<HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT>
<HT TYPE="UC">Kokott</HT>
ippreżentati fit-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.
</NOTE>
Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE tat-<DATE ISO="20041213">13 ta’ Diċembru 2004</DATE> li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2004" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="294">ĠU L 153M, p. 294</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 2004/113<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>).
</NOTE>, meqjusa bħala waħda mid-direttivi antidiskriminatorji<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
— Fost id-direttivi antidiskriminatorji, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-<DATE ISO="20000629">29 ta’ Ġunju 2000</DATE> li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20. Vol. 1 p. 23), id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE> li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 79) u d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060705">5 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="2006" NO.OJ="204" PAGE.FIRST="23">ĠU L 204, p. 23</REF.DOC.OJ>).
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġiet solennement ipproklamata għall-ewwel darba fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> f’Nice (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2000" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1">ĠU 2000, C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>) u għat-tieni darba fit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE> fi Strasbourg, (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2007" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="1">ĠU 2007, C 303, p. 1</REF.DOC.OJ> u <REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2010" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="389">ĠU 2010, C 83, p. 389</REF.DOC.OJ>).
It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Unjoni hija stabbilita fuq il-prinċipji ta’ liberta’, demokrazija, rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>
L-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fondamentali ffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità.
[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/>
</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Wara l-emendi li saru għat-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>TUE<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/>) huwa attwalment ifformulat, fil-parti li hija ta’ interess għalina, kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>
L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea tas- <DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, kif adattata fit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE> ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.
</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3</NO.PARAG><ALINEA>
Id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta’ l-Unjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/>
</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kull persuna hija ugwali f’għajnejn il-liġi.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/></ALINEA></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) tal-Karta, li jipprovdi l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, jew l-orjentazzjoni sesswali għandha tkun projbita<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>.</ALINEA></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) tal-Karta, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/> fost l-oħrajn jipprovdi li:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż l-impjieg, ix-xogħol u l-paga<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>.</ALINEA></QUOT.S>
Id-Direttiva 2004/113
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tistabbilixxi qafas għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, bil-ħsieb li jingħata effett fl-Istati Membri għall-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>.</ALINEA></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-prinċipju tal-ugwaljanza skont id-Direttiva 2004/113 huwa ddefinit fl-Artikolu 4(1) :</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa għandu jfisser li:
<LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess inkluż it-trattament inqas favorevoli ta’ nisa għal raġunijiet ta’ tqala u maternità;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-778"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/113, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fatturi attwarjali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>, jipprovdi li:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-kuntratti ġodda kollha konklużi wara l-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> l-iżjed tard, l-użu tas-sess bħala fattur fil-kalkolu ta’ primjums u benifiċċji għal ħtiġiet ta’ assigurazzjoni u servizzi finanzjarji relatati ma għandux jirriżulta f’differenzi fil-primjums u l-benefiċċji ta’ individwi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu qabel il-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> li jippermettu differenzi proporzjonati fi primjums u benefiċċji ta’ individwi fejn l-użu tas-sess huwa fattur determinanti fl-istima ta’ riskju bbażat fuq data attwarjali u statistika rilevanti u preċiża. L-Istati Membri konċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u jiżguraw li tiġi miġbura, pubblikata u regolarment aġġornata data preċiża, rilevanti għall-użu tas-sess bħala fattur attwarjali determinanti. Dawn l-Istati Membri għandhom jirrevedu d-deċiżjoni tagħhom ħames snin wara l-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, wara li jittieħed kont tar-rapport tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 16, u għandhom jibgħatu r-riżultati ta’ din ir-reviżjoni lill-Kummissjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>
Fi kwalunkwe każ, spejjeż relatati ma’ tqala u maternità ma għandhomx jirriżultaw f’differenzi fi primjums u benfiċċji ta’ individwi.
L-Istati Membri jistgħu jiddifferixxu l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dan il-paragrafu sa l-iżjed tard sa sentejn wara l-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>. F’dak il-każ l-Istati Membri konċernati għandhom jinformaw lill-Kummissjoni minnufih<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>.
</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Sabiex kollox ikun integrat, xieraq li jsir riferiment għall-preambolu tad-Direttiva 2004/113; il-premessi (1),(4),(18) u (19) huma fformulati kif ġej:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Unjoni hija mibnija fuq il-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fondamentali u ta’ l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri, u tirrispetta d-drittijiet fondamentali kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fondamentali u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni<?PAGE NO="I-779"?> għall-Istati Membri bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.</TXT>
</NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija prinċipju fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. L-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea jipprojbixxu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tas-sess u jeħtieġu li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tiġi żgurata fl-oqsma kollha.</TXT></NP></CONSID>
<CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>L-użu ta’ fatturi attwarjali relatati mas-sess huwa komuni fil-provvista ta’ l-assigurazzjoni u servizzi finanzjarji relatati. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, l-użu tas-sess bħala fattur attwarjali ma għandux jirriżulta f’differenzi f’primjums u benefiċċji ta’ individwi. Sabiex jiġi evitat aġġustament mill-ġdid tas-suq f’daqqa, l-implimentazzjoni ta’ din ir-regola għandha tapplika biss għal kuntratti ġodda konklużi wara d-data ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Ċerti kategoriji ta’ riskji jistgħu jvarjaw bejn is-sessi. F’xi każijiet, is-sess huwa wieħed iżda mhux neċessarjament l-uniku fattur determinanti fl-istima ta’ riskji assigurati. Għal kuntratti li jassiguraw dawk it-tip ta’ riskji, l-Istati Membri jistghu jiddeċiedu li jippermettu eżenzjonijiet għar-regola ta’ primjums u benefiċċji unisex, sakemm jistgħu jassiguraw li data attwarjali u statistika li fuqhom huma bbażati l-kalkoli, huma affidabbli, aġġornati regolarment u disponibbli għall-pubbliku. Eżenzjonijiet huma permessi biss fejn liġi nazzjonali għadha ma applikatx diġà r-regola unisex. Ħames snin wara t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-ġustifikazzjoni għal dawn l-eżenzjonijiet, wara li jittieħed kont tad-data attwarjali u statistika l-iktar reċenti u rapport mill-Kummissjoni tliett snin wara d-data ta’ trasposizzjoni ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S>
Il-liġi tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> li temenda l-liġi tal-<DATE ISO="20070510">10 ta’ Mejju 2007</DATE> li għandha l-għan li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa, fir-rigward tas-sess fi kwistjonijiet tal-assigurazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> Nr. 373 tal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, p. 66175).
</NOTE> minħabba li tittrasponi d-Direttiva 2004/113<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Kif indikat fl-Artikolu 2 tal-liġi tal-21 ta’ Dicembru 2007.
</NOTE>.<?PAGE NO="I-780"?> Din il-liġi kienet ifformulata mill-ġdid permezz ta’ dispożizzjoni adottata ftit xhur biss wara jiġifieri l-Artikolu 10 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20070510">10 ta’ Mejju 2007</DATE> li għandha l-għan li tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> Nr. 159 tat-<DATE ISO="20070530">30 ta’ Mejju 2007</DATE>, p. 29031.
</NOTE>. Din il-verżjoni l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20071220">20 ta’ Diċembru 2007</DATE> u hija fformulata kif ġej<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Il-verżjoni emendata ddaħħlet mill-Artikolu 3 tal-liġi tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, il-mument preċiż tad-dħul fis-seħħ tagħha huwa ppreċiżat fl-Artikolu 5.
</NOTE>:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>
B’deroga għall-Artikolu 8, distinzjoni diretta proporzjonali tista’ tkun stabbilita fuq il-bażi tas-sess għall-istabbiliment ta’ primjums u ta’ benefiċċji tal-assigurazzjoni, meta s-sess huwa fattur determinanti fl-evalwazzjoni tar-riskji abbażi ta’ informazzjoni attwarjali u statistika rilevanti u preċiża.
Din id-deroga ma hijiex applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja skont l-Artikolu 97 tal-liġi tal-<DATE ISO="19920625">25 ta’ Ġunju 1992</DATE> fuq il-kuntratt tal-assigurazzjoni mhux relatati mal-baħar.
