanenti tar-reġistri li mistenni jiġi implimentat mhux aktar tard mill-2024 u li bis-saħħa tiegħu ser ikun possibbli l-funzjonament tas-swieq konnessi fir-rigward tal-benefiċċji mil-likwidità tas-suq u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ sistemi kollegati b’mod li jkun ekwivalenti għal suq wieħed magħmul minn żewġ skemi u li permezz tiegħu l-parteċipanti fis-suq jaġixxu bħallikieku kienu f’suq wieħed, soġġetti biss għad-dispożizzjonijiet regolatorji individwali tal-Partijiet.
L-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) għandhom jispeċifikaw:
|
— |
l-arkitettura tal-kollegament ta’ komunikazzjoni |
|
— |
il-komunikazzjoni bejn l-SSTL u l-EUTL |
|
— |
is-sigurtà tat-trasferiment tad-data |
|
— |
il-lista ta’ funzjonijiet (tranżazzjonijiet, rikonċiljazzjoni …) |
|
— |
id-definizzjoni tas-saff tat-trasport |
|
— |
ir-rekwiżiti dwar l-illoggjar tad-data |
|
— |
l-arranġamenti operazzjonali (uffiċċju ta’ informazzjoni, sapport) |
|
— |
il-pjan dwar l-attivazzjoni ta’ komunikazzjoni u l-proċedura tal-ittestjar |
|
— |
il-proċedura tal-ittestjar tas-sigurtà. |
L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-amministraturi jridu jieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-SSTL, l-EUTL kif ukoll il-kollegament ikunu operattivi 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa, u li kwalunkwe interruzzjoni fl-operat tal-SSTL, tal-EUTL u fil-kollegament trid tinżamm l-inqas possibbli.
L-LTS għandhom jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà għar-reġistru Żvizzeru, għall-SSTL, għar-reġistru tal-Unjoni u għall-EUTL u dawn għandhom jiġu dokumentati fi ‘pjan ta’ ġestjoni tas-sigurtà’. B’mod partikolari, l-LTS għandhom jispeċifikaw li:
|
— |
jekk ikun hemm suspett li tkun ġiet kompromessa s-sigurtà tar-reġistru Żvizzeru, tal-SSTL, tar-reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL, iż-żewġ Partijiet għandhom minnufih javżaw lil xulxin u jissospendu l-konnessjoni bejn l-SSTL u l-EUTL |
|
— |
fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà, il-Partijiet għandhom jintrabtu li jikkondividu immedjatament l-informazzjoni ma’ xulxin. Abbażi tad-dettalji tekniċi disponibbli, għandu jiġi kondiviż rapport li jiddeskrivi l-inċident (id-data, il-kawża, l-impatt, ir-rimedji) bejn l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni fi żmien 24 siegħa wara li inċident tas-sigurtà jiġi identifikat bħala ksur tas-sigurtà. |
Il-proċedura dwar l-ittestjar tas-sigurtà stabbilita fl-LTS għandha titlesta qabel jiġi stabbilit il-kollegament ta’ komunikazzjoni bejn l-SSTL u l-EUTL, u kull meta jkun hemm bżonn ta’ verżjoni jew rilaxx ġdid tal-SSTL jew tal-EUTL.
L-LTS għandhom jipprovdu żewġ ambjenti għall-ittestjar minbarra l-ambjent għall-produzzjoni: ambjent għall-ittestjar għall-iżviluppaturi u ambjent ta’ aċċettazzjoni.
Il-Partijiet għandhom jipprovdu evidenza permezz tal-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni li turi li matul l-aħħar 12-il xahar tkun saret valutazzjoni indipendenti tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tas-sigurtà u b’mod partikolari l-ittestjar tal-penetrazzjoni għandu jsir fuq kull rilaxx ġdid maġġuri tas-software f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tal-penetrazzjoni ma għandux isir mill-iżviluppatur tas-software jew minn sottokuntrattur tal-iżviluppatur tas-software.”
ANNESS II
PROĊEDURI OPERAZZJONALI KOMUNI (COP) SKONT L-ARTIKOLU 3(6) TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM
Proċeduri għal kollegament permanenti tar-reġistri
Werrej
|
1. |
GLOSSARJU | 9 |
|
2. |
INTRODUZZJONI | 9 |
|
2.1. |
Kamp ta’ applikazzjoni | 10 |
|
2.2. |
Destinatarji | 10 |
|
3. |
APPROĊĊ U STANDARDS | 10 |
|
4. |
ĠESTJONI TAL-INĊIDENTI | 11 |
|
4.1. |
Detezzjoni u reġistrazzjoni tal-inċidenti | 11 |
|
4.2. |
Klassifikazzjoni u sapport inizjali | 11 |
|
4.3. |
Investigazzjoni u dijanjożi | 12 |
|
4.4. |
Riżoluzzjoni u rkupru | 12 |
|
4.5. |
Għeluq tal-inċident | 12 |
|
5. |
ĠESTJONI TAL-PROBLEMI | 13 |
|
5.1. |
Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-problemi | 13 |
|
5.2. |
Prijoritizzazzjoni tal-Problemi | 13 |
|
5.3. |
Investigazzjoni u dijanjożi tal-problemi | 13 |
|
5.4. |
Riżoluzzjoni | 13 |
|
5.5. |
Għeluq tal-problemi | 13 |
|
6. |
EŻEKUZZJONI TAT-TALBIET | 13 |
|
6.1. |
Bidu tat-Talba | 13 |
|
6.2. |
Illoggjar u Analiżi tat-Talba | 14 |
|
6.3. |
Approvazzjoni tat-Talba | 14 |
|
6.4. |
Eżekuzzjoni tat-Talbiet | 14 |
|
6.5. |
Indirizzar tat-Talba | 14 |
|
6.6. |
Rieżami tal-Eżekuzzjoni ta’ Talba | 14 |
|
6.7. |
Għeluq ta’ Talba | 14 |
|
7. |
ĠESTJONI TAT-TIBDIL | 14 |
|
7.1. |
Talba għal Tibdil | 15 |
|
7.2. |
Evalwazzjoni tat-Tibdil u Ppjanar | 15 |
|
7.3. |
Approvazzjonijiet tat-Tibdil | 15 |
|
7.4. |
Implimentazzjoni tat-Tibdil | 15 |
|
8. |
ĠESTJONI TAR-RILAXXI | 15 |
|
8.1. |
Ippjanar tar-rilaxxi | 15 |
|
8.2. |
Bini u Ttestjar tal-Pakkett tar-Rilaxx | 16 |
|
8.3. |
Tħejjija għall-varar | 16 |
|
8.4. |
Tneħħija tar-rilaxx | 16 |
|
8.5. |
Rieżami u għeluq tar-rilaxx | 16 |
|
9. |
ĠESTJONI TAL-INĊIDENTI TAS-SIGURTÀ | 17 |
|
9.1. |
Kategorizzazzjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà tal-Informazzjoni | 17 |
|
9.2. |
Trattament tal-Inċidenti tas-Sigurtà tal-Informazzjoni | 17 |
|
9.3. |
Identifikazzjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà | 17 |
|
9.4. |
Analiżi tal-Inċidenti tas-Sigurtà | 17 |
|
9.5. |
Valutazzjoni tal-Gravità tal-Inċidenti tas-Sigurtà, Indirizzar u Rapportar | 17 |
|
9.6. |
Rapportar dwar ir-Reazzjoni għas-Sigurtà | 18 |
|
9.7. |
Monitoraġġ, Bini tal-Kapaċità u Titjib Kontinwu | 18 |
|
10. |
ĠESTJONI TAS-SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI | 18 |
|
10.1. |
Identifikazzjoni tal-Informazzjoni Sensittiva | 18 |
|
10.2. |
Livelli ta’ Sensittività tal-Assi tal-Informazzjoni | 18 |
|
10.3. |
Assenjar tas-Sid tal-Assi tal-Informazzjoni | 18 |
|
10.4. |
Reġistrazzjoni tal-informazzjoni sensittiva | 19 |
|
10.5. |
Trattament tal-informazzjoni sensittiva | 19 |
|
10.6. |
Ġestjoni tal-Aċċess | 19 |
|
10.7. |
Ġestjoni taċ-Ċertifikati/tal-Kjavi | 19 |
1. GLOSSARJU
Tabella 1-1 Akronimi u Definizzjonijiet
|
Akronimu/Terminu |
Definizzjoni |
|
Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (CA) |
Entità li toħroġ ċertifikati diġitali |
|
CH |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera |
|
ETS |
Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet |
|
UE |
L-Unjoni Ewropea |
|
IMT |
Tim responsabbli għall-Ġestjoni tal-Inċidenti |
|
Assi tal-Informazzjoni |
Biċċa informazzjoni li hija ta’ valur għal kumpanija jew organizzazzjoni |
|
IT |
Teknoloġija tal-Informazzjoni |
|
ITIL |
Librerija tal-Infrastruttura tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni |
|
ITSM |
Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT |
|
LTS |
Standards Tekniċi tal-Kollegament |
|
Reġistru |
Sistema kontabilistika għall-kwoti li jinħarġu taħt l-ETS, li żżomm rekord tas-sjieda tal-kwoti miżmuma f’kontijiet elettroniċi. |
|
RFC |
Talba għal Tibdil |
|
SIL |
Lista ta’ Informazzjoni Sensittiva |
|
SR |
Talba għal Servizz |
|
Wiki |
Sit web li permezz tiegħu l-utenti jiskambjaw informazzjoni u għarfien billi jżidu jew jadattaw il-kontenut direttament permezz ta’ brawżer tal-internet. |
2. INTRODUZZJONI
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tat-23 ta’ Novembru 2017 (“Ftehim”) jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jistgħu jintużaw għall-konformità skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (“EU ETS”) jew l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Iżvizzera (“ETS tal-Iżvizzera”). Biex il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera jiġi operazzjonalizzat, ser jiġi stabbilit kollegament dirett bejn ir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL) tar-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Supplimentari tat-Tranżazzjonijiet Żvizzeru (SSTL) tar-Reġistru Żvizzeru, li bis-saħħa tiegħu ser ikun possibbli it-trasferiment minn reġistru għal reġistru ta’ kwoti tal-emissjonijiet maħruġa taħt kwalunkwe miż-żewġ ETS (Artikolu 3(2) tal-Ftehim). Fl-2020 ġiet implimentata soluzzjoni proviżorja biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera. Mill-2023, il-kollegament tar-reġistri bejn iż-żewġ skemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ser jiżviluppa gradwalment f’kollegament permanenti tar-reġistri li mistenni jiġi implimentat mhux aktar tard mill-2024 u li bis-saħħa tiegħu ser ikun possibbli l-funzjonament tas-swieq konnessi fir-rigward tal-benefiċċji mil-likwidità tas-suq u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ sistemi kollegati b’mod li jkun ekwivalenti għal suq wieħed magħmul minn żewġ skemi u li permezz tiegħu l-parteċipanti fis-suq jaġixxu bħallikieku kienu f’suq wieħed, soġġetti biss għad-dispożizzjonijiet regolatorji individwali tal-Partijiet. (Anness II tal-Ftehim).
Skont l-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-proċeduri operazzjonali komuni (COP) relatati ma’ kwistjonijiet tekniċi jew oħrajn meħtieġa għall-operat tal-kollegament u b’kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet tal-leġiżlazzjoni domestika. Il-COP żviluppati mill-amministraturi għandhom isiru effettivi meta jiġu adottati permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
Is-COP ġew adottati mill-Kumitat Konġunt bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2020. Is-COP aġġornati, kif reġistrati f’dan id-dokument iridu jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2024. F’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u t-talbiet mill-Kumitat Konġunt, l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni żviluppaw linji gwida tekniċi ulterjuri u ser jaġġornawhom biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament u biex jiġi żgurat li dawk jiġu kontinwament adattati għall-progress tekniku u għar-rekwiżiti l-ġodda relatati mas-sikurezza u mas-sigurtà tal-kollegament u mat-tħaddim effettiv u effiċjenti tiegħu.
2.1 Kamp ta’ applikazzjoni
Dan id-dokument jirrappreżenta l-fehim komuni bejn il-Partijiet tal-Ftehim rigward l-istabbiliment tal-pedamenti proċedurali tal-kollegament bejn ir-reġistri tal-EU ETS u tal-ETS tal-Iżvizzera. Filwaqt li jiddeskrivi fil-qosor ir-rekwiżiti proċedurali kumplessivi f’termini ta’ operazzjonijiet, ser ikun hemm bżonn ta’ xi linji gwida tekniċi ulterjuri biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament.
Biex jiffunzjona kif suppost, il-kollegament ser jeħtieġ speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex jiġi operazzjonalizzat ulterjorment. Skont l-Artikolu 3(7) tal-Ftehim, dawk il-kwistjonijiet huma spjegati fid-dettall fid-dokument dwar l-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) li jeħtieġ jiġi adottat separatament b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
L-objettiv tas-COP huwa li jiġi żgurat li s-servizzi tal-IT relatati mal-operat tal-kollegament bejn ir-reġistri tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera, jiġu implimentati b’mod effettiv u effiċjenti, speċjalment għall-eżekuzzjoni tat-talbiet għal servizz, għas-soluzzjoni tad-defiċenzi fis-servizz, għas-soluzzjoni tal-problemi, kif ukoll għat-twettiq tal-kompiti operazzjonali ta’ rutina f’konformità mal-istandards internazzjonali għall-ġestjoni tas-servizzi tal-IT.
Fir-rigward tal-kollegament permanenti tar-reġistru, ser ikunu meħtieġa biss is-COP li ġejjin, li huma parti minn dan id-dokument:
|
— |
Ġestjoni tal-Inċidenti; |
|
— |
Ġestjoni tal-Problemi; |
|
— |
Eżekuzzjoni tat-Talbiet; |
|
— |
Ġestjoni tat-Tibdil; |
|
— |
Ġestjoni tar-Rilaxxi; |
|
— |
Ġestjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà; |
|
— |
Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni. |
2.2. Destinatarji
L-udjenza fil-mira ta’ dawn is-COP huma t-timijiet tas-sapport tar-reġistri tal-UE u tal-Iżvizzera.
