Official Journal L 276 , 10/10/1983 P. 0001 - 0018
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0103
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0138
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0103
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0138
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut ta' l-Istati Membri IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 tad-29 ta' Lulju 1982 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti ta' l-Istati Membri [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 jistabbilixxi li l-kaptani ta' bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta', jew huma rreġistrati fi, Stat Membru għandhom iżommu reġistru ta' l-operazzjonijiet tas-sajd tagħhom; Billi r-reġistri standardizzati għandhom jiżguraw konformità fil-Komunità kollha mal-miżuri ta' konservazzjoni adottati u għandhom iwasslu għal sorvelljanza aktar effettiva tar-regoli kurrenti, kif ukoll għandhom jiffaċilitaw l-analiżi xjentifika ta' l-istimi tal-ħażniet tal-ħut u ta' l-isfruttar tagħhom; Billi, sabiex jiġi garantit il-ħarsien tal-kwoti allokati lil kull Stat Membru, il-kaptan għandu jimla' prospett dwar il-ħut imniżżel l-art jew trasbordat li jkun juri l-kwantitajiet attwalment imniżżla l-art jew trasbordati; Billi din l-informazzjoni għandha tintbagħat sistematikament, b'mezzi xierqa, fil-każijiet meta t-ta' l-Ħatt fuq fl-art jew it-trasbord isir wara 15-il jum wara l-qabda; Billi l-Kumitat li Jamministra r-Riżorsi tas-Sajd ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu ta' żmien iffissat mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT L-Artikolu 1 1. Ir-reġistru meħtieġ taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 għandu jimtela mill-kaptan skond l-mudell muri fl-Anness I jew l-Anness II, skond iż-żona tas-sajd, għall-operazzjonijiet kollha tas-sajd li għandhom x'jaqsmu ma' l-ispeċi suġġetti għat-TACs fiż-żoni rispettivi ICES/NAFO li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 ta' l-imsemmi l-Artikolu 3. Il-forma tar-reġistru murija fl-Anness I għandha tintuża għaż-żoni tas-sajd kollha ħlief dawk li jinsabu fin-NAFO 1 u ICES V a) u XIV, li għalihom għandu jintuża r-reġistru muri fl-Anness II. Dawn ir-reġistri għandhom jimtlew skond l-istruzzjonijiet imniżżla fl-Annessi IV u V rispettivament. 2. Ir-reġistru muri fl-Anness I jew fl-Anness II għandu jinżamm ukoll bil-mod preskritt fil-paragrafu 1 meta dawn il-bastimenti jkunu joperaw fl-ibħra ta' pajjiż mhux membru, sakemm il-pajjiż mhux membru inkwistjoni ma jkunx jeħtieġ speċifikament tip ta' reġistru differenti. 3. Il-kodiċi mogħtija fl-Annessi VI u VII għandhom jintużaw sabiex jiġi indikat, taħt l-intestaturi approprjati tar-reġistru, l-apparat tas-sajd użat u l-ispeċi maqbuda. L-Artikolu 2 1. Il-prospett tal-ħatt imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 għandu jimtela kif muri fl-Anness I jew fl-Anness III. Madankollu, jekk il-ħatt iseħħ f'port ta' Stat Membru li tiegħu il-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, tista' tintuża formola oħra speċifikata minn dak l-Istat Membru sakemm ikun fiha ta' l-anqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness III. 2. Il-prosspett