</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Mill-<DATE ISO="20071221">21 ta’Diċembru 2007</DATE>, l-ispejjeż relatati mat-tqala u l-maternità taħt l-ebda ċirkustanza ma jistgħu jkomplu jirriżultaw f’differenzi fil-primjums u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>
Il-Kumitat għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni għandu jiġbor id-data attwarjali u l-istatistika msemmija fil-punt (1) u jippubblikahom sal-<DATE ISO="20080620">20 ta’ Ġunju 2008</DATE>, imbagħad jippubblika aġġornamenti kull sentejn u jtellagħhom fuq is-sit elettroniku. Din id-data għandha tkun aġġornata kull sentejn.
Il-Kumitat għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni għandu jkun awtorizzat li jitlob lill-istituzzjonijiet, l-impriżi u l-individwi kkonċernati biex jipprovdu d-data meħtieġa għal dan l-iskop.
</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kumitat għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea d-data li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu f’konformità ma’ dan l-artikolu sal-<DATE ISO="20091221">21 ta’ Diċembru 2009</DATE>. Il-Kumitat għandu jikkomunika din id-data lill-Kummissjoni Ewropea kull meta tkun aġġornata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.005"><NO.PARAG>(5)</NO.PARAG><ALINEA>
Il-Kmamar Leġiżlattivi għandhom sal-<DATE ISO="20110301">1 ta’ Marzu 2011</DATE>, jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fuq il-bażi tad-data msemmija fis-subparagrafi (3) u (4) tar-rapport tal-Kummissjoni Ewropea msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/113/KE u tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea.
<?PAGE NO="I-781"?>
Din l-evalwazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta’ rapport ippreżentat lill-Kmamar leġiżlattivi minn Kumitat għall-Evalwazzjoni fi żmien sentejn.
B’digriet deliberat fil-Kunsill tal-Ministri, ir-Re għandu jistabbilixxi r-regoli l-iktar iddettaljati għall-kompożizzjoni u l-ħatra tal-Kumitat għall-Evalwazzjoni, kif ukoll il-forma u l-kontenut tar-rapport.
Il-Kumitat għandu jirrapporta b’mod partikolari dwar l-effetti ta’ dan l-artikolu fuq is-sitwazzjoni tas-suq u għandu jeżamina wkoll il-kriterji ta’ segmentazzjoni minbarra dawk relatati mas-sess.
</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.006"><NO.PARAG>(6)</NO.PARAG><ALINEA>Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-kuntratti tal-assigurazzjoni konklużi taħt sistema ta’ sigurtà soċjali supplimentari. Kuntratti bħal dawn għandhom ikunu esklużivament suġġetti għall-Artikolu 12<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S>
</NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 4 tal-Liġi tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE> jinkludi d-dispożizzjoni li ġejja:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Sakemm tkun ippubblikata mill-Kumitat għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni d-data attwarjali u statiska rilevanti u preċiża msemmija fl-Artikolu 10(3) tal-Liġi tal-<DATE ISO="20070510">10 ta’ Mejju 2007</DATE> li tiġġieled id-diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tas-sess fi kwistjonijiet tal-assigurazzjoni [kif emendata b’din il-liġi], għandha tkun awtorizzata distinzjoni diretta fuq il-bażi tas-sess għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-primjums u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni jekk din tkun iġġustifikata b’mod oġġettiv minn skop leġittimu u jekk il-mod tal-kisba ta’ dak l-iskop huwa xieraq u neċessarju. Il-Kumitat għall-Banek, il-Finanzi u l-Assigurazzjoni għandu jippubblika d-data sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20080620">20 ta’ Ġunju 2008</DATE>.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/></ALINEA></QUOT.S>
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet fundamentali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>KEDB<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/> iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>). Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod konsistenti ddikjarat li l-KEDB għandha sinjifikat speċjali fil-ħolqien tal-istandard tad-drittijiet fundamentali li għandha tosserva l-Unjoni Ewropea; ara fost l-oħrajn is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20070626">26 ta’ Ġunju 2007</DATE> fil-kawża Ordre des barreaux francophones et germanophone <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-305/05" PAGE.ECR="I-5305" YEAR="2007">C-305/05, Ġabra, p. I-5305</REF.DOC.ECR>, punt 29, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata f’din il-kawża). Ara wkoll l-Artikolu 6(2) UE u l-Artikolu 6(3) TUE.
</NOTE>, l-Artikolu 26 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Iffirmat fid-<DATE ISO="19661219">19 ta’ Diċembru 1966</DATE> u daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="19760323">23 ta’ Marzu 1976</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">UNTS</HT> 999, p. 171).
</NOTE>, u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Iffirmata fit-<DATE ISO="19791218">18 ta’ Diċembru 1979</DATE> u daħlet fis-seħħ fit-<DATE ISO="19810903">3 ta’ Settembru 1981</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">UNTS</HT> 1249, p. 13).
Sentenza Nr. 103/2009, Ref 4486, disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-cour costitutionnelle tal-Belġju fl-indirizz http://www.const-court.be/de/common/home.html. (ikkonsultat l-aħħar fl-<DATE ISO="20100901">1 ta’ Settembru 2010</DATE>).
</NOTE>:</TXT>
<QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva [2004/113] huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod iktar speċifiku mal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni ggarantit mill-istess dispożizzjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, huwa l-istess Artikolu 5(2) tad-Direttiva inkompatibbli wkoll mal-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jekk l-applikazzjoni tiegħu<?PAGE NO="I-783"?> hija limitata biss għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S>
Proposta għal direttiva tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għall-oġġetti u s-servizzi u għall-provvista ta’ oġġetti u servizzi, COM(2003) 657 finali.
</NOTE>. Barra minn hekk, fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Proposta għad-direttiva, il-Kummissjoni, wara li analizzat fid-dettall il-problema fil-kawża inkwistjoni, finalment iddikjarat li hija totalment kontra l-awtorizzazzjoni ta’ differenzi abbażi tas-sess fir-rigward tal-primjums u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni u speċifikament sabithom inkompatibbli mal-prinċipju tat-trattament ugwali<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Proposta tal-Kummisjoni ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punti 7 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, b’mod partikolari t-tieni inċiż fl-aħħar ta’ paġna 9.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Huwa iktar sorprendenti li f’din il-kawża, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 ma jiksirx il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, iżda ssostni li fil-fatt dan huwa espressjoni ta’ dak il-prinċipju. Anki meta staqsewha dwar dan, il-Kummissjoni ma setgħatx tagħti raġuni plawsibbli kif f’daqqa waħda biddlet l-opinjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħi, għandi dubji kunsiderevoli jekk l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 fil-formazzjoni adottata mill-Kunsill huwiex għalkollox adatt biex jispjega l-prinċipju ta’ trattament ugwali b’mod partikolari r-rekwiżit li sitwazzjonijiet differenti ma jkunux trattati bl-istess mod. Dispożizzjoni li għandha dan l-għan għandha tkun applikabbli fl-Istati Membri kollha. Fil-verità, madankollu, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 għandu, skont il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, ikun applikabbli biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>meta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tkunx diġà applikat r-regola tal-unisex<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/><NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara r-raba’ sentenza tal-premessa 19 tad-Direttiva 2004/113.
Sentenzi tat-<DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, Les Verts vs Il-Parlament, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-294/83" PAGE.ECR="1339" YEAR="1986">C-294/83, Ġabra p. 1339</REF.DOC.ECR>, punt 23) u tat-<DATE ISO="20080903">3 ta’ Settembru 2008</DATE>, Kadi u Al Barakaat International Foundation vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Kadi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/05 P+C-415/05 P" PAGE.ECR="I-6351" YEAR="2008">C-402/05 P u C-415/05 P, Ġabra p. I-6351</REF.DOC.ECR>, punt 281).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Kundizzjoni tal-legalità tal-atti kollha tal-Unjoni Ewropea hija r-rispett għad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara f’dan is-sens is-sentenza Kadi (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 285).
</NOTE>. Dan minħabba li l-Unjoni hija msejsa fuq il-prinċipji tal-libertà, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt [l-Artikolu 6(1) UE]<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Din id-dispożizzjoni fil-principju hija identika ma’ dik tal-Artikolu 2 TUE.
</NOTE>. Għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif garantit mill-KEDB u kif dawn jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri bħala prinċipji ġenerali tal-liġi [l-Artikolu 6(2) UE]<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi fil-prinċipju mal-Artikolu 6(3) TUE.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sommarju tad-drittijiet fundamentali ggarantiti fil-livell tal-Unjoni issa jistgħu jinstabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona [l-Artikolu 6(1) TUE],<?PAGE NO="I-785"?> għandha l-istess valur legali bħat-Trattati<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara wkoll is-sentenzi tat-<DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, Kücükdeveci (C-555/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 22), u tal-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, Knauf Gips vs Il-Kummissjoni (C-407/08 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 91).