3. APPROĊĊ U STANDARDS
Il-prinċipju li ġej japplika għas-COP kollha:
|
— |
L-UE u CH jaqblu li jiddefinixxu s-COP abbażi tal-ITIL (Librerija tal-Infrastruttura tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, verżjoni 4). Il-prattiki minn dan l-istandard huma użati mill-ġdid u adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-kollegament permanenti tar-reġistri; |
|
— |
Il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni meħtieġa għall-proċessar tas-COP bejn iż-żewġ Partijiet isiru permezz taċ-Ċentri ta’ Servizz għar-Reġistri ta’ CH u tal-UE. Il-kompiti dejjem jiġu assenjati f’Parti waħda; |
|
— |
F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar it-trattament ta’ COP, dan għandu jiġi analizzat u riżolt miż-żewġ Ċentri ta’ Servizz. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil, is-sejba ta’ soluzzjoni konġunta tiġi indirizzata għal-livell suċċessiv;
|
|||||||||||||||
|
— |
Kull Parti tista’ tiddetermina l-proċeduri għat-tħaddim tas-sistema tar-reġistru tagħha stess, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti u l-interfaċċi relatati ma’ dawn is-COP; |
|
— |
Għodda għall-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT (ITSM) tintuża biex tissapportja s-COP, b’mod partikolari fil-Ġestjoni tal-Inċidenti, fil-Ġestjoni tal-Problemi u fl-Eżekuzzjoni tat-Talbiet, u l-komunikazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet; |
|
— |
Barra minn hekk, l-iskambju tal-informazzjoni bl-emails huwa permess; |
|
— |
Iż-żewġ Partijiet jiżguraw li r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni jiġu ssodisfati f’konformità mal-Istruzzjonijiet dwar it-Trattament. |
4. ĠESTJONI TAL-INĊIDENTI
L-objettiv tal-proċess tal-Ġestjoni tal-Inċidenti huwa li s-servizzi tal-IT jerġgħu lura għal-livell tas-servizz normali mill-aktar fis possibbli u bl-inqas xkiel għall-operat.
Il-Ġestjoni tal-Inċidenti jenħtieġ li żżomm ukoll rekord tal-inċidenti għal skopijiet ta’ rapportar u tintegra ma’ proċessi oħra biex tixpruna titjib kontinwu.
Minn perspettiva globali, il-Ġestjoni tal-Inċidenti tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:
|
— |
Detezzjoni u reġistrazzjoni tal-inċidenti; |
|
— |
Klassifikazzjoni u sapport inizjali; |
|
— |
Investigazzjoni u dijanjożi; |
|
— |
Riżoluzzjoni u rkupru; |
|
— |
Għeluq tal-inċidenti. |
Matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ inċident, il-proċess għall-Ġestjoni tal-Inċidenti huwa responsabbli għat-trattament kontinwu tas-sjieda, għall-monitoraġġ, għat-traċċar u għall-komunikazzjoni.
4.1. Detezzjoni u reġistrazzjoni tal-inċidenti
Inċident jista’ jiġi identifikat minn grupp ta’ sapport, permezz ta’ għodod għall-monitoraġġ awtomatizzati jew minn persunal tekniku li jwettaq sorveljanza ta’ rutina.
Ladarba jiġi identifikat, inċident irid jiġi rreġistrat u assenjat identifikatur uniku li jippermetti t-traċċar u l-monitoraġġ xierqa tal-inċident. L-identifikatur uniku ta’ inċident huwa l-identifikatur assenjat fis-sistema komuni ta’ reġistrazzjoni miċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti (l-UE jew CH) li tkun issenjalat l-inċident, u jeħtieġ jintuża f’kull komunikazzjoni relatata ma’ dan l-inċident.
Għall-inċidenti kollha, il-punt ta’ kuntatt jenħtieġ li jkun iċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti li tkun illoggjat l-inċident.
4.2. Klassifikazzjoni u sapport inizjali
L-għan tal-klassifikazzjoni tal-inċidenti hija l-fehim u l-identifikazzjoni ta’ liema sistema u/jew servizz huma affettwati, u sa liema punt. Biex tkun effettiva, il-klassifikazzjoni għandha tindirizza l-inċident lir-riżorsa korretta mal-ewwel tentattiv, sabiex titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-inċident.
Il-fażi tal-klassifikazzjoni jenħtieġ li tikkategorizza u tipprijoritizza l-inċident skont l-impatt u l-urġenza tiegħu, sabiex dan jiġi ttrattat skont il-perjodu ta’ żmien rilevanti għall-prijorità.
Jekk l-inċident għandu impatt potenzjali fuq il-kunfidenzjalità jew fuq l-integrità tad-data sensittiva, u/jew impatt fuq id-disponibbiltà tas-sistema, l-inċident għandu jiġi ddikjarat ukoll bħala inċident tas-sigurtà u mbagħad jiġi ġestit skont il-proċess definit fil-kapitolu “Ġestjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà” ta’ dan id-dokument.
Jekk ikun possibbli, iċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun illoggja l-inċident għandu jagħmel dijanjożi inizjali. Għal dan, iċ-Ċentru ta’ Servizz ser jara jekk l-inċident huwiex errur magħruf. Jekk iva, allura l-perkors tar-riżoluzzjoni jew is-soluzzjoni alternattiva jkunu diġà magħrufa u dokumentati.
Jekk iċ-Ċentru ta’ Servizz jirnexxielu jsolvi l-inċident, allura f’dan il-punt jagħlaq effettivament l-inċident, peress li l-iskop ewlieni tal-Ġestjoni tal-Inċidenti jkun ġie eżegwit (jiġifieri s-servizz jerġa’ lura malajr għall-utent finali). Jekk le, iċ-Ċentru ta’ Servizz ser jindirizza l-inċident lill-grupp għar-riżoluzzjoni xieraq għal investigazzjoni u dijanjożi ulterjuri.
4.3. Investigazzjoni u dijanjożi
L-investigazzjoni u d-dijanjożi tal-inċidenti huma applikati meta inċident ma jkunx jista’ jiġi riżolt miċ-Ċentru ta’ Servizz bħala parti mid-dijanjożi inizjali, u għalhekk dan jiġi indirizzat kif xieraq. L-indirizzar tal-inċident hija parti sħiħa mill-proċess tal-investigazzjoni u d-dijanjożi.
Prattika komuni fil-fażi tal-investigazzjoni u d-dijanjożi hija t-tentattiv biex l-inċident jinħoloq mill-ġdid f’kundizzjonijiet ikkontrollati. Waqt l-investigazzjoni u d-dijanjożi tal-inċident huwa importanti li wieħed jifhem l-ordni eżatta tal-eventi li wasslu għall-inċident.
L-indirizzat huwa r-rikonoxximent li inċident ma jistax jiġi riżolt fil-livell tas-sapport attwali, u jrid jgħaddi għand grupp ta’ sapport ta’ livell ogħla jew lill-Parti l-oħra. L-indirizzar jista’ jsegwi żewġ perkorsi: orizzontali (funzjonali) jew vertikali (ġerarkika).
Iċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun irreġistra u skatta l-inċident huwa responsabbli għall-indirizzar tal-inċident lir-riżorsa xierqa u għat-traċċar tal-istatus ġenerali u l-assenjazzjoni tal-inċident.
Il-Parti li jkun ġie assenjat lilha l-inċident hija responsabbli biex tiżgura li l-azzjonijiet rikjesti jsiru fil-ħin, u biex tipprovdi rispons liċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti tagħha stess.
4.4. Riżoluzzjoni u rkupru
Ir-riżoluzzjoni u l-irkupru tal-inċidenti jsiru ladarba l-inċident jiġi mifhum bis-sħiħ. Meta tinstab riżoluzzjoni għal inċident, ifisser li jkun ġie identifikat mod kif tiġi rrettifikata l-kwistjoni. L-att tal-applikazzjoni tar-riżoluzzjoni huwa l-fażi tal-irkupru.
Ladarba r-riżorsi xierqa jirriżolvu n-nuqqas fis-servizz, l-inċident jerġa’ jintbagħat lura għand iċ-Ċentru ta’ Servizz rilevanti li jkun illoggja l-inċident, u jikkonferma mal-inizjatur tal-inċident li l-errur ġie rrettifikat u li l-inċident jista’ jingħalaq. Is-sejbiet mill-proċessar tal-inċident jridu jiġu reġistrati għall-użu fil-ġejjieni.
L-irkupru jista’ jitwettaq mill-persunal tas-sapport tal-IT jew billi l-utent finali jingħata sett ta’ struzzjonijiet xi jsegwi.
4.5. Għeluq tal-inċident
L-għeluq huwa l-aħħar pass fil-proċess tal-Ġestjoni tal-Inċidenti u jseħħ ftit wara r-riżoluzzjoni tal-inċident.
Fil-lista ta’ verifiki tal-attivitajiet li jeħtieġu jitwettqu matul il-fażi tal-għeluq, qed jiġi enfasizzat dan li ġej:
|
— |
Il-verifika tal-kategorizzazzjoni inizjali li ġiet assenjata lill-inċident; |
|
— |
Il-kopertura korretta tal-informazzjoni kollha dwar l-inċident; |
|
— |
Id-dokumentazzjoni korretta tal-inċident u l-aġġornament tal-bażi tal-għarfien; |
|
— |
Il-komunikazzjoni xierqa ma’ kull parti kkonċernata li hija direttament jew indirettament affettwata mill-inċident. |
Inċident jingħalaq formalment ladarba l-fażi tal-għeluq tal-inċident tiġi eżegwita miċ-Ċentru ta’ Servizz u kkomunikata lill-Parti l-oħra.
Ladarba inċident jingħalaq, ma jerġax jinfetaħ. Jekk inċident jerġa’ jseħħ fi żmien qasir, ma jerġax jinfetaħ u minflok irid jiġi lloggjat inċident ġdid.
Jekk l-inċident ikun qed jiġi traċċat kemm miċ-Ċentri ta’ Servizz tal-UE kif ukoll minn dak ta’ CH, l-għeluq finali jaqa’ taħt ir-responsabbiltà taċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun illoggja l-inċident.
5. ĠESTJONI TAL-PROBLEMI
Din il-proċedura jenħtieġ li tiġi segwita kull meta tiġi identifikata problema u għalhekk tiskatta l-proċess tal-Ġestjoni tal-Problemi. Il-Ġestjoni tal-Problemi tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kwalità u t-tnaqqis tal-volum ta’ inċidenti senjalati. Problema tista’ tkun il-kawża ta’ inċident wieħed jew aktar. Meta jiġi rrapportat inċident, l-objettiv tal-Ġestjoni tal-Inċidenti huwa li s-servizz jerġa’ lura għan-normal mill-aktar fis possibbli, possibbilment billi jintużaw soluzzjonijiet alternattivi. Meta tinqala’ problema, l-objettiv huwa li tiġi investigata l-kawża prinċipali tal-kwistjoni sabiex jiġi identifikat tibdil li jiżgura li l-problema u l-inċidenti relatati ma jerġgħux iseħħu.
5.1. Identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-problemi
Il-punt ta’ kuntatt għal kwistjonijiet relatati mal-problema jkun iċ-Ċentru ta’ Servizz tal-UE jew dak ta’ CH, skont liema Parti tkun fetħet il-każ.
L-identifikatur uniku ta’ problema huwa l-identifikatur assenjat mill-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT (ITSM). Għandu jintuża f’kull komunikazzjoni relatata ma’ din il-problema.
Problema tista’ tiġi skattata minn inċident jew tista’ tinfetaħ bħala att fuq inizjattiva personali biex jissewwew kwistjonijiet skoperti fis-sistema fi kwalunkwe fażi.
5.2. Prijoritizzazzjoni tal-Problemi
Il-problemi jistgħu jiġu kategorizzati skont il-gravità u l-prijorità tagħhom bl-istess mod bħall-inċidenti sabiex jiġi ffaċilitat it-traċċar tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-impatt tal-inċidenti assoċjati u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom.
5.3. Investigazzjoni u dijanjożi tal-problemi
Kull Parti tista’ tissenjala problema u ċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti promotur ser ikun responsabbli biex jilloggja l-problema, jassenjaha lir-riżorsa xierqa u jittraċċa l-istatus kumplessiv tal-problema.
Il-grupp għar-riżoluzzjoni li l-problema tkun ġiet indirizzata lilu, huwa responsabbli għat-trattament tal-problema fil-ħin u għall-komunikazzjoni maċ-Ċentru ta’ Servizz.
Fejn jintalab, iż-żewġ Partijiet huma responsabbli li jiżguraw it-twettiq tal-azzjonijiet assenjati, u li jipprovdu rispons liċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti tagħhom stess.
5.4. Riżoluzzjoni
Il-grupp għar-riżoluzzjoni li lilu tiġi assenjata l-problema, huwa responsabbli għar-riżoluzzjoni tal-problema u biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti liċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti tiegħu stess.
Is-sejbiet mill-proċessar tal-problema jridu jiġu rreġistrati għall-użu fil-ġejjieni.
5.5. Għeluq tal-problemi
Problema tingħalaq formalment ladarba l-problema tissewwa bl-implimentazzjoni tat-tibdil. Il-fażi tal-għeluq tal-problema titwettaq miċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun illoggja l-problema u informa liċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti l-oħra.
6. EŻEKUZZJONI TAT-TALBIET
Il-Proċess tal-Eżekuzzjoni tat-Talbiet huwa l-ġestjoni minn tarf sa tarf ta’ talba għal servizz ġdid jew eżistenti mill-mument li tiġi rreġistrata u approvata sakemm tingħalaq. Normalment, it-Talbiet għal Servizz huma talbiet żgħar, predefiniti, ripetibbli, frekwenti, approvati minn qabel u proċedurali.
Il-passi ewlenin li jridu jiġu segwiti huma deskritti hawn taħt:
6.1. Bidu tat-Talba
L-informazzjoni relatata ma’ Talba għal Servizz titressaq liċ-Ċentru ta’ Servizz tal-UE jew ta’ CH b’email, bit-telefon, jew b’għodda għall-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT (ITSM) jew b’xi mezz ta’ komunikazzjoni ieħor maqbul.
6.2. Illoggjar u Analiżi tat-Talba
Għat-Talbiet kollha għal Servizz, il-punt ta’ kuntatt jenħtieġ li jkun iċ-Ċentru ta’ Servizz tal-UE jew ta’ CH, skont il-Parti li tkun għamlet it-Talba għal Servizz. Dan iċ-Ċentru ta’ Servizz se jkun responsabbli għall-illoggjar u għall-analiżi tat-Talba għal Servizz bid-diliġenza xierqa.