ta' trasbord li għaliha jipprovdi l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 għandha timtela kif muri fl-Anness I, ħlief għall-ibħra tan-NAFO 1 u ICES V a) u XIV. F'dawn l-ibħra għandu jintuża l-prospett tal-ħatt jew trasbord kif muri fl-Anness III. 3. Id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru skond l-istruzzjonijiet imniżżla fl-Annessi IV u V, skond kif ikun xieraq. L-Artikolu 3 L-informazzjoni komunikata mill-kaptan skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 lill-awtoritajiet ta' l-Istat li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, meta xi ħatt jew trasbord iseħħu aktar minn 15-il jum wara l-qabda, għandha tinkludi: - il-kwantitajiet f'kilogrammi ta' kull speċi maqbuda, trasbordata jew imniżżla l-art mill-aħħar komunikazzjoni, - iż-żona ICES/NAFO fejn il-qabdiet ikunu saru; qabdiet li jsiru f'ibħra ta' pajjiż mhux membru jew barra s-sovranita jew ġurisdizzjoni ta' xi Stat għandhom jiġu indikati separatament. L-informazzjoni għandha tiġi komunikata kull 15-il jum mill-jum li fih tkun saret l-ewwel qabda, jew skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VIII. L-Artikolu 4 Ir-reġistru jew il-prospett tal-ħatt jew tat-trasbord jistgħu jiġu vverifikati minn uffiċjal tas-sajd li jinforza ta' l-Istat Membru kompetenti, skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82, biex jiġi żgurat il-ħarsien tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' konservazzjoni u ta' kontroll, inklużi dawk li jinsabu f'dan ir-Regolament. L-Artikolu 5 1. Meta l-istruzzjonijiet imniżżla fl-Anness IV jistqarru li l-applikazzjoni ta' xi regola hija volontarja, l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat ikollu l-jedd li jġiegħel lill-kaptan tiegħu josserva r-regola inkwistjoni. 2. Il-marġini ta' tolleranza permessa fl-estimi tal-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' ħut suġġetti għal TAC li jinżammu abbord għandha tkun ta' 20 %. Meta dan il-ħut jinżamm f'kaxxi, f'basktijiet jew f'kontenituri oħra, in-numru preċiż ta' kaxxi, basktijiet jew kontenituri oħra użati għandu jiġi rreġistrat. L-Artikolu 6 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda' japplika mid-90 wara l-ħruġ tar-reġistri lill-Istati Membri. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Settembru 1983. Għall-Kummissjoni Giorgios Contogeorgis Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 1. [2] ĠU L 220, tad-29.7.1982, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II REĠISTRU TAS-SAJD TAL-KOMUNITÀ EWPROPEA GĦAS-SOTTO-ŻONA 1 TAN-NAFO U D-DIVIŻJONIJIET TAS-SILĠ V A) u XIV +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS IV STRUZZJONIJIET LILL-KAPTANI LI HUMA MEĦTIEĠA LI JŻOMMU REĠISTRU SKOND L-ANNESS I U LI JAGĦMLU PROSPETT TAL-ĦATT JEW TRASBORD SKOND L-ANNESS I JEW L-ANNESS III 1. RIMARKA PRELIMINARI Dawn l-istruzzjonijiet huma għall-kaptani ta' bastimenti li huma meħtieġa mir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea li jżommu reġistru matul il-vjaġġ tas-sajd u/jew li jippreżentaw prospett tal-ħatt jew trasbord meta jaslu lura fil-port. 2. STRUZZJONIJIET DWAR IR-REĠISTRU 2.1. Regola ġenerali 2.1.1. Bastimenti meħtieġa li jżommu reġistru 2.1.1.1. L-ibħra kollha ħlief Skagerrak u Kattegat Il-kaptani kollha tal-bastimenti tas-sajd li huma itwal minn 10 metri għandhom iżommu reġistru. Din ir-regola m'għandhix tapplika għall-bastimenti ta' tul ta' aktar minn 10 metri u mhux aktar minn 17-il metru, fuq vjaġġ tas-sajd ta' massimu ta' 24 siegħa imkejla mill-ħin li jitilqu mill-port sal-ħin li jaslu lura fil-port. 2.1.1.2. Skagerrak u Kattegat Il-kaptani tal-bastimenti kollha ta' aktar minn 12-il metru tul għandhom iżommu reġistru. 