</NOTE>. Anki fir-rigward tal-perijodu qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona meta l-Karta kienet għadha ma għandhiex impatti legali vinkolanti meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni primarja; jista’ madankollu jsir riferiment għaliha bħala sors ta’ ispirazzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fil-livell tal-Unjoni Ewropea<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-432/05" PAGE.ECR="I-2271" YEAR="2007">C-432/05, Ġabra p. I-2271</REF.DOC.ECR>, punt 37), tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, International Transport Workers’ Federation u Finnish Seamen’s Union (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-438/05" PAGE.ECR="I-10779" YEAR="2007">C-438/05, Ġabra p. I-10779</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44), tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Laval un Partneri (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/05" PAGE.ECR="I-11767" YEAR="2007">C-341/05, Ġabra p. I-11767</REF.DOC.ECR>, punti 90 u 91), u tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Dynamic Medien (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/06" PAGE.ECR="I-505" YEAR="2008">C-244/06, Ġabra p. I-505</REF.DOC.ECR>, punt 41).
</NOTE>. Dan japplika b’mod partikolari meta miżura legali tkun qed tiġi eżaminata, li fiha l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea stess tkun għamlet riferiment għall-Karta, kif ġara fil-każ inkwistjoni fil-premessa 4 tal-preambolu tad-Direttiva 2004/113<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill (Ġabra p. I-5769, punt 38).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ġenerali tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni huwa espress fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprovdi li kulħadd huwa ugwali f’għajnejn il-liġi. Din il-kawża madankollu tikkonċerna l-prinċipju tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa li diġà kien irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju bażiku tal-liġi tal-Unjoni Ewropea<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tat-<DATE ISO="19760408">8 ta’ April 1976</DATE>, Defrenne (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Defrenne II<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="43/75" PAGE.ECR="455" YEAR="1976">43/75, Ġabra p. 455</REF.DOC.ECR>, punt 12), u tal-<DATE ISO="19780615">15 ta’ Ġunju 1978</DATE>, Defrenne (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Defrenne III<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="149/77" PAGE.ECR="1365" YEAR="1978">149/77, Ġabra p. 1365</REF.DOC.ECR>, punti 26 u 27).
</NOTE> u li issa huwa speċifikament stabbilit bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 23(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Għalhekk ser nitratta l-kumplament ta’ dawn il-konklużjonijiet fis-sens ta’ dan il-prinċipju biss. Peress li ma hemm l-ebda differenza fundamentali għall-iskopijiet ta’ din il-kawża bejn il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>prinċipju tad-drittijiet ugwali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0027" REF.START="QS0027"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>projbizzjoni tad-diskriminazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0028" REF.START="QS0028"/>, ser nużahom bħala sinonimi.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 stess ma tagħmilx differenza abbażi tas-sess tal-persuna assigurata, iżda sempliċement tawtorizza lill-Istat Membru biex jagħmel dan, ma għandu l-ebda influwenza fl-eżaminazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ dik id-dispożizzjoni ma’ leġiżlazzjoni superjuri. Dan minħabba li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma tistax tawtorizza lill-Istat Membru sabiex jieħu miżuri li jiksru d-drittijiet tal-Unjoni Ewropea u huwa l-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistħarreġ dan<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara f’dan is-sens is-sentenza Il-Parlament vs Il-Kunsill (diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, b’mod partikolari l-punti 76, 84, 90 u 103).
Ara f’dan ir-rigward is-sentenzi bażiċi tas-<DATE ISO="19860226">26 ta’ Frar 1986</DATE>, Marshall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="152/84" PAGE.ECR="723" YEAR="1986">152/84, Ġabra p. 723</REF.DOC.ECR>, punt 36) u Beets-Proper (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="262/84" PAGE.ECR="773" YEAR="1986">262/84, Ġabra p. 773</REF.DOC.ECR>, punt 38). Ara barra minn hekk is-sentenzi tal-<DATE ISO="19940224">24 ta’ Frar 1994</DATE>, Roks <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-343/92" PAGE.ECR="I-571" YEAR="1994">C-343/92, Ġabra p. I-571</REF.DOC.ECR>, punt 36), tas-<DATE ISO="20000406">6 ta’ April 2000</DATE>, Jørgensen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-226/98" PAGE.ECR="I-2447" YEAR="2000">C-226/98, Ġabra p. I-2447</REF.DOC.ECR>, punt 39), tal-<DATE ISO="20030320">20 ta’ Marzu 2003</DATE>, Kutz-Bauer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-187/00" PAGE.ECR="I-2741" YEAR="2003">C-187/00, Ġabra p. I-2741</REF.DOC.ECR>, punt 60), u tat-<DATE ISO="20031023">23 ta’ Ottubru 2003</DATE>, Schönheit u Becker (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-4/02+C-5/02" PAGE.ECR="I-12575" YEAR="2003">C-4/02 u C-5/02, Ġabra p I-12575</REF.DOC.ECR>, punt 85).
</NOTE>. Dik l-importanza hija enfasizzata wkoll fit-Trattati f’punti prominenti; fi żmien l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/113, pereżempju fl-Artikolu 2 KE u l-Artikolu 3(2)KE u issa fl-Artikolu 2 TUE, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 8 TFUE u l-Artikolu 10 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Minkejja dan, uħud mill-partijiet fil-proċedura pprovaw inaqqsu mill-importanza ta’ dan il-prinċipju fil-każ inkwistjoni. Madankollu, l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa f’dan ir-rigward ma huwa konvinċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li jidher li qed jaħsbu l-Kunsill u l-Kummissjoni, ma jsegwix l-ewwel nett, mill-bażi legali tal-Artikolu 13(1)KE, li fuqha hija bbażata d-Direttiva 2004/113, li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija relattivament libera biex tiddetermina l-kontenut tal-miżuri li jiġġieldu d-diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) KE huwa dispożizzjoni skont liema l-Kunsill <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>jista’<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0029" REF.START="QS0029"/> jieħu azzjoni biex jiġġieled id-diskriminazzjoni. Għalhekk, mingħajr dubju l-istituzzjoni għandha ċerta diskrezzjoni rigward l-adegwatezza, l-iskop materjali u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni li għandu jadotta. Fil-limiti tal-projbizzjoni tat-teħid ta’ miżuri arbitrarji, il-Kunsill għalhekk fil-prinċipju seta’ totalment jeżenta wkoll xi servizzi bħall-assigurazzjoni mill-ambitu tad-Direttiva 2004/113.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, bid-Direttiva 2004/113, b’mod partikolari l-Artikolu 5, il-Kunsill deliberament għażel li jadotta leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom mingħajr restrizzjoni jirreżistu eżami skont leġiżlazzjoni superjuri tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari skont id-drittijiet fundamentali rrikonoxxuti mill-Unjoni. Għandhom, biex nuża l-kliem tal-Artikolu 13(1) KE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ikunu xierqa<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0030" REF.START="QS0030"/> biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni u huma stess ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni. Il-Kunsill ma jistax jevadi dak l-eżami sempliċement billi jargumenta li seta’ wkoll ma ħa l-ebda azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-importanza tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fil-każ inkwistjoni ma jistax jitnaqqas billi jingħad li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>mhux assolutament korrett<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0031" REF.START="QS0031"/>,<?PAGE NO="I-787"?> jiġifieri mhux dritt fundamentali assolut. Dan għaliex, għalkemm id-drittijiet fundamentali bħala regola jistgħu jkunu assoluti, għandhom jintużaw bħala kejl fl-eżaminazzjoni tal-legalità tal-miżuri legali<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara, rigward il-prinċipju tat-trattament ugwali, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19900614">14 ta’ Ġunju 1990</DATE>, Weiser (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-37/89" PAGE.ECR="I-2395" YEAR="1990">C-37/89, Ġabra p. I-2395</REF.DOC.ECR>, punti 13 u 14), u tal-<DATE ISO="20070911">11 ta’ Settembru 2007</DATE>, Lindorfer vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-227/04 P" PAGE.ECR="I-6767" YEAR="2007">C-227/04 P, Ġabra p. I-6767</REF.DOC.ECR>, punt 51); ara rigward l-istess sens, dwar id-dritt fundamentali tar-rispett għall-ħajja tal-familja, is-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, b’mod partikolari l-punti 76, 90 u 103).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Differenzi fit-trattament bejn is-sessi jistgħu ovvjament ikunu ġġustifikati f’ċirkustanzi partikolari. Ġustifikazzjoni għal diskriminazzjoni <HT TYPE="ITALIC">diretta</HT> abbażi ta’ sess, li l-eżaminazzjoni tagħha hija l-kwistjoni esklużiva tal-każ inkwistjoni, hija madankollu konċepibbli f’ċirkustanzi limitati biss u għandha tkun raġunata b’attenzjoni kbira. Il-leġiżlatur tal-Unjoni bl-ebda mod ma huwa liberu li jippermetti eċċezzjonijiet arbitrarji għall-prinċipju tat-trattament ugwali u b’hekk ixekkel il-projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Inżid ngħid li l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess ma teħtieġx speċifikazzjoni konkreta, irrispettivament minn kif tkun indikata, min-naħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni jadotta — u fid-dawl tal-għanijiet tat-Trattati<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara dwar dan, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati diġà ċċitati fil-punt 31 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