6.3. Approvazzjoni tat-Talba
L-Aġent taċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti li tkun għamlet it-Talba għal Servizz jiċċekkja jekk hemmx bżonn xi approvazzjonijiet mill-Parti l-oħra u jekk ikun il-każ, jipproċedi biex jiksibhom. Jekk it-Talba għal Servizz ma tiġix approvata, iċ-Ċentru ta’ Servizz jaġġorna u jagħlaq il-kwistjoni.
6.4. Eżekuzzjoni tat-Talbiet
Dan il-pass jindirizza t-trattament effettiv u effiċjenti tat-Talbiet għal Servizz. Trid issir distinzjoni bejn il-każijiet li ġejjin:
|
— |
L-eżekuzzjoni tat-Talba għal Servizz taffettwa Parti waħda biss. F’dan il-każ, din il-Parti toħroġ l-ordnijiet tax-xogħol u tikkoordina l-eżekuzzjoni. |
|
— |
L-implimentazzjoni tat-Talba għal Servizz taffettwa kemm lill-UE kif ukoll lil CH. F’dan il-każ, iċ-Ċentri ta’ Servizz joħorġu l-ordnijiet tax-xogħol skont il-qasam ta’ responsabbiltà tagħhom. Il-proċessar tal-eżekuzzjoni tat-Talba għal Servizz jiġi kkoordinat bejn iż-żewġ Ċentri ta’ Servizz. Ir-responsabbiltà ġenerali hija taċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun irċieva u ta bidu għat-Talba għal Servizz. |
Meta t-Talba għal Servizz tkun ġiet eżegwita, trid titqiegħed fi Stat ta’ “Riżolta”.
6.5. Indirizzar tat-Talba
Jekk ikun meħtieġ, iċ-Ċentru ta’ Servizz jista’ jindirizza t-Talba għal Servizz pendenti lir-riżorsa xierqa (Parti terza).
L-indirizzar isir lill-Partijiet terzi rispettivi, jiġifieri ċ-Ċentru ta’ Servizz tal-UE jkollu jgħaddi miċ-Ċentru ta’ Servizz ta’ CH għall-indirizzar għal Parti terza ta’ CH, u viċi versa.
Il-Parti terza li lilha tkun ġiet indirizzata t-Talba għal Servizz, hija responsabbli għat-trattament tat-Talba għal Servizz fil-ħin u għall-komunikazzjoni maċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun indirizza t-Talba għal Servizz.
Iċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun illoggja t-Talba għal Servizz huwa responsabbli għat-traċċar tal-istatus kumplessiv u għall-assenjazzjoni ta’ Talba għal Servizz.
6.6. Rieżami tal-Eżekuzzjoni ta’ Talba
Iċ-Ċentru ta’ Servizz responsabbli jressaq ir-Rekord dwar Talba għal Servizz għal kontroll finali tal-kwalità qabel ma jingħalaq. L-għan huwa li jiġi żgurat li t-Talba għal Servizz tiġi tabilħaqq ipproċessata u li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi deskritt iċ-ċiklu tal-ħajja tat-talba tkun ingħatat biżżejjed fid-dettall. Minbarra dan, is-sejbiet mill-proċessar tat-talba jridu jiġu rreġistrati għall-użu fil-ġejjieni.
6.7. Għeluq ta’ Talba
Jekk il-Partijiet assenjati jaqblu li t-Talba għal Servizz tkun ġiet eżegwita u min għamel it-talba jqis li l-każ riżolt, l-istatus suċċessiv li jrid jingħata huwa dak ta’ “Magħluqa”.
Talba għal Servizz tingħalaq formalment ladarba ċ-Ċentru ta’ Servizz li jkun illoggja t-Talba għal Servizz ikun eżegwixxa l-fażi tal-għeluq tat-talba u jkun informa liċ-Ċentru ta’ Servizz tal-Parti l-oħra.
7. ĠESTJONI TAT-TIBDIL
L-objettiv huwa li jiġi żgurat li jintużaw metodi u proċeduri standardizzati għat-trattament effiċjenti u fil-pront tat-tibdil kollu biex tiġi kkontrollata l-infrastruttura tal-IT, sabiex jiġi minimizzat l-għadd u l-impatt ta’ kwalunkwe inċident relatat mal-għoti tas-servizz. It-tibdil fl-infrastruttura tal-IT jista’ jkun wieħed reattiv bi tweġiba għal problemi jew għal rekwiżiti imposti esternament, pereżempju tibdil leġiżlattiv, jew wieħed proattiv f’tentattiv biex tittejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja jew biex jiġu permessi jew riflessi inizjattivi tan-negozju.
Il-proċess tal-Ġestjoni tat-Tibdil jinkludi stadji differenti li jaqbdu d-dettalji kollha dwar Talba għat-Tibdil għat-traċċar fil-ġejjieni. Dawk il-proċessi jiżguraw li t-tibdil jiġi vvalidat u ttestjat qabel ma jiġi varat. Il-proċess tal-Ġestjoni tar-Rilaxxi huwa responsabbli għall-varar b’suċċess.
7.1 Talba għal Tibdil
Talba għal Tibdil (RFC) titressaq lit-tim responsabbli għall-Ġestjoni tat-Tibdil għal validazzjoni u approvazzjoni. Għat-Talbiet kollha għal Tibdil, il-punt ta’ kuntatt jenħtieġ li jkun iċ-Ċentru ta’ Servizz tal-UE jew ta’ CH, skont il-Parti li tkun għamlet it-talba. Dan iċ-Ċentru ta’ Servizz huwa responsabbli għall-illoggjar u għall-analiżi tat-talba bid-diliġenza xierqa.
Talbiet għal Tibdil jistgħu joriġinaw minn:
|
— |
Inċident li jikkawża bidla; |
|
— |
Problema eżistenti li twassal għal bidla; |
|
— |
Talba mingħand utent finali għal bidla ġdida; |
|
— |
Tibdil bħala riżultat ta’ manutenzjoni li tkun għaddejja; |
|
— |
Tibdil leġiżlattiv. |
7.2. Evalwazzjoni tat-Tibdil u Ppjanar
Dan l-istadju jitratta l-valutazzjoni tat-tibdil u l-attivitajiet tal-ippjanar. Jinkludi attivitajiet ta’ prijoritizzazzjoni u ta’ ppjanar biex jiġu minimizzati r-riskji u l-impatt.
Jekk l-implimentazzjoni tal-RFC taffettwa kemm lill-UE kif ukoll lil CH, il-Parti li tkun illoggjat l-RFC tivverifika l-evalwazzjoni tat-tibdil u l-ippjanar mal-Parti l-oħra.
7.3. Approvazzjonijiet tat-Tibdil
Kwalunkwe talba għal tibdil reġistrata trid tiġi approvata mil-livell ta’ indirizzar rilevanti.
7.4. Implimentazzjoni tat-Tibdil
L-implimentazzjoni tat-tibdil tiġi trattata fil-proċess tal-Ġestjoni tar-Rilaxxi. It-timijiet responsabbli għall-Ġestjoni tar-Rilaxxi taż-żewġ Partijiet isegwu l-proċessi proprji li jinvolvu l-ippjanar u l-ittestjar. Ir-rieżami tat-tibdil iseħħ ladarba tintemm l-implimentazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li kollox ikun mexa skont il-pjan, il-proċess eżistenti tal-Ġestjoni tat-Tibdil jiġi kontinwament rivedut u aġġornat meta meħtieġ.
8. ĠESTJONI TAR-RILAXXI
Rilaxx jirrappreżenta tibdil wieħed jew aktar għal servizz tal-IT, li jinġabru fi pjan ta’ rilaxx li jridu jiġu awtorizzati, imħejjija, mibnija, ittestjati u varati flimkien. Rilaxx uniku jista’ jirrappreżenta t-tneħħija ta’ bug, bidla fil-hardware jew f’komponenti oħra, bidliet fis-software, aġġornamenti tal-verżjonijiet tal-applikazzjonijiet, bidliet fid-dokumentazzjoni u/jew fil-proċessi. Il-kontenut ta’ kull rilaxx jiġi ġestit, ittestjat u varat bħala entità unika.
Il-Ġestjoni tar-Rilaxxi għandha l-għan li tippjana, tibni, tittestja u tivvalida, u tipprovdi l-kapaċità biex jingħataw is-servizzi mfassla, li ser jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-partijiet ikkonċernati u jiksbu l-objettivi maħsuba. Il-kriterji ta’ aċċettazzjoni għal bidliet kollha fis-servizz ser jiġu definiti u dokumentati matul il-koordinazzjoni tat-tfassil u jingħataw lit-timijiet responsabbli għall-Ġestjoni tar-Rilaxxi.
Normalment ir-rilaxx se jkun jikkonsisti f’għadd ta’ tiswijiet ta’ problemi u titjib ta’ servizz. Ikun fih is-software ġdid jew mibdul meħtieġ u kwalunkwe hardware ġdid jew mibdul meħtieġ għall-implimentazzjoni tat-tibdil approvat.
8.1. Ippjanar tar-rilaxxi
Fl-ewwel stadju tal-proċess il-bidliet awtorizzati jiġi assenjat lill-pakketti tar-rilaxxi u jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tar-rilaxxi. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, is-subproċess tal-Ippjanar tar-Rilaxxi jiżviluppa skeda għall-bini, l-ittestjar u l-varar tar-rilaxx.
L-ippjanar jenħtieġ li jiddefinixxi:
|
— |
L-ambitu u l-kontenut tar-rilaxx; |
|
— |
Il-valutazzjoni tar-riskju u l-profil tar-riskju għar-rilaxx; |
|
— |
Il-klijent/l-utenti affettwati mir-rilaxx; |
|
— |
It-tim responsabbli għar-rilaxx; |
|
— |
L-istrateġija għall-forniment u l-varar; |
|
— |
Ir-riżorsi għar-rilaxx u l-varar tiegħu. |
Iż-żewġ Partijiet jinformaw lil xulxin dwar l-ippjanar tar-rilaxx u dwar it-twieqi għall-manutenzjoni tagħhom. Jekk rilaxx jaffettwa kemm lill-UE kif ukoll lil CH, huma jikkoordinaw l-ippjanar u jiddefinixxu tieqa komuni għall-manutenzjoni.
8.2. Bini u Ttestjar tal-Pakkett tar-Rilaxx
Il-pass tal-bini u tal-ittestjar tal-proċess tal-Ġestjoni tar-Rilaxxi jistabbilixxi l-approċċ għall-eżekuzzjoni tar-rilaxx jew tal-pakkett ta’ rilaxx u għaż-żamma tal-ambjenti kkontrollati qabel isir it-tibdil fil-produzzjoni, kif ukoll l-ittestjar tal-bidliet kollha fl-ambjenti kollha rilaxxati.
Jekk rilaxx jaffettwa kemm lill-UE kif ukoll lil CH, huma jikkoordinaw il-pjanijiet għall-forniment u għall-ittestjar. Dan jinkludi l-aspetti li ġejjin:
|
— |
Kif u meta ser jiġu implimentati l-unitajiet tar-rilaxx u l-komponenti tas-servizz; |
|
— |
Kemm jieħdu żmien tipikament; x’jiġri jekk ikun hemm dewmien; |
|
— |
Kif jiġi traċċat il-progress tal-forniment u tinkiseb konferma; |
|
— |
Metriċi għall-monitoraġġ u għad-determinazzjoni tas-suċċess tal-isforz għall-varar tar-rilaxx; |
|
— |
Każijiet komuni ta’ ttestjar għall-funzjonalitajiet u għall-bidliet rilevanti. |
Fl-aħħar ta’ dan is-subproċess, il-komponenti kollha meħtieġa tar-rilaxx huma lesti biex jidħlu fil-fażi ta’ operattiva tal-varar.
8.3. Tħejjija għall-varar
Is-subproċess ta’ tħejjija jiżgura li l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni huma definiti sew u li n-notifiki huma lesti biex jintbagħtu lill-partijiet ikkonċernati u lill-utenti finali kollha milquta, u li r-rilaxx jiġi integrat fil-proċess tal-Ġestjoni tat-Tibdil sabiex jiġi żgurat li l-bidliet kollha jsiru b’mod ikkontrollat u approvat mill-fora meħtieġa.
Jekk rilaxx jaffettwa kemm lill-UE kif ukoll lil CH, huma għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet li ġejjin:
|
— |
Ir-reġistrazzjoni tat-Talbiet għal Tibdil għall-iskedar u t-tħejjija tal-varar fl-ambjent tal-Produzzjoni; |
|
— |
Il-ħolqien tal-pjan ta’ implimentazzjoni; |
|
— |
L-approċċ ta’ tneħħija, sabiex f’każ li l-varar ma jirnexxix, l-istat preċedenti jista’ jerġa’ jidħol fis-seħħ; |
|
— |
In-notifiki jintbagħtu lill-Partijiet kollha neċessarji; |
|
— |
Il-ħtieġa ta’ approvazzjoni għall-implimentazzjoni tar-rilaxx mil-livell ta’ indirizzar rilevanti. |
8.4. Tneħħija tar-rilaxx
F’każ li l-varar ma jirnexxix jew l-ittestjar ikun identifika li l-varar falla jew ma ssodisfax il-kriterji maqbula ta’ aċċettazzjoni/ta’ kwalità, it-timijiet responsabbli għall-Ġestjoni tar-Rilaxxi taż-żewġ Partijiet se jkollhom jerġgħu lura għall-istat preċedenti. Il-partijiet ikkonċernati kollha neċessarji jridu jiġu infurmati, inklużi l-utenti finali milquta/fil-mira. Sakemm tasal l-approvazzjoni, il-proċess jista’ jerġa’ jibda fi kwalunkwe stadju preċedenti.