2.1.2. Kif għandu jimtela r-reġistru - Ir-reġistru għandu jimtela kull jum mhux aktar tard minn nofs il-lejl u fil-ħin tal-wasla tiegħu fil-port. - Ir-reġistru għandu jkun mimli wkoll fil-ħin ta' kull spezzjoni fuq il-baħar. - Kull informazzjoni obbligatorja għandha tingħata. - Ir-regoli mhux obbligatorji fuq livell Komunitarju jistgħu isiru obbligatorji jekk l-Istat Membru jkun hekk jixtieq, fir-rigward ta' bastimenti li jkunu jtajru l-bandiera tiegħu jew li jkun irreġistrati miegħu. F'dawk il-każijiet l-awtoritajiet relevanti għandhom joħorġu struzzjonijiet addizzjonali. 2.1.3. Proċedura għal vjaġġi fl-ibħra ta' pajjiżi mhux membri - Jekk il-pajjiż mhux membru inkwistjoni ma jkollu ebda ħtiġiet speċifiċi, ir-reġistru Komunitarju għandu jintuża. - Jekk il-pajjiż li mhux membru inkwistjoni jispeċifika reġistru ta' tip differenti, għandu jintuża dak minflok ir-reġistru Komunitarju. - Jekk il-pajjiż mhux membru inkwistjoni ma jispeċifikax xi reġistru partikolari imma ma jippreskrivix skrizzjonijiet differenti minn dawk meħtieġa mill-Komunità, dawk l-iskrizzjonijiet għandhom jitniżżlu. 2.2. Informazzjoni dwar il-bastiment L-informazzjoni ġenerali li ġejja dwar il-bastiment jew bastimenti, skond kif ikun il-każ, għandha tiġi mniżżla (kontra n-numri korrispondenti) fil-parti ta' fuq ta' kull paġna tar-reġistru: Nru ta' riferenza fir-reġistru (1) : isem tal-bastiment u sinjal tas-sejħa bir-radju fejn applikabbli, Nru ta' riferenza fir-reġistru (2) : Identifikazzjoni minn barra, Nru ta' riferenza fir-reġistru (3) : isem u indirizz tal-kaptan, Nru ta' riferenza fir-reġistru (4) : jum, xahar, siegħa u port tat-tluq, Nru ta' riferenza fir-reġistru (5) : jum, xahar, siegħa u port tat-tluq, Nru ta' riferenza fir-reġistru (6) : data u post ta' l-inżul jekk differenti minn (5) Nru ta' riferenza fir-reġistru (7) : fil-każ tad-data tat-trasbord, l-isem, is-sinjal tas-sejħa tar-radju jekk applikabbli, in-nazzjonalità u l-identifikazzjoni minn barra tal-bastiment li qiegħed jirċievi. F'każ ta' sajd bejn tnejn l-isem tat-tieni bastiment, l-isem tal-kaptan tiegħu u l-identifikazzjoni esterna tiegħu għandhom jitniżżlu taħt dawk tal-bastiment li dwaru jkun qiegħed jinżamm ir-reġistru. Il-kaptan/i tal-bastiment/i ieħor/oħrajn għandu wkoll iżomm reġistru li jindika il-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord b'tali mod li ma jkun hemm ebda għadd doppju tal-qabdiet. 