Jista’ wkoll ikun jirreferi għas-sess tal-benefiċjarju tal-kuntratt tal-assigurazzjoni, li mhux neċessarjament ikun l-istess persuna assigurata. Madankollu, għar-raġunijiet ta’ sempliċità, ser nirreferi dejjem għall-persuna assigurat.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dan ma jfissirx neċessarjament li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 jagħti lok għal diskriminazzjoni diretta abbażi tas-sess tal-persuna, li hija pprojbita mid-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19841213">13 ta’ Diċembru 1984</DATE>, Sermide (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/83" PAGE.ECR="4209" YEAR="1984">C-106/83 Ġabra p. 4209</REF.DOC.ECR>, punt 28), tas-<DATE ISO="20051206">6 ta’ Diċembru 2005</DATE>, ABNA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/03+C-12/04+C-194/04" PAGE.ECR="I-10423" YEAR="2005">C-453/03, C-12/04 u C-194/04, Ġabra p. I-10423</REF.DOC.ECR>, punt 63); tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Arcelor Atlantique u Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Arcelor<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0033" REF.START="QS0033"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/07" PAGE.ECR="I-9895" YEAR="2008">C-127/07, Ġabra p. I-9895</REF.DOC.ECR>, punt 23), u tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, S.P.C. M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-558/07" PAGE.ECR="I-5783" YEAR="2009">C-558/07, Ġabra p. I-5783</REF.DOC.ECR>, punt 74).
</NOTE>, il-prinċipju tat-trattament ugwali jew ta’ nondiskriminazzjoni — fosthom il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tas-sess, li huwa biss espressjoni partikolari — jeħtieġ li sitwazzjonijiet komparabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Dan ma huwiex differenti minn dak stabbilit mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2004/113, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ diskriminazzjoni diretta bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>fejn persuna hija ttrattata inqas favorevolment, abbażi tas-sess, milli hija, kienet jew tkun ittrattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0034" REF.START="QS0034"/>. Anki direttivi oħra li huma kontra d-diskriminazzjoni fihom dispożizzjonijiet li huma simili għal din id-definizzjoni [ara l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/43, l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78 u l-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2006/54].
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi eżaminat jekk is-sitwazzjonijiet li rġiel u nisa jinsabu fihom fir-rigward tas-servizzi tal-assigurazzjoni jistgħux jippreżentaw differenzi rilevanti għall-kamp ġuridiku.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-elementi li jikkaratterizzaw sitwazzjonijiet differenti u għaldaqstant in-natura komparabbli tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu stabbiliti u evalwati fid-dawl tal-għan u tal-iskop tar-regola li tistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni. Barra minn hekk, għandhom ikunu kkunsidrati l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam li fih taqa’ r-regola inkwistjoni<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Is-sentenza Arcelor, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 (punt 26).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Bħalma ġie indikat minn diversi partijiet f’dawn il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 huwa mmirat lejn il-partikolaritajiet tas-settur tal-assigurazzjoni. Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni joffru servizzi li, mill-mument li jiġi konkluż il-kuntratt, ma jistax jingħad b’ċertezza jekk, meta u b’liema mod ser tibbenefika minnhom il-persuna assigurata. L-użu ta’ previżjonijiet fil-kamp tal-kalkolu attwarjali tal-primjums u tas-servizzi huwa indispensabbli biex finalment dan ir-riskju jkun kalkolabbli u l-offerta tal-prodotti titfassal skont ir-riskji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-789"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Pereżempju, fir-rigward tal-assigurazzjoni għall-ħajja u l-assigurazzjoni għall-pensjoni, l-enfasi ser tkun fuq l-istennija tal-ħajja prevedibbli tal-persuna assigurata, fil-każ ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għas-sewqan tal-vetturi, fuq il-probabbiltà li l-assigurat jikkawża inċident tat-traffiku, u fil-każ tal-assigurazzjoni privata għar-riskji tas-saħħa, fuq il-probabbiltà li l-assigurat jitlob servizzi mediċi partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, it-twettiq ta’ previżjonijiet individwali fir-rigward ta’ kull persuna assigurata normalment ma huwiex prijorità iżda tintuża l-istatistika miġbura maż-żmien. Dan l-iktar minħabba l-fatt li huwa diffiċili, jekk mhux impossibbli, li jkun iddeterminat preċiżament ir-riskju assigurattiv ta’ persuna partikolari. Għalhekk, fil-prinċipju, huwa leġittimu li ssir analiżi tar-riskju ta’ kategoriji differenti ta’ nies, minflok — jew flimkien ma’ — evalwazzjoni individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwistjoni dwar liema kategoriji ta’ persuni jistgħu jkunu kkostitwiti għal dan il-għan tiddependi dejjem fuq il-kundizzjonijiet tal-qafas legali rispettiv. Sabiex jiġu stabbiliti dawn il-kundizzjonijiet ta’ qafas — proċess li jinvolvi deċiżjonijiet ta’ natura politika, ekonomika u soċjali u li jista’ jeħtieġ valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi — il-Kunsill għandu, fl-eżerċizzju tal-kompetenza mogħtija lilu, marġni diskrezzjonali wiesa’<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ġurisprudenza kostanti: ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Arcelor, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 (punt 57); S. P. C. M. <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29 (punt 42), u tat-<DATE ISO="20100608">8 ta’ Ġunju 2010</DATE>; Vodafone <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-58/08 li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 52).
</NOTE>. Din iċ-ċirkustanza tressqet ġustament minn ħafna mill-partijiet intervenjenti f’dawn il-proċeduri. Fl-ambitu tad-diskrezzjoni tiegħu, il-Kunsill jista’ — u għandu — iżomm f’moħħu wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din id-diskrezzjoni tal-Kunsill ma hijiex bla limitu. B’mod partikolari, l-użu tad-diskrezzjoni ma jistax irendi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni mingħajr sinjifikat<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenza tad-<DATE ISO="20030909">9 ta’ Settembru 2003</DATE>, Rinke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-25/02" PAGE.ECR="I-8349" YEAR="2003">C-25/02, Ġabra p. I-8349</REF.DOC.ECR>, punt 39). Fl-istess sens, iżda fir-rigward tal-miżuri ta’ politika soċjali adottati mill-Istati Membri, ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="19990209">9 ta’ Frar 1999</DATE>, Seymour–Smith u Perez (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/97" PAGE.ECR="I-623" YEAR="1999">C-167/97 Ġabra p. I-623</REF.DOC.ECR>, punti 74 u 75); Kutz-Bauer, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 (punti 55-57); tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, Steinicke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-77/02" PAGE.ECR="I-9027" YEAR="2003">C-77/02, Ġabra p. I-9027</REF.DOC.ECR>, punt 63), u tat-<DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, Confédération générale du travail <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/05" PAGE.ECR="I-611" YEAR="2007">C-385/05 Ġabra p. I-611</REF.DOC.ECR>, punti 28 u 29). Il-Qorti tal-Ġustizzja esprimiet ruħha f’termini simili f’sentenzi reċenti dwar il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-età: ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, Mangold (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-144/04" PAGE.ECR="I-9881" YEAR="2005">C-144/04, Ġabra p. I-9881</REF.DOC.ECR>, punti 63-65); tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Hütter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-88/08" PAGE.ECR="I-5325" YEAR="2009">C-88/08, Ġabra p. I-5325</REF.DOC.ECR>, punti 45-50), u Kücükdeveci, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20 (punti 38-42).
