|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1282 |
8.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1282
tas-7 ta’ Mejju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 (2) jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-snin finanzjarji 2021 sal-2027. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun kostitwit mill-ammonti massimi għas-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3). |
|
(3) |
Wara l-analiżi ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għas-snin mill-2021 sal-2027 kif stabbilit fir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093, is-sublimitu għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti għas-snin mill-2025 sal-2027 ġie mmodifikat kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 (4). |
|
(4) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG għas-snin mill-2025 sal-2027 kif stabbilit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/128 huwa sostitwit bit-test tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2116/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/128 tat-3 ta’ Frar 2021 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 40, 4.2.2021, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/128/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj).
ANNESS
“ANNESS
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
|
(miljuni ta’ EUR) |
|||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR |
Ammonti ttrasferiti mill-FAEŻR |
Bidla wara r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP kif stabbilit fi Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765 |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|
|
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
|||
|
2021 |
1 099,539 |
58,165 |
600,658 |
|
40 367,954 |
|
2022 |
1 086,292 |
57,919 |
525,400 |
|
40 638,189 |
|
2023 |
1 277,253 |
55,858 |
507,322 |
|
40 692,211 |
|
|
L-Artikolu 103(1), il-punt (a) u l-Artikolu 103(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115 |
L-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115 |
L-Artikolu 103(1), il-punt (b) u l-Artikolu 103(3) tar-Regolament (UE) 2021/2115 |
|
|
|
2024 |
1 632,136 |
5,000 |
590,214 |
|
40 602,078 |
|
2025 |
1 702,286 |
5,000 |
590,214 |
– 136,000 |
40 528,928 |
|
2026 |
1 807,987 |
5,000 |
590,214 |
– 149,000 |
40 541,227 |
|
2027 |
1 981,419 |
5,000 |
590,214 |
– 155,000 |
40 495,795 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1282/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)