8.5. Rieżami u għeluq tar-rilaxx
Waqt ir-rieżami ta’ varar, jenħtieġ li jiġu inklużi l-attivitajiet li ġejjin:
|
— |
Il-kopertura tar-rispons dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti, tal-utenti u dwar il-forniment tas-servizz (jinġabar ir-rispons u jiġi kkunsidrat għat-titjib kontinwu tas-servizz); |
|
— |
Ir-rieżami ta’ kwalunkwe kriterju ta’ kwalità li ma jkunx intlaħaq; |
|
— |
L-iċċekkjar li kwalunkwe azzjoni, tiswijiet u bidliet neċessarji tlestew; |
|
— |
L-iżgurar li fl-aħħar tal-varar ma jkunx għad fadal kwistjonijiet dwar il-kapaċità, ir-riżorsi jew il-prestazzjoni; |
|
— |
L-ivverifikar li kwalunkwe problema, erruri magħrufa u soluzzjonijiet temporanji huma dokumentati u aċċettati mill-klijent, mill-utenti finali, mis-sapport operazzjonali, u minn Partijiet oħra milquta; |
|
— |
Il-monitoraġġ tal-inċidenti u tal-problemi kkawżati mill-varar (jingħata sapport bikri lit-timijiet operazzjonali f’każ li r-rilaxx ikun wassal għal żieda fil-volumi ta’ xogħol); |
|
— |
L-aġġornar tad-dokumentazzjoni ta’ sapport (jiġifieri d-dokumenti bl-informazzjoni teknika); |
|
— |
It-trasferiment formali tal-varar tar-rilaxx lill-operazzjonijiet tas-servizzi; |
|
— |
Id-dokumentazzjoni tat-tagħlimiet meħuda; |
|
— |
Il-ġbir tad-dokument ta’ sinteżi dwar ir-rilaxx mit-timijiet responsabbli għall-implimentazzjoni; |
|
— |
L-għeluq formali tar-rilaxx wara li jkun verifikat ir-rekord tat-Talba għal Tibdil. |
9. ĠESTJONI TAL-INĊIDENTI TAS-SIGURTÀ
Il-Ġestjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà huwa proċess għat-trattament tal-inċidenti tas-sigurtà sabiex l-inċidenti jkunu jistgħu jiġu mgħarrfa lill-partijiet ikkonċernati potenzjalment milquta; l-evalwazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-inċident; u r-reazzjoni għall-inċidenti biex jissolva kwalunkwe ksur effettiv, suspettat jew potenzjali tal-kunfidenzjalità, tad-disponibbiltà jew tal-integrità tal-assi ta’ informazzjoni sensittiva.
9.1. Kategorizzazzjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà tal-Informazzjoni
L-inċidenti kollha li jaffettwaw il-kollegament bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u r-reġistru Żvizzeru għandhom jiġu analizzati biex tiġi determinata l-possibbiltà ta’ ksur tal-kunfidenzjalità, tal-integrità jew tad-disponibbiltà ta’ kwalunkwe informazzjoni sensittiva reġistrata fil-Lista ta’ Informazzjoni Sensittiva (SIL).
F’dak il-każ, l-inċident għandu jiġi kkaratterizzat bħala inċident tas-sigurtà tal-informazzjoni, jiġi rreġistrat minnufih fl-għodda għall-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT (ITSM) u jiġi ġestit bħala tali.
9.2. Trattament tal-Inċidenti tas-Sigurtà tal-Informazzjoni
L-Inċidenti tas-Sigurtà jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tat-tielet livell ta’ indirizzar u r-riżoluzzjoni tal-inċidenti ser tiġi ttrattata minn Tim iddedikat responsabbli għall-Ġestjoni tal-Inċidenti (IMT).
L-IMT huwa responsabbli għal li ġej:
|
— |
It-twettiq tal-ewwel analiżi, il-kategorizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-gravità tal-inċident; |
|
— |
Il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati kollha inkluża d-dokumentazzjoni sħiħa tal-analiżi tal-inċident, id-deċiżjonijiet meħuda biex jiġi indirizzat l-inċident u d-dgħufijiet possibbli identifikati; |
|
— |
Skont il-gravità tal-inċident tas-sigurtà, jeħtieġ jiġi indirizzat fil-ħin għal-livell xieraq għal informazzjoni u/jew għal deċiżjoni. |
Fil-proċess tal-Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni, l-informazzjoni kollha dwar l-inċidenti tiġi kklassifikata fl-ogħla livell ta’ sensittività tal-informazzjoni, iżda fi kwalunkwe każ mhux inqas minn SENSITTIVA: ETS.
Fil-każ ta’ investigazzjoni għaddejja u/jew ta’ dgħufija li jista’ jiġi sfruttat u sakemm jissolva, l-informazzjoni tiġi kklassifikata bħala TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika.
9.3. Identifikazzjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà
Skont it-tip ta’ event tas-sigurtà, l-uffiċjal għas-sigurtà tal-informazzjoni jiddetermina l-organizzazzjonijiet xierqa li jkunu involuti u jkunu parti mill-IMT.
9.4. Analiżi tal-Inċidenti tas-Sigurtà
L-IMT jikkordina mal-organizzazzjonijiet kollha involuti u mal-membri rilevanti tat-timijiet tagħhom biex isir rieżami tal-inċident. Matul l-analiżi, jiġi identifikat l-estent tat-telf tal-kunfidenzjalità, tal-integrità jew tad-disponibbiltà ta’ assi u jiġu vvalutati l-konsegwenzi għall-organizzazzjonijiet kollha milquta. Imbagħad jiġu ddefiniti l-azzjonijiet inizjali u ta’ segwitu għar-riżoluzzjoni tal-inċident u għall-ġestjoni tal-impatt tiegħu, inkluż l-impatt ta’ dawk l-azzjonijiet fuq ir-riżorsi.
9.5. Valutazzjoni tal-Gravità tal-Inċidenti tas-Sigurtà, Indirizzar u Rapportar
L-IMT għandu jivvaluta l-gravità ta’ kwalunkwe inċident ġdid tas-sigurtà, wara li jiġi karatterizzat bħala inċident tas-sigurtà, u għandu jieħu l-azzjoni meħtieġa minnufih skont il-gravità tal-inċident.
9.6. Rapportar dwar ir-Reazzjoni għas-Sigurtà
Fir-rapport dwar ir-reazzjoni għall-inċidenti tas-sigurtà tal-informazzjoni, l-IMT jinkludi r-riżultati dwar it-trażżin tal-inċident u l-irkupru. Ir-rapport jingħadda lit-tielet livell ta’ indirizzar permezz ta’ email sigura jew b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni sigura aċċettati reċiprokament.
Il-Parti responsabbli tirrieżamina r-riżultati dwar it-trażżin u l-irkupru u:
|
— |
Terġa’ tikkollega r-reġistru f’każ ta’ skonessjoni; |
|
— |
Tipprovdi komunikazzjonijiet dwar l-inċident lit-timijiet tar-reġistru; |
|
— |
Tagħlaq l-inċident. |
Fir-rapport dwar l-inċident tas-sigurtà tal-informazzjoni, l-IMT jenħtieġ li jinkludi – b’mod sigur – id-dettalji rilevanti sabiex tiġi żgurata reġistrazzjoni u komunikazzjoni konsistenti u sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa u fil-pront għat-trażżin tal-inċident. Wara li jitlesta, l-IMT jipprovdi r-rapport finali dwar l-inċident tas-sigurtà tal-informazzjoni fil-ħin.
9.7. Monitoraġġ, Bini tal-Kapaċità u Titjib Kontinwu
L-IMT ser jipprovdi r-rapporti dwar l-inċidenti kollha tas-sigurtà lit-tielet livell ta’ indirizzar. Dan il-livell ta’ indirizzar ser juża r-rapporti biex jiġu ddeterminati dawn li ġejjin:
|
— |
Id-dgħufijiet fil-kontrolli tas-sigurtà u/jew l-operat li jridu jissaħħu; |
|
— |
Ħtieġa possibbli biex din il-proċedura tissaħħaħ sabiex tittejjeb l-effettività tar-reazzjoni tagħha għall-inċidenti; |
|
— |
It-taħriġ u l-opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità biex tkompli tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sigurtà tal-informazzjoni tas-sistemi tar-reġistri, jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti fil-ġejjieni u jiġi minimizzat l-impatt tagħhom. |
10. ĠESTJONI TAS-SIGURTÀ TAL-INFORMAZZJONI
L-għan tal-Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni huwa li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni klassifikata, tad-data u tas-servizzi tal-IT ta’ organizzazzjoni. Minbarra l-komponenti tekniċi inkluż id-disinn u l-ittestjar tagħhom (ara LTS), il-proċeduri operazzjonali komuni li ġejjin huma meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tas-sigurtà għall-kollegament permanenti tar-reġistri.
10.1. Identifikazzjoni tal-Informazzjoni Sensittiva
Is-sensittività ta’ biċċa informazzjoni tiġi vvalutata billi jiġi determinat il-livell tal-Impatt fuq in-Negozju (eż. telf finanzjarju, degradazzjoni tal-immaġni, ksur tal-liġi…) li jista’ jkollu ksur tas-sigurtà relatat ma’ din l-informazzjoni.
L-assi tal-informazzjoni sensittiva għandhom jiġu identifikati abbażi tal-impatt tagħhom fuq il-kollegament.
Il-livell ta’ sensittività ta’ din l-informazzjoni għandu jiġi vvalutat skont l-iskala tas-sensittività applikabbli għal dan il-kollegament u kif deskritt fid-dettall fit-taqsima “Trattament tal-Inċidenti tas-Sigurtà tal-Informazzjoni” ta’ dan id-dokument.
10.2. Livelli ta’ Sensittività tal-Assi tal-Informazzjoni
Malli jiġi identifikat, l-assi tal-informazzjoni jiġi kklassifikat billi jiġu applikati r-regoli li ġejjin:
|
— |
L-identifikazzjoni ta’ mill-inqas livell GĦOLI uniku ta’ kunfidenzjalità, ta’ integrità jew ta’ disponibbiltà tikklassifika l-assi bħala TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika; |
|
— |
L-identifikazzjoni ta’ mill-inqas livell MEDJU uniku ta’ kunfidenzjalità, ta’ integrità jew ta’ disponibbiltà tikklassifika l-assi bħala SENSITTIV: ETS; |
|
— |
L-identifikazzjoni ta’ livelli BAXXI biss ta’ kunfidenzjalità, ta’ integrità jew ta’ disponibbiltà tikklassifika l-assi bħala Markatura tal-UE: SENSITTIVA: Akkwist Konġunt tal-ETS. Markatura ta’ CH: LIMITATA: ETS. |
10.3. Assenjar tas-Sid tal-Assi tal-Informazzjoni
L-assi kollha tal-informazzjoni jenħtieġ li jkollhom sid assenjat. L-assi tal-informazzjoni tal-ETS, li jappartjenu għall-kollegament jew flimkien mal-kollegament bejn l-EUTL u l-SSTL jenħtieġ li jiġu inklużi f’lista tal-inventarju tal-assi konġunti, miżmuma miż-żewġ Partijiet. L-assi tal-informazzjoni tal-ETS barra mill-kollegament bejn l-EUTL u l-SSTL jenħtieġ li jiġu inklużi f’lista tal-inventarju tal-assi, miżmuma mill-Parti rispettiva.
Il-Partijiet jeħtieġ jaqblu dwar is-sjieda ta’ kull assi tal-informazzjoni li tappartjeni għall-kollegament jew flimkien mal-kollegament bejn l-EUTL u l-SSTL. Is-sid tal-assi tal-informazzjoni huwa responsabbli għall-valutazzjoni tas-sensittività tiegħu.
Is-sid jenħtieġ li jkollu livell ta’ anzjanità li hu xieraq għall-valur tal-assi assenjat(i). Ir-responsabbiltà tas-sid għall-assi u l-obbligu tiegħu għaż-żamma tal-livell ta’ kunfidenzjalità, ta’ integrità u ta’ disponibbiltà meħtieġa jenħtieġ li jiġu maqbula u formalizzati.
10.4. Reġistrazzjoni tal-informazzjoni sensittiva
L-informazzjoni sensittiva kollha għandha tiġi rreġistrata fil-Lista ta’ Informazzjoni Sensittiva (SIL).
Meta rilevanti, l-aggregazzjoni tal-informazzjoni sensittiva li tista’ twassal għal impatt ogħla mill-impatt ta’ biċċa informazzjoni unika, għandha titqies u tiġi rreġistrata fis-SIL (eż. sett ta’ informazzjoni maħżun fil-bażi tad-data tas-sistema).
Is-SIL mhijiex statika. Theddid, vulnerabbiltajiet, il-probabbiltà jew il-konsegwenzi ta’ inċidenti tas-sigurtà relatati mal-assi jistgħu jinbidlu mingħajr ebda indikazzjoni u jistgħu jiġu introdotti assi ġodda fl-operat tas-sistemi tar-reġistri.
Għalhekk, is-SIL għandha tiġi rieżaminata regolarment u kwalunkwe informazzjoni ġdida li tiġi identifikata bħala sensittiva għandha tiġi rreġistrata minnufih fis-SIL.
Is-SIL għandu jkun fiha mill-anqas l-informazzjoni li ġejja għal kull entrata:
|
— |
Deskrizzjoni tal-informazzjoni |
|
— |
Sid l-informazzjoni |
|
— |
Livell ta’ sensittività |
|
— |
Indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali |
|
— |
Informazzjoni addizzjonali jekk meħtieġa |
10.5. Trattament tal-informazzjoni sensittiva
Meta tiġi pproċessata barra mill-kollegament bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Żvizzeru, l-Informazzjoni sensittiva għandha tiġi trattata f’konformità mal-Istruzzjonijiet dwar it-Trattament.
Il-Partijiet għandhom jitrattaw l-informazzjoni sensittiva li tiġi pproċessata bil-kollegament bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Żvizzeru f’konformità mar-rekwiżiti tas-Sigurtà.
10.6. Ġestjoni tal-Aċċess
L-objettiv tal-Ġestjoni tal-Aċċess huwa li l-utenti awtorizzati jingħataw id-dritt li jużaw servizz, filwaqt li jiġi evitat l-aċċess għall-utenti mhux awtorizzati. Il-Ġestjoni tal-Aċċess xi kultant anke tissejjaħ “Il-Ġestjoni tad-Drittijiet” jew “Il-Ġestjoni tal-Identità”.
Għall-kollegament permanenti tar-reġistru u t-tħaddim tiegħu, iż-żewġ Partijiet jeħtieġu aċċess għall-komponenti li ġejjin:
|
— |
Wiki: Ambjent ta’ kollaborazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni komuni, bħall-ippjanar ta’ rilaxx; |
|
— |
Għodda għall-Ġestjoni tas-Servizzi tal-IT (ITSM) għall-ġestjoni tal-inċidenti u tal-problemi (ara l-kapitolu 3 “Approċċ u Standards”); |
|
— |
Sistema għall-iskambju tal-messaġġi: kull Parti għandha tipprovdi sistema sigura għall-iskambju u għat-trasferiment tal-messaġġi għat-trażmissjoni tal-messaġġi li jkun fihom id-data tat-tranżazzjonijiet. |
L-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni jiżguraw li l-aċċessi huma aġġornati u jaġixxu bħala punti ta’ kuntatt għall-Partijiet tagħhom għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-aċċess. It-talbiet għall-aċċess jiġu trattati skont il-proċeduri għall-Eżekuzzjoni tat-Talbiet.