</NOTE>. Il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni jinkludu, fost l-oħrajn, iżda mhux biss il-projbizzjonijiet speċifiċi ta’ diskriminazzjoni stipulati mill-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-Kunsill ma jistax pereżempju jawtorizza li fis-settur tal-assigurazzjoni jiġu applikati kriterji ta’ distinzjoni abbażi tar-razza u tal-oriġini etnika ta’ persuna<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Direttiva 2000/43 — li permezz tagħha l-Kunsill ħoloq qafas leġiżlattiv għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi ta’ razza jew ta’ oriġini etnika — ma tinkludi l-ebda forma ta’ deroga għall-kunsiderazzjoni ta’ fatturi attwarjali.
</NOTE>. F’unjoni li hija msejsa fuq l-istat tad-dritt, li ddikjarat ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem,<?PAGE NO="I-790"?> id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni bħala l-prinċipji supremi tagħha<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
L-Artikolu 2 TUE fil-verżjoni tat-Trattat ta’ Lisbona; fit-termini analogi kien diġà fformulat qabel l-Artikolu 6(1) UE.
</NOTE>; ikun totalment mhux xieraq jekk pereżempju, fil-kamp tal-assigurazzjoni għar-riskji tal-mard, jingħata riskju differenti għal tumuri tal-ġilda skont il-kulur tal-ġilda tal-persuna assigurata, u abbażi ta’ dan, din il-persuna tintalab primjum iktar jew inqas għoli.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Daqs tant ieħor mhux xieraq li r-riskji tal-assigurazzjoni jkunu bbażati fuq is-sess ta’ persuna. Ma hemmx biżżejjed raġunijiet oġġettivi biex jingħad li l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tas-sess mid-dritt tal-Unjoni, tipprovdi inqas protezzjoni mill-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza u fuq l-oriġini etnika taħt id-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, bħar-razza u l-oriġini etnika, anki s-sess jikkostitwixxi karatteristika li hija intrinsikament marbuta mal-persuni assigurati u li fuq liema karatteristika ma jista’ jkollhom l-ebda influwenza<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Fil-kuntest preżenti, m’iniex ser nitratta l-ipotesi partikolari tat-tibdil tas-sess.
</NOTE>. Barra minn hekk, is-sess ta’ persuna — diversament minn pereżempju l-età<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Anki l-età hija karatteristika intrinsikament konnessa mal-persuna, iżda, kull persuna tgħaddi minn stadji ta’ età differenti f’ħajjitha. Għalhekk jekk, il-primjums u s-servizzi tal-assigurazzjoni jiġu kkalkolati diversament skont l-età, dan ma jikkostitwixxix element li jista’ jagħti lok għal preġudizzju ta’ dannu għall-persuna assigurata bħala individwu. Matul il-ħajja kulħadd jista’, abbażi tal-età, jasal sabiex jibbenefika minn prodotti tal-assigurazzjoni iktar jew inqas favorevoli għalih.
</NOTE>, — ma huwiex suġġett għal tibdil naturali tal-ebda tip.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Konsegwentement, huwa perfettament loġiku li fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/113, il-Kunsill formalment jipprojbixxi l-fattur tas-sess fil-kalkolu tal-primjums u tas-servizzi tal-assigurazzjoni. Anki l-ispejjeż tat-tqala u tal-maternità, li għal raġunijiet bijoloġiċi ovvji, jikkonċernaw biss lin-nisa<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Il-fatt li persuni assigurati rġiel huma assoċjati mal-finanzjament tal-ispejjeż marbuta mat-tqala u l-maternità ovvjament huwa ġġustifikat mill-prinċipju tar-responsabbiltà. Fil-fatt, minkejja li huma biss in-nisa li jistgħu jinqabdu tqal, kull tqala tinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ raġel.
</NOTE>, bl-ebda mod ma jistgħu jwasslu għal differenzi fil-primjums u l-benefiċċji għall-irġiel u n-nisa assigurati.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kunsill, fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113, jippermetti l-fattur tas-sess fil-kalkolu tal-primjums u tas-servizzi tal-assigurazzjoni, meta dan il-fattur huwa determinanti għall-valutazzjoni tar-riskji, abbażi ta’ statistika u data attwarjali rilevanti u preċiża. Id-dispożizzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għall-kuntrarju tal-Artikolu 5(3) tal-istess direttiva, ma tiffokax fuq differenzi bijoloġiċi evidenti bejn il-persuni assigurati. Din tirrigwarda pjuttost każijiet li fihom riskji tal-assigurazzjoni jistgħu jassoċjawhom <HT TYPE="ITALIC">statistikament</HT> mas-sess tal-persuna assigurata.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tressqu ż-żewġ eżempji li ġejjin:<?PAGE NO="I-791"?> in-nisa għandhom — mill-aspett statistiku — aspettativa ta’ ħajja itwal minn dik tal-irġiel, u l-inċidenti tat-traffiku gravi ta’ spiss huma iktar kkawżati — dejjem mill-aspett statistiku — mill-irġiel iktar milli min-nisa. Barra minn hekk, minn żmien għal żmien jingħad fir-rigward tal-politiki tal-assigurazzjoni privata għall-mard, li — mill-aspett statistiku — in-nisa jużaw iktar servizzi mediċi mill-irġiel<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
B’mod partikolari, in-nisa jużaw iktar ta’ spiss kura preventiva u jieħdu iktar mediċini.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, għadha sal-lum ma ħaditx pożizzjoni ċara fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk, fit-tfassil ta’ prodotti tal-assigurazzjoni, differenzi potenzjali bejn il-persuni, li jistgħu jkunu sempliċement marbuta statistikament mas-sess tagħhom, jistgħux jew, anki, għandhomx iwasslu għal trattament differenti bejn persuni assigurati tas-sess maskili u femminili.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fis-sentenzi Neath u Coloroll Pension Trustees, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-istennija tal-ħajja differenti bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi fattur attwarjali meħud bħala bażi tal-finanzjament tas-sistemi tal-pensjoni kkontestati f’dawn il-kawżi<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tat-<DATE ISO="19931222">22 ta’ Diċembru 1993</DATE>, Neath (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/91" PAGE.ECR="I-6935" YEAR="1993">C-152/91, Ġabra p. I-6935</REF.DOC.ECR>, punt 24), u tat-28 ta’ 1994, Coloroll Pension Trustess (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/91" PAGE.ECR="I-4389" YEAR="1994">C-200/91, Ġabra p. I-4389</REF.DOC.ECR>, punt 73).
</NOTE>. Minkejja dan, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ddeċidietx dwar il-kompatibbiltà ta’ dan il-fattur mal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess li titħares mid-dritt tal-Unjoni. Din il-qorti pjuttost iddikjarat li l-prinċipju tal-paga ndaqs irrikonoxxut mill-Artikolu 119(1) tat-Trattat KEE [li sar l-Artikolu 157(1), TFUE], <HT TYPE="ITALIC">ma kienx applikabbli minħabba li</HT> l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni mħallsa mill-persuna li timpjega biss kienu jiddependu fuq il-fattur attwarjali iżda mhux dawk imħallsa mill-impjegati; għalhekk, f’dak iż-żmien, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-ebda paga fis-sens tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ma kienet affettwata<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi Neath (punti 26-34) u Coloroll Pension Trustees (punti 75-85), it-tnejn diġà ġew iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tenniet, <HT TYPE="ITALIC">in obiter dicta</HT> fiż-żewġ sentenzi Neath u Coloroll Pension Trustees, li l-<HT TYPE="ITALIC">kontribuzzjonijiet imħallsa mill-impjegati</HT> lill-iskema ta’ pensjonijiet tax-xogħol, li kienu koperti mill-Artikolu 119(1) tat-Trattat KEE, kellhom ikunu l-istess għall-impjegati kollha, irġiel u nisa, peress li dawn huma parti integrali mill-paga<NOTE NOTE.ID="E0042" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi Neath (punt 31, it-tieni sentenza) u Coloroll Pension Trustees (punt 80, it-tieni sentenza), it-tnejn diġà ġew iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 40.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Is-sentenzi Neath u Coloroll Pension Trustees pjuttost jissuġġerixxu l-konklużjoni<?PAGE NO="I-792"?> li l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, imħarsa mid-dritt tal-Unjoni, tipprekludi differenzi bejn l-irġiel u n-nisa li huma purament ta’ statistika u li ma għandhomx ikunu kkunsidrati fir-rigward tar-riskji tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dan għandu jservi wkoll bħala gwida għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kamp tal-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet ta’ diskriminazzjoni mħarsa mid-dritt tal-Unjoni, l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">diskriminazzjoni indiretta</HT> tista’ tirriżulta mill-istatistika<NOTE NOTE.ID="E0043" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara pereżempju, sentenzi tat-<DATE ISO="19890713">13 ta’ Lulju 1989</DATE>, Rinner-Kühn (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/88" PAGE.ECR="2743" YEAR="1989">C-171/88, Ġabra p. 2743</REF.DOC.ECR>, punti 11 u 12); Steinicke, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33 (punti 56 u 57); tat-<DATE ISO="20040113">13 ta’ Jannar 2004</DATE>, Allonby (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/01" PAGE.ECR="I-873" YEAR="2004">C-256/01, Ġabra p. I-873</REF.DOC.ECR>, punti 75 u 81), u tat-<DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Wippel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/02" PAGE.ECR="I-9483" YEAR="2004">C-313/02, Ġabra p. I-9483</REF.DOC.ECR>, punt 43).