2.3. Informazzjoni dwar l-apparat Nru ta' riferenza fir-registru (8) : apparat għas-sajd — it-tip ta' apparat għandu jiġi indikat permezz tal-kodiċi li tinsab f'kolonna I ta' l-Anness VI. Nru ta' riferenza fir-reġistru (9) : id-daqs tal-malja f'millimetri Nru ta' riferenza fir-reġistru (10) : il-kapaċità ta' l-apparat skond id-dettalji msemmija fil-kolonna 2 ta'l-Anness VI (mhux obbligatorja) 2.4. Informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tas-sajd 2.4.1. Tip ta' informazzjoni L-informazzjoni meħtieġa dwar operazzjonijiet tas-sajd għandha timtela kontra n-numri korrispondenti fuq il-paġna tar-reġistru, skond kif ġej: Nru ta' riferenza fir-reġistru (11) : data — din għandha tikkorispondi ma' kull ġurnata fuq il-baħar, Nru ta' riferenza fir-reġistru (12) : numru ta' operazzjonijiet tas-sajd skond id-dettalji msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness VI (mhux obbligatorji) Nru ta' riferenza fir-reġistru (13) : ħin tas-sajd (dettall mhux obbligatorju) ewkwivalenti għan-numru ta' siegħat li tqattgħu fuq il-baħar, li minnhom jitnaqqas il-ħin li tqattgħa fil-vjaġġ lejn, bejn u ġej lura mill-postijiet tas-sajd, Nru ta' riferenza fir-registru (14) : pożizzjoni. Eżempji: - "diviżjoni ICES jew sotto-żona NAFO" irreferi għad-diviżjonijiet ICES kif muri fuq il-mapep ġewwa l-qoxra tar-reġistru u indika l-kodiċi ta' kull diviżjoni, e.ż: IV a), VI b), VII g). - "Rettangolu ta' statiska": irreferi għar-rettangolu ta' l-istatistika ICES fuq it-tabelli ġewwa l-qoxra tar-reġistru. Dawn ir-rettangoli huma konfinanti b'latitudnijiet u lonġitudnijiet li jkkorrispondu ma' figuri sħaħ ta' grad jew ta' figuri sħaħ ta' grad miżjud b'30'għall-latitudnijiet u figuri sħaħ ta' grad għall-lonġitudnijiet. Permezz ta' kombinazzjoni ta' figuri u ittra indika ir-rettangolu ta' statistika li fih saru l-biċċa l-kbira tal-qabdiet (eżempju l-arja bejn 56 u 56° 30' latitudni Tramuntana u bejn 6 u 7° lonġitudni Lvant — kodiċi ICES 41/F6). Madankollu, skrizzjonijiet mhux obbligatorji jistgħu jsiru fir-rigward tar-rettangoli kollha ta' statistika li fihom il-bastment ikun stad matul il-ġurnata. - "Żona tas-sajd ta' pajjiż mhux membru": indika fejn xieraq iż-żona(i) tas-sajd ta' pajjiżi mhux membri jew f'ibħra barra s-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' kull Stat li juża l-kodiċi li ġejjin kif muri fil-mapep ġewwa l-qoxra tar-reġistru: N = in-Norveġja S = l-Isvezja FR = Faroe E = Spanja CDN = il-Kanada IS = Islanda A = L-ibħra internazzjonali 2.4.2. Kwantitajiet maqbuda miżmuma abbord, maqsuma skond l-ispeċi (Nru ta' referenza fir-reġistru: (15)) Għandha tiddaħħal skrizzjoni għal kull speċi elenkata fl-Anness VII meta l-kwantità totali abbord tkun teċċedi: salamun : 10 kilogrammi piż ħaj, oħrajn : 50 kilogramma piż ħaj. Jistgħu jitniżżlu skrizzjonijiet mhux obbligatorji jista' jsir għall-speċi oħra inklużi fil-lista mtella mill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew ikun irreġistrat miegħu. L-ismijiet ta' l-ispeċi fil-parti ta' fuq tal-kolonna huma ndikattivi u jistgħu jiġu ssostitwiti jekk in-numru ta' kolonni ma jkunx biżżejjed. (Jekk in-numru totali ta' kolonni ma jkunx biżżejjed, uża paġna ġdida). Agħti l-unità ta' kejl użata (basket, kaxxa, eċċ.) u l-piż nett f'kilogrammi piż ħaj tal-kejl użat. 2.4.3. Estimi mhux obbligatorji ta' skart (Nru tar-referenza fir-reġistru: (16)) Is-speċifika l-kwantita ta' ħut mormi, preferibbilment f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew f'xi unità ta' kejl oħra bħal dik definita fil-(15) hawn fuq. Din l-informazzjoni tingħata għal skopijiet xjentifiċi biss u m'għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkolazzjoni ta' kwoti. 