10.7 Ġestjoni taċ-Ċertifikati/tal-Kjavi
Kull Parti hija responsabbli għall-ġestjoni taċ-ċertifikati/tal-kjavi tagħha (il-ġenerazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-ħżin, l-installazzjoni, l-użu, it-tiġdid, ir-revoka, il-backup u l-irkupru ta’ ċertifikati/kjavi). Kif deskritt fl-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS), għandhom jintużaw biss ċertifikati diġitali maħruġa minn Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (CA) fdata miż-żewġ Partijiet. It-trattament u l-ħżin taċ-ċertifikati/tal-kjavi jridu jsegwu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istruzzjonijiet dwar it-Trattament.
Kwalunkwe revoka u/jew tiġdid taċ-ċertifikati u tal-kjavi għandu jiġi koordinat miż-żewġ Partijiet. Dan iseħħ skont il-proċeduri għall-Eżekuzzjoni tat-Talbiet.
L-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni ser jiskambjaw ċertifikati/kjavi permezz ta’ mezzi siguri ta’ komunikazzjoni skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istruzzjonijiet dwar it-Trattament.
Kwalunkwe verifika ta’ ċertifikati/kjavi fi kwalunkwe mod bejn il-Partijiet ser issir barra mill-banda ta’ frekwenzi.
ANNESS III
STANDARDS TEKNIĊI TAL-KOLLEGAMENT (LTS) SKONT L-ARTIKOLU 3(7) TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM
Standards għall-kollegament permanenti tar-reġistri
Werrej
|
1. |
GLOSSARJU | 23 |
|
2. |
INTRODUZZJONI | 25 |
|
2.1. |
Kamp ta’ applikazzjoni | 25 |
|
2.2. |
Destinatarji | 25 |
|
3. |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI | 25 |
|
3.1. |
Arkitettura tal-Kollegament tal-Komunikazzjoni | 25 |
|
3.1.1. |
Skambju ta’ messaġġi | 26 |
|
3.1.2. |
Messaġġ XML - Deskrizzjoni ta’ livell għoli | 26 |
|
3.1.3. |
Twieqi għall-Inġestjoni | 26 |
|
3.1.4. |
Flussi ta’ Messaġġi tat-Tranżazzjonijiet | 27 |
|
3.2. |
Sigurtà tat-Trasferiment tad-Data 15 | 29 |
|
3.2.1. |
Firewall u Interkonnessjoni tan-Network | 29 |
|
3.2.2. |
Network Privat Virtwali (VPN) | 29 |
|
3.2.3. |
Implimentazzjoni tal-IPSec | 29 |
|
3.2.4. |
Protokoll ta’ trasferiment sigur tal-iskambju tal-messaġġi | 30 |
|
3.2.5. |
Kriptaġġ u Firma XML | 30 |
|
3.2.6. |
Kjavi Kriptografiċi | 30 |
|
3.3. |
Lista ta’ Funzjonijiet taħt il-Kollegament | 30 |
|
3.3.1. |
Tranżazzjonijiet Kummerċjali | 30 |
|
3.3.2. |
Protokoll ta’ Rikonċiljazzjoni | 31 |
|
3.3.3. |
Messaġġ ta’ prova | 31 |
|
3.4. |
Rekwiżiti dwar l-Illoggjar tad-Data | 31 |
|
3.5. |
Rekwiżiti Operazzjonali | 32 |
|
4. |
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DISPONIBBILTÀ | 32 |
|
4.1. |
Disinn tad-Disponibbiltà tal-Komunikazzjoni | 32 |
|
4.2. |
Inizjalizzazzjoni, Komunikazzjoni, Riattivazzjoni u Pjan tal-Ittestjar | 33 |
|
4.2.1. |
Testijiet interni tal-infrastruttura tal-ICT | 33 |
|
4.2.2. |
Testijiet tal-Komunikazzjoni | 33 |
|
4.2.3. |
Testijiet tas-sistema sħiħa (minn tarf sa tarf) | 33 |
|
4.2.4. |
Testijiet tas-sigurtà | 33 |
|
4.3. |
Ambjenti ta’ Aċċettazzjoni/Ttestjar | 34 |
|
5. |
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUNFIDENZJALITÀ U L-INTEGRITÀ | 34 |
|
5.1. |
Infrastruttura għall-Ittestjar tas-Sigurtà | 34 |
|
5.2. |
Dispożizzjonijiet dwar is-Sospensjoni u r-Riattivazzjoni tal-Kollegament | 35 |
|
5.3. |
Dispożizzjonijiet dwar il-Ksur tas-Sigurtà | 35 |
|
5.4. |
Linji gwida għall-Ittestjar tas-Sigurtà | 35 |
|
5.4.1. |
Software | 35 |
|
5.4.2. |
Infrastruttura | 36 |
|
5.5. |
Dispożizzjonijiet dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju | 36 |
1. GLOSSARJU
Tabella 1-1 Akronimi Kummerċjali u Definizzjonijiet
|
Akronimu/Terminu |
Definizzjoni |
|
Kwota |
Kwota għall-emissjoni ta’ tunnellata ta’ ekwivalenti għad-diossidu tal-karbonju matul perjodu speċifikat, li għandha tkun valida biss għall-finijiet li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont l-ETS ta’ kwalunkwe miż-żewġ entitajiet. |
|
CH |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera. |
|
CHU |
Tip ta’ kwota stazzjonarja, imsejħa wkoll CHU2 (li tirreferi għat-tieni perjodu tal-Impenn tal-Protokoll ta’ Kjoto), maħruġa minn CH. |
|
CHUA |
Kwota tal-Avjazzjoni Żvizzera. |
|
COP |
Proċeduri Operazzjonali Komuni. Proċeduri żviluppati b’mod komuni biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera. |
|
ETR |
Reġistru għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. |
|
ETS |
Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. |
|
UE |
L-Unjoni Ewropea. |
|
EUA |
Kwota Ġenerali tal-UE. |
|
EUAA |
Kwota tal-Avjazzjoni tal-UE. |
|
EUCR |
Reġistru Konsolidat tal-Unjoni Ewropea. |
|
EUTL |
Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. |
|
Reġistru |
Sistema kontabilistika għall-kwoti li jinħarġu taħt l-ETS, li żżomm rekord tas-sjieda tal-kwoti miżmuma f’kontijiet elettroniċi. |
|
SSTL |
Reġistru Supplimentari tat-Tranżazzjonijiet Żvizzeru. |
|
Tranżazzjoni |
Proċess f’reġistru li jinkludi t-trasferiment ta’ kwota minn kont għal kont ieħor. |
|
Sistema tar-reġistru tat-tranżazzjonijiet |
Ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet ikun fih rekord ta’ kull tranżazzjoni proposta mibgħuta minn Reġistru għall-ieħor. |
Tabella 1-2 Akronimi Tekniċi u Definizzjonijiet
|
Akronimu |
Definizzjoni |
|
Kriptografija asimmetrika |
Tuża kjavi pubbliċi u privati għall-kriptar u d-dekriptar tad-data. |
|
Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (CA) |
Entità li toħroġ ċertifikati diġitali. |
|
Kjavi kriptografika |
Biċċa informazzjoni li tiddetermina l-output funzjonali ta’ algoritmu kriptografiku. |
|
Dekriptaġġ |
Proċess invers tal-kriptaġġ. |
|
Firma diġitali |
Teknika matematika li tintuża biex tiġi vvalidata l-awtentiċità u l-integrità ta’ messaġġ, software jew dokument diġitali. |
|
Kriptaġġ |
Il-proċess tal-konverżjoni tal-informazzjoni jew tad-data f’kodiċi, speċjalment biex jiġi evitat l-aċċess mhux awtorizzat. |
|
Inġestjoni tal-fajl |
Il-proċess tal-qari ta’ fajl. |
|
Firewall |
Apparat jew software tas-sigurtà tan-network li jimmonitorja u li jikkontrolla t-traffiku tan-network li jkun dieħel u jkun ħiereġ abbażi ta’ regoli predeterminati. |
|
Monitoraġġ dijanjostiku kontinwu |
Sinjal perjodiku ġġenerat u mmonitorjat minn hardware jew software biex jindika operat normali jew biex jissinkronizza partijiet oħra ta’ sistema tal-kompjuter. |
|
IPSec |
IP SECurity. Familja ta’ protokolli tan-network li tawtentika u tikkripta l-pakketti tad-data biex tiġi fornuta komunikazzjoni kriptata sigura bejn żewġ kompjuters fuq network tal-Protokoll tal-Internet. |
|
Ittestjar tal-penetrazzjoni |
Il-prattika tal-ittestjar ta’ sistema tal-kompjuter, network jew applikazzjoni tal-web biex jinstabu vulnerabbiltajiet tas-sigurtà li dak li jattakka jista’ jisfrutta. |
|
Proċess ta’ rikonċiljazzjoni |
Proċess li jiżgura li jkun hemm ftehim bejn żewġ settijiet ta’ rekords. |
|
VPN |
Network Privat Virtwali. |
|
XML |
Extensible Mark-up Language. Dan jippermetti lid-diżinjaturi biex joħolqu t-tikketti personalizzati tagħhom li jippermettu d-definizzjoni, it-trażmissjoni, il-validazzjoni u l-interpretazzjoni tad-data bejn l-applikazzjonijiet u bejn l-organizzazzjonijiet. |
2. INTRODUZZJONI
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom tat-23 ta’ Novembru 2017 (“Ftehim”) jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jistgħu jintużaw għall-konformità skont l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (“EU ETS”) jew l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Iżvizzera (“ETS tal-Iżvizzera”). Biex il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera jiġi operazzjonalizzat, ser jiġi stabbilit kollegament dirett bejn ir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EUTL) tar-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Supplimentari tat-Tranżazzjonijiet Żvizzeru (SSTL) tar-reġistru Żvizzeru, li ser jippermetti t-trasferiment minn reġistru għal reġistru ta’ kwoti tal-emissjonijiet maħruġa taħt kwalunkwe miż-żewġ ETS (Artikolu 3(2) tal-Ftehim). Fl-2020 ġiet implimentata soluzzjoni proviżorja biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera. Mill-2023, il-kollegament tar-reġistri bejn iż-żewġ skemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet se jiżviluppa gradwalment f’kollegament permanenti tar-reġistri li mistenni jiġi implimentat mhux aktar tard mill-2024 u li bis-saħħa tiegħu ser ikun possibbli l-funzjonament tas-swieq konnessi fir-rigward tal-benefiċċji mil-likwidità tas-suq u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet bejn iż-żewġ sistemi kollegati b’mod li jkun ekwivalenti għal suq wieħed magħmul minn żewġ sistemi u li permezz tiegħu l-parteċipanti fis-suq jaġixxu bħallikieku kienu f’suq wieħed, soġġetti biss għad-dispożizzjonijiet regolatorji individwali tal-Partijiet (Anness II tal-Ftehim).
Skont l-Artikolu 3(7) tal-Ftehim, l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jiżviluppaw Standards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) ibbażati fuq il-prinċipji stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim, li jiddeskrivu r-rekwiżiti dettaljati għall-istabbiliment ta’ konnessjoni robusta u sigura bejn l-SSTL u l-EUTL. L-LTS żviluppati mill-amministraturi għandhom isiru effettivi meta jiġu adottati b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
Il-LTS ġew adottati mill-Kumitat Konġunt bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2/2020. Is-LTS aġġornati, kif reġistrati f’dan id-dokument, ser jiġu jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2024. F’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u t-talbiet mill-Kumitat Konġunt, l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni żviluppaw linji gwida tekniċi ulterjuri u ser jaġġornawhom biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament u biex jiġi żgurat li dawk jiġu kontinwament adattati għall-progress tekniku u għar-rekwiżiti l-ġodda relatati mas-sikurezza u mas-sigurtà tal-kollegament u mal-operat effettiv u effiċjenti tiegħu.
2.1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan id-dokument jirrappreżenta l-fehim komuni bejn il-Partijiet tal-Ftehim rigward l-istabbiliment tal-pedamenti tekniċi tal-kollegament bejn ir-reġistri tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera. Filwaqt li jiddeskrivi l-linja bażi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti tal-arkitettura, tas-servizz u tas-sigurtà, ser tkun meħtieġa xi gwida dettaljata ulterjuri biex jiġi operazzjonalizzat il-kollegament.
Għall-funzjonament tajjeb tagħha, il-kollegament ser jeħtieġ proċessi u proċeduri sabiex il-kollegament jiġi operat ulterjorment. Skont l-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, dawk il-kwistjonijiet huma dettaljati f’dokument separat tal-proċeduri operazzjonali komuni (COP), li għandu jiġi adottat separatament b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.
2.2. Destinatarji
Dan id-dokument huwa indirizzat lill-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u lill-amministratur ċentrali tal-Unjoni.
3. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
3.1. Arkitettura tal-Kollegament tal-Komunikazzjoni
L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tipprovdi deskrizzjoni tal-arkitettura ġenerali tal-operazzjonalizzazzjoni tal-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera u l-komponenti differenti involuti fiha.
Peress li s-sigurtà hija parti ewlenija mid-definizzjoni tal-arkitettura tal-link tar-reġistru, ittieħdu l-miżuri kollha biex ikun hemm arkitettura robusta. Il-kollegament permanenti tar-reġistru juża mekkaniżmu ta’ skambju tal-fajls, bħala implimentazzjoni ta’ konnessjoni sigura b’Air Gap.
Is-soluzzjoni teknika tuża:
|
— |
Protokoll ta’ trasferiment sigur tal-iskambju tal-messaġġi; |
|
— |
Messaġġi XML; |
|
— |
Firma diġitali u kriptaġġ ibbażati fuq l-XML; |
|
— |
VPN. |
3.1.1. Skambju ta’ messaġġi
Il-komunikazzjoni bejn ir-reġistru tal-Unjoni u r-reġistru Żvizzeru hija bbażata fuq mekkaniżmu għall-iskambju tal-messaġġi permezz ta’ kanali siguri. Kull terminus iserraħ fuq ir-repożitorju tiegħu stess tal-messaġġi riċevuti.