</NOTE>. Madankollu, sa fejn għandu x’jaqsam ma’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja għadha s’issa ma aċċettatx l-istatistika bħala l-uniku punt ta’ riferiment — u b’hekk, b’mod definittiv, bħala ġustifikazzjoni — għal <HT TYPE="ITALIC">diskriminazzjoni dirett</HT>a.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Dan il-ħsieb prudenti tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jintrabat mal-prominenza li l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess għandha fid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Diskriminazzjoni diretta abbażi ta’ sess — bl-eċċezzjoni ta’ miżuri ta’ inċentiv speċifiċi li jibbenefikaw minnhom membri ta’ grupp żvantaġġat (azzjoni affirmattiva)<NOTE NOTE.ID="E0044" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara l-Artikolu 3(3)(2) TUE, l-Artikolu 8 TFUE u l-Artikolu 157(4), TFUE.
</NOTE>, hija aċċettata biss jekk jista’ jkun stabbilit b’ċertezza li hemm differenzi rilevanti bejn l-irġiel u n-nisa, li joħolqu l-ħtieġa għal tali diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, hija proprju din iċ-ċertezza li hija nieqsa fil-każ tal-kalkolu tal-primjums u tas-servizzi tal-assigurazzjoni b’mod differenti esklużivament għall-irġiel u n-nisa, jew għall-inqas essenzjalment, abbażi tal-istatistika. F’dan il-każ jiġi presuppost mill-bidu, li d-differenza bejn l-irġiel u n-nisa assigurati fir-rigward tal-istennija tal-ħajja tagħhom, tad-differenza fil-propensità tagħhom li jieħdu riskji meta jsuqu u tad-differenza fl-inklinazzjoni tagħhom li jużaw servizzi mediċi — li jidhru mill-istatistika — huma essenzjalment minħabba s-sess tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fir-realtà iżda, bħalma ġie osservat minn Test-Achats li s’issa ma hemm l-ebda<?PAGE NO="I-793"?> kontradizzjoni għal dan il-punt, hemm numru ta’ fatturi oħra li għandhom rwol importanti fl-evalwazzjoni tar-riskji tal-assigurazzjoni msemmija iktar ’il fuq. B’hekk, pereżempju, l-istennija tal-ħajja tal-persuni assigurati, li tippreżenta interess partikolari fil-kawża inkwistjoni, hija influwenzata ħafna mill-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali kif ukoll mid-drawwiet ta’ kull individwu (pereżempju, it-tip ta’ xogħol li jagħmel, it-tip ta’ familja u l-kuntest soċjali, id-drawwiet tal-ikel, il-konsum ta’ stimulanti<NOTE NOTE.ID="E0045" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Partikolarment, it-tabakk, ix-xorb alkoħoliku, il-kafè u t-tè.
</NOTE> u/jew drogi, attivitajiet fil-ħin liberu, attivitajiet sportivi).</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-tibdil soċjali flimkien mat-telf tas-sinjifikat tal-mudelli ta’ rwol tradizzjonali, ma huwiex iktar possibli li l-impatti ta’ fatturi ta’ imġiba fis-saħħa u l-istennija tal-ħajja ta’ persuna jintrabtu mas-sess tagħha. Fil-fatt, biex nerġgħu nieħdu l-ftit eżempji li semmejna iktar ’il fuq, illum kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa għandhom attivitajiet professjonali impenjattivi u xi drabi stressanti ħafna, iż-żewġ sessi jikkunsmaw ammonti kunsiderevoli ta’ stimulanti, u anki t-tip u l-ammont ta’ attivitajiet sportivi pprattikati mill-persuni, ma jistgħux ikunu awtomatikament relatati speċifikament ma’ sess partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Mill-premessi tal-preambolu tad-Direttiva 2004/113, ma jirriżultawx elementi li juru li l-Kunsill b’xi mod ikkunsidra dawn iċ-ċirkustanzi<NOTE NOTE.ID="E0046" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara b’mod partikolari, il-premessa 19 tad-Direttiva 2004/113.
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-kumplessità ta’ din il-problema, ma ngħatatx l-importanza meħtieġa fil-mument meta l-Kunsill, fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113, sempliċement ippermetta li d-differenzi bejn il-persuni assigurati jkomplu jintrabtu biss, jew għall-inqas essenzjalment, mas-sess tal-persuna kkonċernata, anki jekk jiġi stabbilit ċertu xkiel f’dak ir-rigward (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>fattur determinanti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0035" REF.START="QS0035"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>differenzi proporzjonali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0036" REF.START="QS0036"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>data relattiva u preċiża<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0037" REF.START="QS0037"/> li jkunu ppubblikati u aġġornati regolarment).</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Bħala ma ġie rrikonoxxut, huwa partikolarment faċli li jkunu implementati d-distinzjonijiet ibbażati fuq is-sess fir-rigward tal-prodotti tal-assigurazzjoni. Għall-kuntrarju, il-perċettibbiltà u l-evalwazzjoni korretta tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali kif ukoll l-istil ta’ ħajja tal-persuna assigurata huma iktar ikkumplikati u huwa iktar diffiċili biex jiġu vverifikati, speċjalment minħabba li dawn il-fatturi jistgħu jinbidlu maż-żmien. Madankollu, diffikultajiet prattiċi biss ma jiġġustifikawx l-użu, sa ċertu punt għal raġunijiet ta’ konvenjenza, tas-sess tal-persuna assigurata bħala kriterju ta’ distinzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-794"?><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Huwa inkompatibbli mal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa l-fatt li s-sess ta’ persuna jintuża, bħala <HT TYPE="ITALIC">kriterju sostituttiv</HT> minflok elementi distintivi oħrajn. Fil-fatt, b’dan il-mod ma huwiex possibbli li jiġi ggarantit li dawn l-eventwali differenzi fil-primjums u fis-servizzi assigurattivi għal persuni assigurati rġiel u nisa li jkunu bbażati esklużivament fuq kriterji oġġettivi, li ma għandhom xejn x’jaqsmu mad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kunsiderazzjonijiet ta’ natura finanzjarja — bħal pereżempju l-periklu, ippreżentat minn xi partijiet intervenjenti f’dawn il-proċeduri, ta’ żieda fil-primjums għal xi wħud mill-persuni assigurati jew saħansitra għall-persuni assigurati kollha — ma hijiex raġuni oġġettiva biex tiġġustifika trattament differenti abbażi ta’ sess<NOTE NOTE.ID="E0047" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara f’dan is-sens, is-sentenzi Roks <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 (punt 36); Schönheit u Becker, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 (punt 85); Steinicke, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33 (punt 66), kif ukoll tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, Nikoloudi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/02" PAGE.ECR="I-1789" YEAR="2005">C-196/02, Ġabra p. I-1789</REF.DOC.ECR>, punt 53).