2.5. Spazjar ta' l-iskrizzjonijiet fir-reġistru - Għandha timtela linja ġdida għal kull jum fuq il-baħar. - Għandha timtela wkoll linja ġdida meta jsir sajd f'diviżjoni ICES ġdida fl-istess jum. - Għandha timtela linja ġdida meta jsir sajd f'żona ta' sajd oħra fl-istess jum. - Għandha timtela paġna ġdida: - meta jintuża apparat differenti jew xibka b'daqs ta' malji differenti minn dawk tax-xibka użata qabel, - għal kull sajd magħmul wara trasbord jew wara ħatt intermedjarju. 3. STRUZZJONIJIET DWAR PROSPETT TAL-ĦATT JEW TRASBORD Regola ġenerali mad-dħul fil-port wara kull vjaġġ, il-kaptani tal-bastimenti kollha li jkollhom tul ta' aktar minn 10 metri u li jkunu jtajru l-bandiera ta', jew reġistrati ma', Stat Membru, jew l-aġenti tagħhom, għandhom jibagħtu prospett tal-ħatt lill-awtoritajiet fuq il-post tal-Ħatt. Fil-każ ta' trasbord jew ħatt barra t-territorju tal-Komunità, il-kaptan għandu minnufih jibgħat lill-Istat li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li jkun irreġistrat miegħu, l-informazzjoni mogħtija fil-prospett tal-ħatt jew ta' trasbord. Fil-każ ta' trasbord il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jniżżel il-kwantitajiet fil-prospett ta' trasbord. Kopja tal-prospett ta' trasbord għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal tad-dokument doganali T 2 M mimli mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jingħata wkoll lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. Informazzjoni li għandha tingħata Il-kwantitajiet attwali mniżżla l-art jew estimi tal-kwantitajiet trasbordati għandhom jiġu indikati fuq il-prospett għal kull speċi iżda biss fuq l-aħħar paġna użata, kif ġej: - Preżentazzjoni tal-ħut (Nru ta' referenza fir-reġistru: (17)) "Preżentazzjoni" tfisser il-mod li bih il-ħut jiġi pproċessat. Indika n-natura tal-proċess jekk applikabbli: GARĠI għall-garġi mneħħija, RAS għar-ras imneħħija, STRIPPA għall-ħut imqatta fi strippi, eċċ. Meta ma jkun sar ebda proċessar, SĦIĦ għall-ħut sħiħ. - Unità ta' kejl għall-kwantitajiet imniżżla l-art (Nru tar-referenza fir-reġistru: (18)) Agħti l-unità ta' piż użata (eż. basket, kaxxa, eċċ.) għall-ħut imniżżel l-art u l-piż ta' l-unità f'kilogrammi. Din l-unità tista' tkun differenti minn dik użata fir-reġistru. - Piż totali ta' l-ispeċi mniżżla l-art/trasbordati (Nru ta' referenza fir-reġistru: (19)) Agħti l-piż jew il-kwantitajiet attwalment imnżżla l-art jew trasbordati għal kull speċi elenkata fl-Anness VII. Il-piż għandu jkun jikkorrispondi mal-piż tal-ħut kif imniżżel l-art, jiġifieri wara l-ipproċessar abbord. Sussegwentement, għandhom jiġu applikati koeffiċjenti ta' konverzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru sabiex jiġi kalkulat il-piż ħaj korrispondenti. - Diviżjoni ICES/sotto-żona NAFO u żoni ta' sajd ta' pajjiż mhux membru (Nru tar-referenza fir-reġistru: (22)) Din hija skrizzjoni mhux obbligatorja għall-bastimenti li għandhom l-obbligu li jżommu reġistru: indika d-diviżjoni ICES jew is-sotto-żona NAFO li fiha saru l-qabdiet. 4. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IR-REĠISTRU U L-PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD 4.1. Proċedura ta' kif għandu jimtela 4.1.1. L-iskrizzjonijiet fir-reġistru u fil-prospett dwar il-ħatt/trasbord għandhom ikunu jinqraw sew u għandhom ikunu b'tali mod li ma jistgħux jitħassru. 4.1.2. Ebda skrizzjoni fir-reġistru jew fil-prospett tal-ħatt/trasbord ma tista tiġi mħassra jew irranġata. Jekk isir żball, l-isskrizzjoni inkorretta għandha tiġi ngassata b'linja u għandha tiġi segwita b'iskrizzjoni ġdida inizzjalata mill-kaptan jew mill-aġent tiegħu. 4.1.3. Ta' mill-inqas prospett wieħed tal-ħatt għandu jimtela għal kull bastiment. Għandu jimtela' prospett ta' trasbord wieħed għal kull operazzjoni ta' trasbord. 4.1.4. Kull linja fir-reġistru għandha tkun inizzjalata mill-kaptan. Kull paġna tar-reġistru u kull prospett ta' trasbord, jekk relevanti, għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan. Il-prospett tal-ħatt għandu jiġi ffirmat mill-kaptan jew mill-aġent tiegħu. 4.2. Proċedura għat-trasmissjoni 4.2.1. Fil-każ ta' ħatt f'port ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li jkun ireġistrat fih l-oriġinal tar-reġistru u l-prospett tal-ħatt għandu jingħata jew jintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru inkwistjoni fi żmien 48 siegħa minn meta jintemm il-ħatt. 4.2.2. Fil-każ ta' ħatt fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew reġistrat fih l-ewwel kopja tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata jew tinbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru inkwistjoni. L-oriġinal tar-reġistru u l-oriġinal tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew ikun irreġistrat fih fi żmien 48 siegħa minn meta jintemm l-ħatt fuq l-art. 4.2.3. Fil-każ ta' ħatt f'pajjiż mhux membru, l-oriġinal tar-reġistru u tal-prospett tal-ħatt għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew ikun irreġistrat fih fi żmien 48-il siegħa minn meta jintemm l-ħatt fuq l-art. 4.2.4. F'każijiet meta l-kwantitajiet riċevuti mit-trasbord jitniżżlu f'port tal-Komunità, il-kopja tal-prospett tat-trasbord mimlija skond il-paragrafu 3 għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet relevanti. 4.2.5. Fil-każ ta' trasbord lil bastiment li jkun itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew li jkun reġistrat fi Stat Membru, l-ewwel kopja tal-prospett ta' trasbord għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal għandu jingħata fuq talba jew għandu jintbagħat, skond il-każ, lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li jkun irreġistart fih, fi żmien 48 siegħa minn meta jintemmu il-ħatt jew il-wasla fil-port. 4.2.6. Fil-każ ta' trasbord lill-bastiment li jkun itajjar il-bandira ta' pajjiż mhux membru, id-dokument oriġinali għandu jingħata jew jintbagħat, skond il-każ, kemm jista' jkun malajr lill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat. 4.2.7. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli għall-kaptan li jibgħat l-oriġinal(i) tar-reġistru u tal-prospetti tal-ħatt/trasbord lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, fil-limiti ta' żmien speċifikati, l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness I jew l-Anness III dwar il-prospett tal-ħatt għandha tinbagħat permezz tar-radju jew mezzi oħrajn lill-awtoritajiet konċernati. 