Iż-żewġ Partijiet iżommu reġistru tal-messaġġi li jirċievu, flimkien mad-dettalji tal-proċessar.
Erruri jew status mhux mistenni jeħtieġ jiġu rrappurtati, bħala twissijiet u jenħtieġ li jkun hemm kuntatt uman bejn it-timijiet ta’ sapport.
|
L-erruri u l-avvenimenti mhux mistennija huma mmaniġġati b’osservazzjoni tal-proċeduri operazzjonali stabbiliti fil-proċess tal-ġestjoni tal-inċidenti tas-COP. |
3.1.2. Messaġġ XML - Deskrizzjoni ta’ livell għoli
Messaġġ XML fih wieħed minn dawn li ġejjin:
|
— |
Talba għal Tranżazzjoni waħda jew aktar u/jew Tweġiba għal Tranżazzjoni waħda jew aktar; |
|
— |
Operazzjoni/tweġiba waħda relatata mar-rikonċiljazzjoni; |
|
— |
Messaġġ wieħed ta’ prova. |
Kull messaġġ fih intestatura li tinkludi:
|
— |
Sistema tal-ETS ta’ oriġini; |
|
— |
Numru tas-Sekwenza. |
3.1.3. Twieqi għall-inġestjoni
Il-kollegament permanenti tar-reġistru huwa bbażat fuq twieqi għall-inġestjoni predefiniti li huma segwiti minn sett ta’ eventi msemmija. It-talbiet għal tranżazzjonijiet li riċevuti permezz tal-kollegament se jiġu inġestiti biss f’intervalli predefiniti. Twieqi għall-inġestjoni jinkludu validazzjoni teknika għal tranżazzjonijiet li joħorġu u li jidħlu. Barra minn hekk, ir-rikonċiljazzjonijiet jistgħu jsiru kuljum u jistgħu jiġu attivati manwalment.
|
Il-bidliet fil-frekwenza u/jew fiż-żmien ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-eventi se jiġu trattati b’osservazzjoni tal-proċeduri operazzjonali stabbiliti fil-proċess tal-eżekuzzjoni tat-talba tas-COP. |
3.1.4. Flussi ta’ Messaġġi tat-Tranżazzjonijiet
Tranżazzjonijiet li joħorġu
Dan jirrifletti l-perspettiva tal-ETS trasferenti. Il-fluss speċifiku huwa muri fid-dijagramma tas-sekwenza li ġejja:
Il-fluss ewlieni juri l-passi li ġejjin (bħal fid-disinn hawn fuq):
|
(a) |
Fir-rigward tal-ETS trasferenti, it-talba għal tranżazzjoni tintbagħat mir-reġistru għar-Reġistru tat-tranżazzjonijiet, ladarba d-dewmien kollu fin-negozju jkun għadda (dewmien ta’ 24 siegħa, meta applikabbli). |
|
(b) |
Ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet jivvalida t-talba għal tranżazzjoni. |
|
(c) |
It-talba għal tranżazzjoni tintbagħat lill-ETS destinatarja. |
|
(d) |
It-tweġiba tal-aċċettazzjoni tintbagħat lir-reġistru tal-ETS oriġinarja. |
|
(e) |
L-ETS tad-destinazzjoni tivvalida t-talba għal tranżazzjoni. |
|
(f) |
L-ETS tad-destinazzjoni tibgħat it-tweġiba tal-aċċettazzjoni lura lir-Reġistru tat-tranżazzjonijiet tal-ETS tal-oriġini. |
|
(g) |
Ir-Reġistru tat-tranżazzjonijiet jibgħat it-tweġiba tal-aċċettazzjoni lir-reġistru. |
Fluss alternattiv “Ċaħda tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet” (bħal fid-disinn hawn fuq, li jibda minn (a) fil-fluss ewlieni):
|
(a) |
Fis-sistema oriġinarja, it-talba għal tranżazzjoni tintbagħat mir-reġistru għar-Reġistru tat-tranżazzjonijiet, ladarba d-dewmien kollu fin-negozju jkun għadda (dewmien ta’ 24 siegħa, meta applikabbli). |
|
(b) |
Ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet ma jivvalidax it-talba |
|
(c) |
Il-messaġġ ta’ ċaħda jintbagħat lir-reġistru oriġinarju. |
Fluss alternattiv “Ċaħda tal-ETS” (bħal fid-disinn hawn fuq, li jibda minn (d) fil-fluss ewlieni):
|
(a) |
Fl-ETS tal-oriġini, it-talba għal tranżazzjoni tintbagħat mir-reġistru għar-Reġistru tat-tranżazzjonijiet, ladarba d-dewmien kollu fin-negozju jkun għadda (dewmien ta’ 24 siegħa, meta applikabbli). |
|
(b) |
Ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet jivvalida t-tranżazzjoni. |
|
(c) |
It-talba għal tranżazzjoni tintbagħat lill-ETS tad-destinazzjoni. |
|
(d) |
Il-messaġġ tal-aċċettazzjoni jintbagħat lir-reġistru tal-ETS tal-oriġini. |
|
(e) |
Ir-Reġistru tat-tranżazzjonijiet tal-ETS akkwirenti ma jivvalidax it-tranżazzjoni. |
|
(f) |
L-ETS akkwirenti tibgħat it-tweġiba taċ-ċaħda lir-Reġistru tat-tranżazzjonijiet tal-ETS trasferenti. |
|
(g) |
Ir-reġistru tat-tranżazzjonijiet jibgħat iċ-ċaħda lir-reġistru. |
Tranżazzjonijiet li jidħlu
Dan jirrifletti l-perspettiva tal-ETS akkwirenti. Il-fluss speċifiku huwa muri fid-dijagramma tas-sekwenza li ġejja:
Id-dijagramma turi:
|
(1) |
Meta r-Reġistru tat-tranżazzjonijiet tal-ETS akkwirenti jivvalida t-talba, dan jibgħat il-messaġġ tal-aċċettazzjoni lill-ETS Trasferenti u messaġġ ta’ “tranżazzjoni kompluta” lir-reġistru tal-ETS akkwirenti. |
|
(2) |
Meta talba li tidħol tiġi miċħuda fuq ir-Reġistru tat-tranżazzjonijiet akkwirenti u tiġi miċħuda, it-talba għal tranżazzjoni ma tintbagħatx lir-reġistru tal-ETS akkwirenti. |
Protokoll
Iċ-ċiklu tal-messaġġ tat-tranżazzjoni jinvolvi biss żewġ messaġġi:
|
— |
ETS Trasferenti Proposta ta’ Tranżazzjoni tal-ETS Akkwirenti. |
|
— |
ETS Akkwirenti Tweġiba għal Tranżazzjoni tal-ETS Trasferenti: Jew Aċċettata jew Miċħuda (inkluża r-raġuni għaċ-ċaħda).
|
Status tat-tranżazzjoni
|
— |
L-istatus tat-tranżazzjoni tal-ETS trasferenti ser jiġi stabbilit għal “proposta” meta tintbagħat it-talba. |
|
— |
L-istatus tat-tranżazzjoni tal-ETS akkwirenti ser jiġi stabbilit għal “proposta” meta tiġi riċevuta t-talba u waqt li tkun qed tiġi ttrattata. |
|
— |
L-istatus tat-tranżazzjoni tal-ETS akkwirenti ser jiġi stabbilit għal “kompluta”/“terminata”, meta l-proposta tiġi pproċessata. L-ETS akkwirenti mbagħad ser tibgħat il-messaġġ ta’ aċċettazzjoni/ċaħda korrispondenti. |
|
— |
L-istatus tat-tranżazzjoni tal-ETS trasferenti ser jiġi stabbilit għal kompluta/terminata meta l-aċċettazzjoni/ċ-ċaħda tiġi riċevuta u pproċessata. |
|
— |
Fl-ETS Trasferenti, l-istatus tat-tranżazzjoni ser jibqa’ kif propost jekk ma tasal l-ebda tweġiba. |
|
— |
L-istatus tat-tranżazzjoni tal-ETS akkwirenti ser tistabbilixxi bħala “terminata” jekk kwalunkwe tranżazzjoni proposta tibqa’ fl-istat “proposta” għal aktar minn 30 minuta. |
|
L-inċidenti relatati mat-tranżazzjonijiet ser jiġu mmaniġġati b’osservazzjoni tal-proċeduri operazzjonali stabbiliti fil-proċess tal-ġestjoni tal-inċidenti tas-COP. |
3.2. Sigurtà tat-Trasferiment tad-Data
Id-data fi tranżitu ser tkun soġġetta għal erba’ livelli ta’ sigurtà:
|
(1) |
Kontroll tal-aċċess għan-network: Firewall u saff ta’ interkonnessjoni tan-network. |
|
(2) |
Kriptaġġ fil-livell tat-trasport: VPN. |
|
(3) |
Kriptaġġ fil-livell tas-sessjoni: Protokoll ta’ trasferiment sigur tal-iskambju tal-messaġġi. |
|
(4) |
Kriptaġġ fil-livell tal-applikazzjoni: Kriptaġġ u firma b’kontenut XML. |
3.2.1. Firewall u Interkonnessjoni tan-Network
Il-kollegament għandu jiġi stabbilit fuq network protett minn firewall ibbażat fuq il-hardware. Il-firewall għandu jiġi konfigurat b’regoli, b’tali mod li l-klijenti “reġistrati” biss ikunu jistgħu jagħmlu konnessjonijiet mas-server tal-VPN.
3.2.2. Network Privat Virtwali (VPN)
Il-komunikazzjonijiet kollha bejn il-Partijiet għandhom jiġu protetti bl-użu ta’ teknoloġija tan-network virtwali privat (VPN). It-teknoloġiji tal-VPN jipprovdu l-kapaċità li tinħoloq “mina” permezz ta’ network bħall-Internet minn punt għall-ieħor, filwaqt li jiġu protetti l-komunikazzjonijiet kollha. Qabel il-ħolqien tal-mina tal-VPN, jinħareġ ċertifikat diġitali lil punt terminali ta’ klijent prospettiv, li jippermetti lill-klijent jipprovdi prova tal-identità waqt in-negozjar tal-konnessjoni. Kull Parti hija responsabbli biex tinstalla ċ-ċertifikat fil-punt terminali tal-VPN tagħha. Bl-użu taċ-ċertifikati diġitali, kull server tal-VPN aħħari ser ikollu aċċess għal awtorità ċentrali biex jinnegozja kredenzjali ta’ awtentikazzjoni. Waqt il-proċess ta’ ħolqien tal-mina, jiġi nnegozjat il-kriptaġġ, filwaqt li jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet kollha li jgħaddu mill-mina jiġu protetti.
Il-punti terminali tal-VPN tal-klijent għandhom jiġu konfigurati ħalli l-mina tal-VPN tinżamm b’mod permanenti, sabiex tkun tista’ ssir komunikazzjoni affidabbli, bidirezzjonali u f’ħin reali bejn il-Partijiet f’kull ħin.
Ġeneralment, l-Unjoni Ewropea qed tuża s-Servizzi Trans-Ewropej Siguri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet (STESTA) bħala network privat ibbażat fuq l-IP. Għalhekk, dan in-network huwa adattat ukoll għall-kollegament permanenti tar-reġistri.
3.2.3. Implimentazzjoni tal-IPSec
L-użu tal-protokoll tal-IPSec biex tiġi ffurmata l-infrastruttura tal-VPN minn sit għal ieħor ser jipprevedi l-awtentikazzjoni minn sit għal ieħor, l-integrità tad-data u l-kriptaġġ tad-data. Il-konfigurazzjonijiet tal-VPN tal-IPSec jiżguraw awtentikazzjoni xierqa bejn żewġ punti terminali f’konnessjoni VPN. Il-Partijiet ser jidentifikaw u jawtentikaw il-klijent remot permezz tal-konnessjoni IPSec bl-użu ta’ ċertifikati diġitali pprovduti minn Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni rikonoxxuta mit-tarf l-ieħor.
L-IPSec tiżgura wkoll l-integrità tad-data tal-komunikazzjonijiet kollha li jgħaddu mill-mina tal-VPN. Il-pakketti tad-data jiġu hashed u ffirmati bl-użu tal-informazzjoni dwar l-awtentikazzjoni stabbilita mill-VPN. Il-kunfidenzjalità tad-data hija garantita bl-istess mod billi tippermetti l-kriptaġġ tal-IPSec.
3.2.4. Protokoll ta’ trasferiment sigur tal-iskambju tal-messaġġi
Il-kollegament permanenti tar-reġistru jiddependi fuq diversi saffi ta’ kriptaġġ biex ikun hemm skambju sigur tad-data bejn il-Partijiet. Iż-żewġ sistemi u l-ambjenti differenti tagħhom huma interkonnessi fil-livell tan-network permezz ta’ mini tal-VPN. Fil-livell tal-applikazzjoni, il-fajls jiġu ttrasferiti bl-użu ta’ protokoll ta’ trasferiment sigur tal-iskambju tal-messaġġi fil-livell tas-sessjoni.
3.2.5. Kriptaġġ u Firma XML
Fil-fajls XML, l-iffirmar u l-kriptaġġ iseħħu f’żewġ livelli. Kull talba għal tranżazzjoni, tweġiba għal tranżazzjoni u messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni jiġu ffirmati b’mod diġitali individwalment.
Fit-tieni pass, kull subelement tal-element “messaġġ” jiġi kkriptat individwalment.
Barra minn hekk, bħala t-tielet pass u biex jiġu żgurati l-integrità u n-nonripudju tal-messaġġ kollu, il-messaġġ tal-element ewlieni jiġi ffirmat b’mod diġitali. Dan jirriżulta f’livell għoli ta’ protezzjoni għad-data inkorporata f’XML. L-implimentazzjoni teknika tosserva l-istandards tal-Konsorzju tal-World Wide Web.
Biex jiġi ddekriptat u vverifikat il-messaġġ, il-proċess jiġi segwit bl-ordni inversa.
3.2.6. Kjavi Kriptografiċi
Il-kriptografija tal-kjavi pubblika ser tintuża għall-kriptaġġ u l-iffirmar.