</NOTE>. Barra minn hekk, jidher raġonevoli wkoll li jiġi presuppost li, fin-nuqqas ta’ klawżola derogatorja bħall-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113, il-primjums għal xi wħud mill-persuni assigurati jkunu ogħla minn kemm huma llum; normalment dan għandu jkun ibbilanċjat minn primjums orħas għall-persuni assigurati tas-sess oppost f’kull każ. Fi kwalunkwe każ, ħadd mill-partijiet intervenjenti ma sostna li l-introduzzjoni ta’ tariffi unisex, ser twassal għal periklu serju tal-bilanċ finanzjarju tas-sistemi tal-assigurazzjoni privati.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, jiena tal-opinjoni — bħalma diġà qal l-Avukat Ġenerali Van Gerven<NOTE NOTE.ID="E0048" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Konklużjonijiet Magħquda ppreżentati mill-Avukat Ġenerali Van Gerven fit-<DATE ISO="19930428">28 ta’ April 1993</DATE> għall-kawżi Ten Oever <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/91+C-110/91+C-152/91+C-200/91" PAGE.ECR="I-4879" YEAR="1993">C-109/91, C-110/91, C-152/91 u C-200/91, Ġabra p. I-4879</REF.DOC.ECR>, punti 34-39). Fil-kawża Lindorfer vs Il-Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26), sar riferiment minn xi partijiet intervenjenti f’dawn il-proċeduri, għall-fatt li l-Avukat Ġenerali Jacobs (konklużjonijiet ippreżentati fis-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, punt 70) u l-Avukat Ġenerali Sharpston (konklużjonijiet ippreżentati fit-<DATE ISO="20061130">30 ta’ Novembru 2006</DATE>, punt 46) ma analizzawx b’mod iktar dettaljat id-domanda li qed niddiskutu hawn, u ħallewha mingħajr risposta.
</NOTE>, - li l-applikazzjoni ta’ fatturi attwarjali bbażati fuq is-sess, ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak espost hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara l-invalidità tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 minħabba l-ksur tal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, imħaddna bħala dritt fundamentali. Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi f’dan is-sens, mhux ser tkun waħidha peress li iktar minn tletin sena ilu, il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti tal-Amerika iddeċidiet, b’riferiment għall-fondi tal-assigurazzjoni tal-pensjoni, li s-Civil Rights Act tal-1964 jipprojbixxi trattament differenti tal-persuni assigurati abbażi tas-sess<NOTE NOTE.ID="E0049" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tal-United States Supreme Court tal-<DATE ISO="19780425">25 ta’ April 1978</DATE>; City of Los Angeles vs Manhard [435 U.S. 702 (1978)], u tas-<DATE ISO="19830706">6 ta’ Lulju 1983</DATE>, Arizona Governing Comm. vs Norris [463 U.S. 1073 (1983)].
</NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-795"?><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex neċessarju li jiġi ddikjarat li d-Direttiva 2004/113 kollha hija invalida. Huwa veru li l-annullament iżolat ta’ dispożizzjoni waħda ta’ direttiva ma hijiex permissibbli f’każ li d-dispożizzjoni partikolari hija intrinsikament marbuta mal-bqija tad-direttiva; fil-fatt, l-annullament parzjali ta’ dik id-direttiva jibdel is-sustanza tad-dispożizzjonijiet inklużi fiha, li hija fakultà riżervata esklużivament għal-leġiżlatur tal-Unjoni<NOTE NOTE.ID="E0050" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Ara pereżempju, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20001005">5 ta’ Ottubru 2000</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-376/98" PAGE.ECR="I-8419" YEAR="2000">C-376/98, Ġabra p. I-8419</REF.DOC.ECR>, punt 117); tal-<DATE ISO="20050524">24 ta’ Mejju 2005</DATE>, Franza vs Il-Parlament u Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-244/03" PAGE.ECR="I-4021" YEAR="2005">C-244/03 Ġabra p. I-4021</REF.DOC.ECR>, punti 15, 19 u 20), u s-sentenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0038" REF.START="QS0038"/>, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22 (punti 27 u 28).
</NOTE>. Fil-każ inkwistjoni, minkejja t-talba speċifika tiegħi, ħadd mill-partijiet intervenjenti fil-proċeduri — u speċjalment il-Kunsill, bħala l-awtur tad-Direttiva 2004/113 — ma ċaħad li l-Artikolu 5(2) jikkostitwixxi parti separabbli mid-direttiva u għalhekk jista’ jkun suġġett għal dikjarazzjoni iżolata ta’ invalidità. Il-fatt li l-Artikolu 5(2) ma kienx oriġinarjament maħsub u kien miżjud biss wara mad-Direttiva 2004/113, fil-proċedura leġiżlattiva, huwa fattur ieħor favur din l-opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja xorta tqis l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 validu, din id-dispożizzjoni, bħala dispożizzjoni ta’ deroga, għandha tkun interpretata b’mod restrittiv. Il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-artikolu għall-użu ta’ data ta’ statistika u attwarjali relatata mas-sess, għandha tkun suġġetta għal kontroll perijodiku u strett mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, u dan fid-dawl tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa<NOTE NOTE.ID="E0051" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
F’dan il-kuntest, huwa importanti jiġi enfasizzat li l-Istati Membri mhux biss għandhom jinterpretaw id-dritt nazzjonali tagħhom f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll ikunu attenti li ma jagħtux interpretazzjoni lil-liġi sekondarja tal-Unjoni b’mod li tmur kontra d-drittijiet fundamentali mħarsa mid-dritt tal-Unjoni stess jew prinċipji oħra ġenerali tad-dritt tal-Unjoni (sentenza Ordre des barreaux francophones et germanophones <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 28).
Sentenzi tat-<DATE ISO="19960208">8 ta’ Frar 1996</DATE>, FMC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/94" PAGE.ECR="I-389" YEAR="1996">C-212/94, Ġabra p. I-389</REF.DOC.ECR>, punt 56) u tal-<DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE>, Unión de Pequeños Agricultores/Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/00 P" PAGE.ECR="I-6677" YEAR="2002">C-50/00 P Ġabra p. I-6677</REF.DOC.ECR>, punt 40).
</NOTE>, hija ġurisprudenza stabbilita li l-konsegwenzi li jirriżultaw minn dikjarazzjoni ta’ invalidità għandhom jiġu stabbiliti b’analoġija abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE u li huma applikabbli għas-sentenzi ta’ annullament<NOTE NOTE.ID="E0053" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tal-<DATE ISO="19801015">15 ta’ Ottobru 1980</DATE>, Providence agricole de la Champagne (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-4/79" PAGE.ECR="2823" YEAR="1980">C-4/79, Ġabra p. 2823</REF.DOC.ECR>, punti 44 u 45), Maïseries de Beauce (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/79" PAGE.ECR="2883" YEAR="1980">C-109/79, Ġabra p. 2883</REF.DOC.ECR>, punti 44 u 45), u Roquette Frères (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-145/79" PAGE.ECR="2917" YEAR="1980">C-145/79, Ġabra p. 2917</REF.DOC.ECR>, punti 51 u 52); tad-<DATE ISO="19880629">29 ta’ Ġunju 1988</DATE>, van Landschoot (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/86" PAGE.ECR="3443" YEAR="1988">C-300/86, Ġabra p. 3443</REF.DOC.ECR>, punt 24); tat-<DATE ISO="20011108">8 ta’ Novembru 2001</DATE>, Silos (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/99" PAGE.ECR="I-8401" YEAR="2001">C-228/99, Ġabra p. I-8401</REF.DOC.ECR>, punt 35), u tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Régie Networks (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/07" PAGE.ECR="I-10807" YEAR="2008">C-333/07, Ġabra p. I-10807</REF.DOC.ECR>, punt 121).
</NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-796"?><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Għalhekk, b’mod ġenerali, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara l-invalidità ta’ att Komunitarju fil-kuntest ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari għandha impatti retroattivi bl-istess mod bħal sentenza ta’ annullament<NOTE NOTE.ID="E0054" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tas-<DATE ISO="19940426">26 ta’ April 1994</DATE>, Roquette Frères (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/92" PAGE.ECR="I-1445" YEAR="1994">C-228/92, Ġabra p. I-1445</REF.DOC.ECR>, punt 17), u FMC <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 52 (punt 55); fir-rigward tal-effett retroattiv fis-sentenzi tal-annullament, ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, Centre d’exportation du livre français, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>CELF<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0039" REF.START="QS0039"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/06" PAGE.ECR="I-469" YEAR="2008">C-199/06, Ġabra p. I-469</REF.DOC.ECR>, punti 61 u 63).
</NOTE>. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistabbilixxi l-invalidità hija wkoll għal kwalunkwe qorti oħra motiv biżżejjed biex dak l-att jiġi kkunsidrat invalidu għall-finijiet tas-sentenzi deċiżi minnha<NOTE NOTE.ID="E0055" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenza tat-<DATE ISO="19810513">13 ta’ Mejju 1981</DATE>, International Chemical Corporation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/80" PAGE.ECR="1191" YEAR="1981">C-66/80, Ġabra p. 1191</REF.DOC.ECR>, punt 13), u d-digriet tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, Fratelli Martini u Cargill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-421/06" PAGE.ECR="I-152" YEAR="2007">C-421/06, Ġabra p. I-152</REF.DOC.ECR>, punt 54).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, abbażi tal-prinċipju espress fit-tieni inċiż tal-Artikolu 264 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tordna ż-żamma ta’ wħud mill-effetti tal-att ikkontestat jekk tqis li dan huwa meħtieġ, peress illi hija tgawdi minn poter diskrezzjonali f’dan ir-rigward<NOTE NOTE.ID="E0056" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tas-<DATE ISO="19850227">27 ta’ Frar 1985</DATE>, Société des produits de maïs (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/83" PAGE.ECR="719" YEAR="1985">C-112/83, Ġabra p. 719</REF.DOC.ECR>, punt 18) u tal-<DATE ISO="19860115">15 ta’ Jannar 1986</DATE>, Pinna (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-41/84" PAGE.ECR="1" YEAR="1986">C-41/84, Ġabra p. 1</REF.DOC.ECR>, punt 26).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-passat, il-Qorti tal-Ġustizzja użat din il-prerogattiva, b’mod partikolari meta kunsiderazzjonijiet imperattivi ta’ ċertezza legali, fid-dawl tal-interessi kollha inkwistjoni, għamlu dan neċessarju<NOTE NOTE.ID="E0057" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi Pinna, diġà ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56 (punti 26-28); Silos, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 (punt 36); tal-<DATE ISO="19920310">10 ta’ Marzu 1992</DATE>, Lomas <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (kawżi magħquda <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-38/90+C-151/90" PAGE.ECR="I-1781" YEAR="1992">C-38/90 u C-151/90, Ġabra p. I-1781</REF.DOC.ECR>, punt 24), u Régie Networks, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 (punt 122).
</NOTE> meta f’dan il-kuntest il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi ta’ dikjarazzjoni ta’ nullità jew ta’ invalidità fid-drittijiet tal-operaturi ekonomiċi<NOTE NOTE.ID="E0058" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenza tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-239/01" PAGE.ECR="I-10333" YEAR="2003">C-239/01, Ġabra p. I-10333</REF.DOC.ECR>, punt 78); kunsiderazzjonijiet simili huma wkoll il-bażi tas-sentenza Defrenne II, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 (punti 69-75), tas-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, Barber (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/88" PAGE.ECR="I-1889" YEAR="1990">C-262/88, Ġabra p. I-1889</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari, il-punti 40-45), u Régie Networks, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 (punt 123, l-ewwel sentenza).
</NOTE>. Dawn il-prinċipji jistgħu jiġu invokati b’mod utli wkoll f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Kif irrileva, b’mod partikolari, il-Gvern tar-Renju Unit, wara li daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2004/113, ġew konklużi ħafna — anki forsi miljuni — ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bbażati fuq evalwazzjonijiet tar-riskji speċifikament relatati mas-sess, li fihom il-partijiet ikkonċernati bbażaw ruħhom fuq il-validità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rispettivi tagħhom adottati skont l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, l-effetti tal-Artikolu 5(2) għandhom jinżammu għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Min-naħa waħda, ma għandhomx jitqiegħdu inkwistjoni t-trattamenti differenti abbażi tas-sess applikati fil-passat b’relazzjoni mal-primjums u s-servizzi tal-assigurazzjoni. Id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113 għandu jkollha effetti biss fil-futur.</TXT></NP><?PAGE NO="I-797"?><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex ibiddlu l-liġijiet tagħhom sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 5(2). B’dan il-mod, anki l-industrija tal-assigurazzjoni tingħata żmien ta’ tranżizzjoni biex tikkonforma mal-kundizzjonijiet ġuridiċi l-ġodda u biex tkun tista’ tbiddel is-servizzi u l-prodotti tagħha. Fuq dak li stabilixxa l-leġiżlatur tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/113, inħoss li huwa importanti li jingħata żmien ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin<NOTE NOTE.ID="E0059" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Id-data tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li jagħmel riferiment għaliha l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2004/113, hija eżatt tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, jiġifieri l-<DATE ISO="20041221">21 ta’ Diċembru 2004</DATE> (għall-pubblikazzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, ara l-Artikolu 18 tad-Direttiva).
</NOTE>. Dan il-perijodu ta’ żmien jibda jgħodd minn meta l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti s-sentenza tagħha fuq din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, il-primjums tal-assigurazzjoni kollha tal-futur, li sal-lum fil-kalkolu tagħhom għadhom jintużaw differenzi abbażi tas-sess, kif ukoll il-benefiċċji ffinanzjati mill-primjums il-ġodda, għandhom ikunu newtrali f’termini ta’ sess. Dan jgħodd ukoll għall-kuntratti tal-assigurazzjoni li huma fis-seħħ. Mhux iġġustifikat li l-assigurati li sofrew diskriminazzjoni — peress li kienu pereżempju ffirmaw kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja — ikunu mċaħħda b’mod permanenti milli jiġu kkumpensanti, speċjalment peress li kuntratti simili f’ħafna każijiet ikunu għal perijodu ta’ żmien twil<NOTE NOTE.ID="E0060" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Huwa f’dan is-sens li anki l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Barber iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 (punt 44), teżenta b’mod sħiħ biss mill-impatti tas-sentenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>is-sitwazzjonijiet legali li eżawrew l-impatti kollha tagħhom fil-passat<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0040" REF.START="QS0040"/>. F’termini simili <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>il-protokoll Barber<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0041" REF.START="QS0041"/> [illum il-protokoll 33 għall-Artikolu 157 TFUE (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="2010" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="319">ĠU 2010, C 83, p. 319</REF.DOC.OJ>)], jeżenta benefiċċji biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>jekk jistgħu jiġu attribwiti għall-perijodi ta’ impjieg qabel is-<DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0042" REF.START="QS0042"/>, jew qabel l-għoti tas-sentenza għall-kawża Barber.
</NOTE>. Il-prinċipju ġenerali tal-effetti mhux retroattivi stabbilit mid-dritt tal-Unjoni bl-ebda mod ma jċaħħad l-applikazzjoni ta’ sitwazzjoni legali ġdida fl-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet eżistenti<NOTE NOTE.ID="E0061" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi tal-<DATE ISO="19731205">5 ta’ Diċembru 1973</DATE>, SOPAD (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-143/73" PAGE.ECR="I-1433" YEAR="1973">C-143/73, Ġabra p. I-1433</REF.DOC.ECR>, punt 8); tad-<DATE ISO="20020129">29 ta’ Jannar 2002</DATE>, Pokrzeptowicz-Meyer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/00" PAGE.ECR="I-1049" YEAR="2002">C-162/00, Ġabra p. I-1049</REF.DOC.ECR>, punt 50), u tas-<DATE ISO="20100706">6 ta’ Lulju 2010</DATE>, Monsanto Technology (C-428/08, Ġabra p. I- 6765, punt 66).
</NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-limitazzjoni tal-impatti tas-sentenza fuq iż-żmien għandha tkun eskluża biss għal persuni li jkunu bdew proċeduri legali jew rimedju legali ekwivalenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli, qabel il-ġurnata tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża<NOTE NOTE.ID="E0062" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" TYPE="FOOTNOTE">
Sentenzi Pinna, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56 (punt 30), u Régie Networks, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 53 (punt 127); fl-istess sens, is-sentenzi Defrenne II, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 (punt 75), u Barber, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 (punt 44).
Ara f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, il-punti 61-68 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
<LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi huwa invalidu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-effetti tad-dispożizzjoni ddikjarata invalida għandhom jinżammu sal-iskadenza ta’ terminu ta’ tliet snin li jibda jiddekorri mid-data tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża. Madankollu, dan ma japplikax għal persuni li, qabel id-data li fiha tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża, ikunu ressqu proċeduri legali jew rimedju legali simili skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli.</TXT></NP></ITEM></LIST>
</NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>