Għall-każ speċifiku ta’ IPSec, għandu jintuża ċertifikat diġitali maħruġ minn Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (CA) fdata miż-żewġ Partijiet. Din is-CA tivverifika l-identità tad-detentur taċ-ċertifikat u toħroġ ċertifikati li jintużaw biex organizzazzjoni tiġi identifikata b’mod pożittiv u jiġu stabbiliti kanali siguri ta’ komunikazzjoni tad-data bejn il-Partijiet.
|
Il-kjavi kriptografiċi jintużaw għall-iffirmar u l-kriptaġġ tal-kanali ta’ komunikazzjoni u l-fajls tad-data. Iċ-ċertifikati pubbliċi jiġu skambjati b’mod diġitali mill-Partijiet bl-użu ta’ kanali siguri u jiġu vverifikati ’l barra mill-kanal fiss ta’ komunikazzjoni. Din il-proċedura hija parti integrali mill-proċess tal-Ġestjoni tas-Sigurtà tal-Informazzjoni tas-COP. |
3.3. Lista ta’ Funzjonijiet taħt il-Kollegament
Il-kollegament jispeċifika s-sistema ta’ trażmissjoni għal serje ta’ funzjonijiet li jimplimentaw il-proċessi tan-negozju derivati mill-Ftehim. Il-kollegament jinkludi wkoll l-ispeċifikazzjoni għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u għall-messaġġi ta’ prova li ser jippermettu l-implimentazzjoni ta’ monitoraġġ dijanjostiku kontinwu.
3.3.1. Tranżazzjonijiet Kummerċjali
Mill-perspettiva tan-negozju, il-kollegament jikkontempla erba’ (4) tipi ta’ Talbiet għal Tranżazzjonijiet:
|
— |
Trasferiment estern:
|
|
— |
Allokazzjoni Internazzjonali: L-Operaturi tal-Inġenji tal-Ajru amministrati minn ETS waħda b’obbligi fuq l-ETS l-oħra u intitolati li jirċievu kwoti mingħajr ħlas minn dik it-tieni ETS, se jirċievu kwoti tal-avjazzjoni mingħajr ħlas mit-tieni ETS, permezz tat-tranżazzjoni ta’ allokazzjoni internazzjonali. |
|
— |
Treġġigħ lura tal-Allokazzjoni Internazzjonali: Din it-tranżazzjoni se sseħħ f’każ li kwoti mingħajr ħlas allokati lil operatur tal-inġenju tal-ajru li jkollu l-ETS l-oħra jkollhom jitreġġgħu lura għalkollox. |
|
— |
Ritorn ta’ Allokazzjoni Eċċessiva: Simili għat-treġġigħ lura, iżda meta l-allokazzjoni ma għandhiex bżonn titreġġa’ lura għalkollox, u l-kwoti allokati eċċessivi biss jeħtieġ jerġgħu jiġu rritornati għall-ETS allokanti. |
3.3.2. Protokoll ta’ Rikonċiljazzjoni
Ir-rikonċiljazzjonijiet isiru biss wara li jingħalqu t-twieqi għall-messaġġi ta’ inġestjoni, validazzjoni u proċessar.
Ir-rikonċiljazzjonijiet huma parti integrali mill-miżuri ta’ sigurtà u konsistenza tal-kollegament. Iż-żewġ Partijiet ser jaqblu dwar iż-żmien eżatt tar-rikonċiljazzjoni qabel ma joħolqu kwalunkwe skeda. Tista’ sseħħ rikonċiljazzjoni skedata ta’ kuljum jekk ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet. Bħala minimu, mill-inqas ser tiġi eżegwita rikonċiljazzjoni skedata waħda wara li sseħħ kull inġestjoni.
Fi kwalunkwe każ,, kull Parti tista’ tibda r-rikonċiljazzjonijiet manwali fi kwalunkwe ħin.
|
Bidliet fl-iskedar u fil-frekwenza tar-rikonċiljazzjoni skedata se jiġu trattati b’osservazzjoni tal-proċeduri operazzjonali stabbiliti fil-proċess tal-eżekuzzjoni tat-talba tas-COP. |
3.3.3. Messaġġ ta’ prova
Messaġġ ta’ prova huwa pprovdutbiex tiġi ttestjata l-komunikazzjoni minn tarf sa tarf. Il-messaġġ ser ikun fih data li ser tidentifika l-messaġġ bħala test u ser jingħata tweġiba malli jiġi riċevut min-naħa l-oħra.
3.4. Rekwiżiti dwar l-Illoggjar tad-Data
Biex tiġi ssapportjata l-ħtieġa taż-żewġ Partijiet li jżommu informazzjoni preċiża u konsistenti, u li jipprovdu għodod għall-użu fil-proċess ta’ rikonċiljazzjoni biex jiġu riżolti l-inkonsistenzi, għandhom jinżammu erba’ (4) tipi ta’ reġistri tad-data miż-żewġ Partijiet:
|
— |
Reġistri tat-tranżazzjonijiet; |
|
— |
Reġistri tar-rikonċiljazzjonijiet; |
|
— |
Arkivju tal-messaġġi; |
|
— |
Reġistri tal-awditjar intern. |
Id-data kollha f’dawk ir-reġistri għandha tinżamm mill-inqas għal tliet (3) xhur għall-finijiet ta’ individwazzjoni ta’ soluzzjoni u ż-żamma ulterjuri tagħha ser tiddependi fuq il-liġi applikabbli fuq kull tarf għall-finijiet ta’ awditjar. Fajls tar-reġistri li jkollhom aktar minn tliet (3) xhur jistgħu jiġu arkivjati f’post sigur f’sistema tal-IT indipendenti, diment li dan ikun jista’ jinkiseb jew jiġi aċċessat f’perjodu raġonevoli.
Reġistri tat-tranżazzjonijiet
Kemm is-subsistema tal-EUTL kif ukoll dik tal-SSTL huma implimentazzjonijiet tar-Reġistru tat-tranżazzjonijiet.
B’mod aktar speċifiku, ir-Reġistri tat-tranżazzjonijiet ser iżommu rekord ta’ kull tranżazzjoni proposta mibgħuta lill-ETS l-oħra. Kull rekord fih l-oqsma kollha tal-kontenut tat-tranżazzjoni u l-eżitu sussegwenti tat-tranżazzjoni (it-tweġiba tal-ETS riċeventi). Ir-Reġistri tat-tranżazzjonijiet ser iżommu wkoll rekord tat-tranżazzjonijiet li jidħlu kif ukoll it-tweġiba mibgħuta lill-ETS tal-oriġini.
Reġistri tar-rikonċiljazzjonijiet
Ir-Reġistru tar-Rikonċiljazzjoni jinkludi rekord ta’ kull messaġġ ta’ rikonċiljazzjoni skambjat bejn iż-żewġ Partijiet, inkluż l-ID tar-rikonċiljazzjoni, il-kronogramma u r-riżultat tar-rikonċiljazzjoni: Status ta’ rikonċiljazzjoni “Rikonċiljat” jew “Diskrepanzi”. Fil-kollegament permanenti tar-reġistru, il-messaġġi ta’ rikonċilkazzjoni huma parti integrali mill-messaġġi skambjati u għalhekk jinħażnu kif deskritt fit-taqsima “Arkivju tal-messaġġi”.
Iż-żewġ Partijiet għandhom jirreġistraw kull talba u t-tweġiba tagħha fir-Reġistru tar-Rikonċiljazzjonijiet. Għalkemm l-informazzjoni fir-Reġistru tar-Rikonċiljazzjonijiet ma tiġix kondiviża direttament bħala parti mir-Rikonċiljazzjoni nnifisha, l-aċċess għal din l-informazzjoni jista’ jkun neċessarju sabiex jiġu riżolti l-inkonsistenzi.
Arkivju tal-messaġġi
Iż-żewġ Partijiet huma meħtieġa jarkivjaw kopja tad-data skambjata (il-fajls XML), mibgħuta u riċevuta, u jekk dawk jew il-messaġġi XML kinux korretti fil-format tagħhom jew le.
L-għan ewlieni tal-arkivju huwa li jkun hemm awditjar, li jkun hemm evidenza ta’ dak li ntbagħat u li ġie riċevut mingħand il-Parti l-oħra u lilha. F’dak is-sens, flimkien mal-fajls, iċ-ċertifikati relatati jeħtieġ li jiġu arkivjati wkoll.
Dawk il-fajls ser jipprovdu wkoll informazzjoni addizzjonali għall-individwazzjoni ta’ soluzzjoni.
Reġistru tal-awditjar intern
Dawn ir-reġistri huma definiti u jintużaw minn kull Parti waħedha.
3.5. Rekwiżiti Operazzjonali
L-iskambju tad-data bejn iż-żewġ sistemi mhuwiex kompletament awtonomu fil-kollegament permanenti tar-reġistri, u dan ifisser li jeħtieġ li l-operaturi u l-proċeduri jħaddmu l-kollegament. Diversi rwoli u għodod huma dettaljata għal dan l-għan f’dan il-proċess.
4. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DISPONIBBILTÀ
4.1. Disinn tad-Disponibbiltà tal-Komunikazzjoni
L-arkitettura għall-kollegament permanenti tar-reġistri hija fundamentalment infrastruttura u software tal-ICT li tippermetti l-komunikazzjoni bejn l-ETS tal-Iżvizzera u l-ETS tal-UE. L-iżgurar ta’ livelli għoljin ta’ disponibbiltà, integrità u kunfidenzjalità ta’ dan il-fluss tad-data għalhekk isir aspett essenzjali li għandu jitqies fid-disinn tal-kollegament permanenti tar-reġistri. Billi huwa proġett li fih l-infrastruttura tal-ICT, is-software magħmul apposta għall-klijenti, u l-proċessi għandhom rwol integrali, it-tliet elementi kollha jeħtieġ jitqiesu sabiex tiġi ddiżinjata sistema reżiljenti.
Reżiljenza tal-infrastruttura tal-ICT
Il-kapitolu dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ dan id-dokument jipprovdi d-dettalji dwar l-elementi kostitwenti arkitettoniċi. Min-naħa tal-infrastruttura tal-ICT, il-kollegament permanenti tar-reġistri jistabbilixxi network tal-VPN reżiljenti li joħloq mini tal-komunikazzjoni siguri li fuqhom jistgħu jseħħu skambji siguri tal-messaġġi. Elementi oħra tal-infrastruttura huma kkonfigurati f’disponibbiltà għolja u/jew iserrħu fuq mekkaniżmi ta’ riżerva.
Reżiljenza tas-Software speċifikata
Il-moduli tas-software żviluppat apposta jtejbu r-reżiljenza billi jerġgħu jippruvaw il-komunikazzjoni mat-tarf l-ieħor għal perjodu ta’ żmien partikolari jekk għal xi raġuni ma tkunx disponibbli.
Reżiljenza tas-servizzi
Fil-kollegament permanenti tar-reġistri, l-iskambji tad-data bejn il-Partijiet iseħħu f’intervalli predefiniti. Uħud mill-passi meħtieġa fl-iskambji tad-data skedati minn qabel jeħtieġu intervent manwali mill-operaturi tas-sistema u/jew mill-amministraturi tar-reġistri. Filwaqt li jitqies dan l-aspett, u sabiex jiżdiedu d-disponibbiltà u s-suċċess tal-iskambji:
|
— |
Il-proċeduri operazzjonali jipprevedu twieqi biex jitwettaq kull pass. |
|
— |
Il-moduli tas-software għall-kollegament permanenti tar-reġistri jimplimentaw komunikazzjoni asinkronika. |
|
— |
Il-proċess awtomatiku ta’ rikonċiljazzjoni ser jidentifika jekk kienx hemm kwistjonijiet fl-inġestjoni tal-fajls tad-data minn kull tarf. |
|
— |
Il-proċessi ta’ monitoraġġ (infrastruttura tal-ICT u moduli tas-software mfassla apposta) jitqiesu fil-proċeduri tal-Ġestjoni tal-Inċidenti u jiskattawhom (kif definit fid-dokument tal-proċeduri operazzjonali komuni). Dawk il-proċeduri li għandhom l-għan li jnaqqsu ż-żmien biex jerġa’ jibda l-operat normali wara l-inċidenti, huma essenzjali biex jiżguraw proporzjonijiet għolja ta’ disponibbiltà. |
4.2. Inizjalizzazzjoni, Komunikazzjoni, Riattivazzjoni u Pjan tal-Ittestjar
L-elementi differenti kollha involuti fl-arkitettura tal-kollegament permanenti tar-reġistri għandhom jgħaddu minn serje ta’ testijiet individwali u kollettivi sabiex jikkonfermaw li l-pjattaforma hija lesta fil-livell tal-infrastruttura tal-ICT u tas-sistema tal-informazzjoni. Dawk it-testijiet operazzjonali huma prerekwiżit obbligatorju kull darba li l-pjattaforma tagħmel tranżizzjoni tal-kollegament permanenti tar-reġistri minn status sospiż għal dak operazzjonali.
L-attivazzjoni tal-istatus operazzjonali tal-kollegament imbagħad teħtieġ l-eżekuzzjoni b’suċċess ta’ pjan tat-test predefinit. Dan għandu jikkonferma li kull reġistru wettaq l-ewwel sett ta’ testijiet intern, segwit minn validazzjoni tal-konnettività minn tarf sa tarf qabel ma tibda s-sottomissjoni tat-tranżazzjonijiet tal-produzzjoni bejn iż-żewġ Partijiet.
Il-pjan tat-test jenħtieġ li jsemmi l-istrateġija ġenerali tat-test u d-dettalji dwar l-infrastruttura tal-ittestjar. B’mod partikolari, għal kull element f’kull blokk tat-test jenħtieġ li jinkludi:
|
— |
Il-kriterji u l-għodod tat-test; |
|
— |
Ir-rwoli assenjati biex jitwettaq it-test; |
|
— |
Ir-riżultati mistennija (pożittivi u negattivi); |
|
— |
Skeda tat-test; |
|
— |
L-illoggjar tar-rekwiżiti tar-riżultati tat-test; |
|
— |
Id-dokumentazzjoni tal-individwazzjoni ta’ soluzzjoni; |
|
— |
Dispożizzjonijiet tal-indirizzar. |
Bħala proċess, it-testijiet tal-attivazzjoni tal-istatus operazzjonali jistgħu jinqasmu f’erba’ (4) blokok jew fażijiet kunċettwali:
4.2.1. Testijiet interni tal-infrastruttura tal-ICT
Dawk it-testijiet huma maħsuba biex jitwettqu u/jew jiġu vverifikati individwalment mill-amministraturi tar-reġistru f’kull naħa.
Kull element tal-infrastruttura tal-ICT fuq kull tarf għandu jiġi ttestjat individwalment. Dan jinkludi kull komponent uniku tal-infrastruttura. Dawn it-testijiet jistgħu jitwettqu b’mod awtomatiku jew manwali iżda għandhom jivverifikaw li kull element tal-infrastruttura jkun operazzjonali.
4.2.2. Testijiet tal-Komunikazzjoni
Dawk it-testijiet huma attivati individwalment minn kwalunkweParti u l-konklużjoni tat-testijiet teħtieġ il-kooperazzjoni man-naħa l-oħra.
Ladarba l-elementi individwali jkunu operazzjonali, il-kanali ta’ komunikazzjoni bejn iż-żewġ reġistri jeħtieġ li jiġu ttestjati. Għal dan l-għan, kull Parti għandha tivverifika li l-aċċess għall-Internet jaħdem, li l-mini tal-VPN huma stabbiliti, u hemm konnettività tal-IP minn sit għal sit. L-aċċessibbiltà tal-elementi ta’ infrastruttura lokali u remoti u l-konnettività tal-IP jenħtieġ li mbagħad jiġu kkonfermati min-naħa l-oħra.
4.2.3. Testijiet tas-sistema sħiħa (minn tarf sa tarf)
Dawk it-testijiet huma maħsuba biex jitwettqu fuq kull tarf u r-riżultati għandhom jiġu kondiviżi mal-Parti l-oħra.
Ladarba jkunu ġew ittestjati l-kanali ta’ komunikazzjoni u kull komponent individwali taż-żewġ reġistri, kull wieħed minnhom għandu jħejji serje ta’ tranżazzjonijiet u rikonċiljazzjoni simulati li huma rappreżentattivi tal-funzjonijiet kollha li jeħtieġ jiġu implimentati taħt il-kollegament.
4.2.4. Testijiet tas-sigurtà
Dawk it-testijiet huma maħsuba biex jitwettqu u/jew jiġu skattati mill-amministraturi tar-reġistru f’kull tarf u kif deskritt fid-dettall fit-taqsimiet 5.4, “Linji Gwida għall-Ittestjar tas-Sigurtà” u 5.5, “Dispożizzjonijiet għall-Valutazzjoni tar-Riskju”.
Huwa biss wara li kull waħda mill-erba’ fażijiet/blokok tkun intemmet b’riżultati prevedibbli li l-kollegament permanenti tar-reġistri jista’ jitqies fi status operazzjonali.
Riżorsi tal-ittestjar
Kull Parti għandha sserraħ fuq riżorsi speċifiċi tal-ittestjar (software u hardware speċifiċi tal-infrastruttura tal-ICT) u għandha tiżviluppa funzjonijiet tal-ittestjar fis-sistemi rispettivi tagħha sabiex tissapportja l-validazzjoni manwali u kontinwa tal-pjattaforma. Il-proċeduri manwali ta’ ttestjar individwali jew kooperattiv jistgħu jitwettqu fi kwalunkwe ħin mill-amministraturi tar-reġistru. L-attivazzjoni tal-istatus operazzjonali hija proċess manwali fih innifsu.
Bl-istess mod huwa previst li l-pjattaforma twettaq kontrolli awtomatiċi f’intervalli regolari. Dawk il-kontrolli huma maħsuba biex iżidu d-disponibbiltà tal-pjattaforma billi jidentifikaw kwistjonijiet potenzjali bikrija fl-infrastruttura jew fis-software. Dan il-pjan ta’ monitoraġġ tal-pjattaforma huwa magħmul minn żewġ elementi:
|
— |
Monitoraġġ tal-infrastrutturi tal-ICT: miż-żewġ truf, l-infrastruttura ser tiġi mmonitorjata mill-fornituri tas-servizzi tal-infrastruttura tal-ICT. It-testijiet awtomatiċi ser ikopru l-elementi differenti tal-infrastruttura u d-disponibbiltà tal-kanali ta’ komunikazzjoni. |
|
— |
Monitoraġġ tal-applikazzjoni: il-moduli tas-software ta’ kollegament permanenti tar-reġistri ser jimplimentaw monitoraġġ tal-komunikazzjoni tas-sistema fil-livell tal-applikazzjoni (jew manwalment u/jew f’intervalli regolari) li ser jittestja d-disponibbiltà minn tarf sa tarf tal-kollegament billi jissimula wħud mit-tranżazzjonijiet fuq il-kollegament. |
4.3. Ambjenti ta’ Aċċettazzjoni/Ttestjar
L-arkitettura tar-reġistru tal-Unjoni u r-reġistru tal-Iżvizzera jikkonsistu mit-tliet ambjenti li ġejjin:
|
— |
Produzzjoni (PROD): Dan l-ambjent għandu data reali u jipproċessa tranżazzjonijiet reali. |
|
— |
Aċċettazzjoni (ACC): Dan l-ambjent fih data mhux reali jew anonimizzata, rappreżentattiva. Huwa l-ambjent fejn l-operaturi tas-sistema miż-żewġ Partijiet jivvalidaw rilaxxi ġodda. |
|
— |
Test (TEST): Dan l-ambjent fih data mhux reali jew anonimizzata, rappreżentattiva. Dan l-ambjent huwa limitat għall-amministraturi tar-reġistru u huwa maħsub biex jintuża għat-twettiq ta’ testijiet ta’ integrazzjoni miż-żewġ Partijiet. |
Ħlief għall-VPN, it-tliet ambjenti huma indipendenti għalkollox minn xulxin, jiġifieri l-hardware, is-software, il-bażijiet tad-data, l-ambjenti virtwali, l-indirizzi IP, u l-ports jiġu stabbiliti u joperaw b’mod indipendenti minn xulxin.
Fir-rigward tat-tqassim tal-VPN, il-komunikazzjoni bejn it-tliet ambjenti għandha tkun kompletament indipendenti, li hija żgurata bl-użu ta’ STESTA.
5. DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUNFIDENZJALITÀ U L-INTEGRITÀ
Il-Mekkaniżmi u l-Proċeduri tas-Sigurtà jipprevedu għal metodu ta’ żewġ persuni (prinċipju ta’ erba’ għajnejn) għal operazzjonijiet li jseħħu fil-kollegament bejn ir-reġistru tal-Unjoni u r-reġistru Żvizzeru. Il-metodu ta’ żewġ persuni għandu japplika kull meta jkun meħtieġ. Madankollu, dan jista’ ma japplikax għall-passi kollha mwettqa mill-amministraturi tar-reġistru.
Ir-rekwiżiti tas-sigurtà huma meqjusa u indirizzati fil-pjan ta’ ġestjoni tas-sigurtà, li jinkludi wkoll proċessi relatati mat-trattament tal-inċidenti ta’ sigurtà wara ksur eventwali tas-sigurtà. Il-parti operazzjonali ta’ dawk il-proċessi hija deskritta fis-COP.
5.1. Infrastruttura għall-Ittestjar tas-Sigurtà
Kull Parti timpenja ruħha li tistabbilixxi infrastruttura għall-ittestjar tas-sigurtà (billi tuża s-software u l-hardware stabbiliti komuni użati għad-detezzjoni tal-vulnerabbiltajiet fil-fażijiet tal-iżvilupp u tal-operat):
|
— |
Separati mill-ambjent tal-produzzjoni; |
|
— |
Fejn is-sigurtà tiġi analizzata minn tim indipendenti mill-iżvilupp u l-operat tas-sistema. |
Kull Parti timpenja ruħha li twettaq analiżi kemm statika kif ukoll dinamika.
Fil-każ ta’ analiżi dinamika (bħall-ittestjar tal-penetrazzjoni), iż-żewġ Partijiet jimpenjaw ruħhom li jirrestrinġu l-evalwazzjonijiet b’mod ordinarju għall-ambjenti tat-test u l-aċċettazzjoni (kif definit fit-taqsima 4.3, “Ambjenti ta’ aċċettazzjoni/ittestjar”). L-eċċezzjonijiet għal din il-politika huma soġġetti għall-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet.
Qabel ma jiġi varat fl-ambjent tal-produzzjoni, kull modulu tas-software tal-kollegament (kif definit fit-taqsima 3.1, “Arkitettura tal-kollegament tal-komunikazzjoni”) għandu jiġi ttestjat b’sigurtà.
L-infrastruttura tal-ittestjar trid tkun separata kemm fil-livell tan-network kif ukoll f’dak tal-infrastruttura mll-infrastruttura tal-produzzjoni. Hija l-infrastruttura tal-ittestjar, fejn isiru t-testijiet tas-sigurtà meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà.
5.2. Dispożizzjonijiet dwar is-Sospensjoni u r-Riattivazzjoni tal-Kollegament
Fejn ikun hemm suspett li tkun ġiet kompromessa s-sigurtà tar-reġistru Żvizzeru, tal-SSTL, tar-reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL, kwalunkwe Parti għandhaminnufih javżaw lill-oħrau jissospendu l-konnessjoni bejn l-SSTL u l-EUTL.
|
Il-proċeduri għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, għal deċiżjoni li tissospendi u għal deċiżjoni li tirriattiva huma parti mill-proċess tal-Eżekuzzjoni tat-Talba tas-COP. |
Sospensjonijiet
Is-sospensjoni tal-kollegament tar-reġistri f’konformità mal-Anness II tal-Ftehim tista’ sseħħ minħabba:
|
— |
Raġunijiet amministrattivi (per eżempju, manutenzjoni), li huma ippjanati; |
|
— |
Raġunijiet ta’ sigurtà (jew ħsarat fl-infrastruttura tal-IT), li mhumiex ippjanati. |
F’każ ta’ emerġenza, kwalunkwe Parti ser tinforma lill-Parti l-oħra u tissospendi unilateralment il-kollegament tar-reġistri.
Jekk tittieħed deċiżjoni li jiġi sospiż il-kollegament tar-reġistri, kull Parti għalhekk ser tiżgura li l-kollegament jiġi interrott fil-livell tan-network (billi jiġu mblukkati l-partijiet jew il-konnessjonijiet kollha li jkunu deħlin u ħerġin).
|
Id-deċiżjoni li jiġi sospiż ilkollegament tar-reġistri, kemm jekk tkun ippjanata kif ukoll jekk ma tkunx ippjanata, ser tittieħed f’konformità mal-proċedura tal-Ġestjoni tal-Bidla jew tal-Ġestjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà tas-COP. |
Riattivazzjoni tal-Komunikazzjoni
Deċiżjoni biex tiġi attivata mill-ġdid il-link tar-reġistruser tittieħed bil-mod dettaljat fis-COP u fi kwalunkwe każ mhux qabel it-tlestija b’suċċess tal-proċeduri tal-ittestjar tas-sigurtà kif dettaljat fit-taqsimiet 5.4, “Linji gwida għall-ittestjar tas-sigurtà” u 4.2, “Inizjalizzazzjoni, Komunikazzjoni, Riattivazzjoni u Pjan tal-ittestjar”.
5.3. Dispożizzjonijiet dwar il-Ksur tas-Sigurtà
Ksur tas-sigurtà huwa meqjus bħala Inċident tas-Sigurtà li jkollu impatt fuq il-kunfidenzjalità u l-integrità ta’ kwalunkwe informazzjoni sensittiva u/jew id-disponibbiltà tas-sistema li titratta dan il-ksur.
L-informazzjoni sensittiva tiġi identifikata fil-Lista tal-Informazzjoni Sensittiva u tista’ tiġi trattata fis-sistema jew fi kwalunkwe parti relatata tas-sistema.
L-informazzjoni relatata direttament mal-ksur tas-sigurtà ser titqies sensittiva, immarkata “TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika ” u trattata f’konformità mal-istruzzjonijiet ta’ trattament, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
|
Kull ksur tas-sigurtà ser jiġi ttrattat f’konformità mal-kapitolu dwar il-Ġestjoni tal-Inċidenti tas-Sigurtà tas-COP. |
5.4. Linji gwida għall-Ittestjar tas-Sigurtà
5.4.1. Software
L-ittestjar tas-sigurtà, inkluż l-ittestjar tal-penetrazzjoni, jekk ikun applikabbli, għandu jsir tal-inqas fuq ir-rilaxxi ewlenin ġodda kollha tas-software f’konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti fl-LTS sabiex tiġi vvalutata s-sigurtà tal-kollegament u r-riskji relatati.
Jekk ma jkun ġie prodott l-ebda rilaxx ewlieni fl-aħħar 12-il xahar, għandu jsir ittestjar tas-sigurtà fuq is-sistema attwali filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tat-theddida ċibernetika li tkun seħħet fl-aħħar 12-il xahar.
L-ittestjar tas-sigurtà tal-kollegament bejn ir-reġistri għandu jsir fl-ambjent tal-aċċettazzjoni u, jekk meħtieġ, fl-ambjent tal-produzzjoni u bil-koordinazzjoni u l-qbil reċiproku taż-żewġ Partijiet.
L-ittestjar tal-applikazzjonijiet tal-web ser josserva standards internazzjonali miftuħa bħal dawk żviluppati mill-Proġett Open Web għas-Sigurtà tal-Applikazzjonijiet (OWASP).
5.4.2. Infrastruttura
L-infrastruttura li tissapportja s-sistema tal-produzzjoni għandha tiġi skrinjata regolarment kontra l-vulnerabbiltajiet (mill-inqas darba fix-xahar) u l-vulnerabbiltajiet identifikati rranġati fuq l-istess prinċipju kif definit fit-taqsima preċedenti bl-użu ta’ bażi tad-data tal-vulnerabbiltajiet aġġornata.
5.5. Dispożizzjonijiet dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju
Jekk l-ittestjar tal-penetrazzjoni jkun applikabbli, dan irid jiġi inkluż fl-ittestjar tas-sigurtà.
Kull Parti tista’ tikkuntratta kumpanija speċjalizzata għat-twettiq tal-ittestjar tas-sigurtà, diment li din il-kumpanija:
|
— |
Ikollha l-ħiliet u l-esperjenza ta’ tali ttestjar tas-sigurtà; |
|
— |
Ma tkunx qed tirrapporta direttament lill-iżviluppatur u/jew lill-kuntrattur tagħha u la tkun involuta fl-iżvilupp tas-software tal-kollegament u lanqas subkuntrattur tal-iżviluppatur; |
|
— |
Tkun iffirmat Ftehim ta’ Kunfidenzjalità biex iżżomm ir-riżultati kunfidenzjali u biex titrattahom fil-livell ta’ “TRATTAMENT SPEĊJALI: ETS Kritika” f’konformità mal-istruzzjonijiet ta’ trattament. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1873/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)