4.3. Ir-responsabbiltajiet tal-kaptan fir-rigward tar-reġistru, il-prospett tal-ħatt u l-prospett ta' trasbord 4.3.1. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiċċertifika bl-inizjali u bil-firma tiegħu li l-kwantitajiet stmati mniżżla fir-reġistru u fil-prospett tat-trasbord huma raġonevoli. 4.3.2. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiċċertifika bl-inizjali u bil-firma tiegħu illi l-iskrizzjonijiet mhux kwantitattivi fir-reġistru u fuq il-prrospett tat-trasbord, flimkien ma' l-iskrizzjonijiet kollha fil-prospett tal-ħatt, huma korretti. 4.4. Il-kopji tar-reġistru għandhom jinżammu għal sena. -------------------------------------------------- L-ANNESS V STRUZZJONIJIET GĦALL-KAPTANI LI HUMA MEĦTIEĠA JŻOMMU REĠISTRU KIF MURI FL-ANNESS II U PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD BĦAL FL-ANNESS III 1. RIMARKA PRELIMINARI Dawn l-istruzzjonijiet huma għall-kaptani ta' bastimenti li huma meħtieġa skond ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea li jżommu reġistru matul vjaġġ tas-sajd u/jew li jipproduċu prospett tal-ħatt/trasbord meta jaslu lura fil-port. 2. STRUZZJONIJIET DWAR IR-REĠISTRU 2.1. Regola ġenerali 2.1.1. Bastimenti li huma meħtieġa jżommu reġistru Il-kaptani tal-bastimenti kollha tas-sajd li jkunu itwal minn 10 metri għandhom iżommu reġistru. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma bastimenti li huma itwal minn 10 metri imma mhux itwal minn 17-il metru, fuq vjaġġ tas-sajd ta' massimu ta' 24 siegħu mkejjel mill-ħin minn meta jitilqu mill-port sal-ħin li jaslu lura fil-port. 2.1.2. Kif għandu jimtela r-reġistru - Ir-reġistru għandu jimtela kuljum mhux aktar tard minn nofs il-lejl, u fil-ħin tal-wasla fil-port. - Ir-reġistru għandu jkun imtela wkoll fil-ħin ta' kull spezzjoni fuq il-baħar. - Kull informazzjoni obbligatora għandha tingħata. - Regoli li mhumiex meqjusa obbligatorji fuq livell Komunitarju jistgħu jsiru obbligatorji jekk xi Stat membru jkun hekk jixtieq, fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew li jkunu rreġistrati miegħu. F'każijiet bħal dawn l-awtoritajiet relevanti għandhom joħorġu struzzjonijiet addizzjonali. 2.2. Informazzjoni dwar il-bastiment Informazzjoni ġenerali dwar il-bastiment jew bastimenti, skond il-każ, trid titniżżel fil-parti ta' fuq ta' kull paġna tar-reġistru. Fil-każ ta' sajd bejn tnejn l-isem tat-tieni bastiment, l-isem tal-kaptan tiegħu u l-identifikazzjoni esterna għandhom jitniżżlu taħt dawk tal-bastiment li dwaru jkun qiegħed jinżamm ir-reġistru. Il-kaptan tal-bastiment l-ieħor għandu wkoll iżomm reġistru li jkun jindika l-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord jew trasbordati, skond il-każ, b'tali mod li ma jkunx hemm għadd doppju ta' qabdiet. 2.3. Informazzjoni dwar it-tagħmir - Tagħmir tas-sajd — it-tip ta' tagħmir għandu jiġi indikat billi tintuża l-kodiċi fil-kolonna 1 ta' l-Anness VI. - Daqs tat-toqob f'mm. 2.4. Informazzjoni dwar operazzjonijiet tas-sajd 2.4.1. Tip ta' informazzjoni L-informazzjoni meħtieġa dwar operazzjonijiet tas-sajd għandha timtela kontra n-numri li jkunu jikkorrispondu fuq il-paġna tar-reġistru għal kull qabda jew kull darba li jitniżżel it-tagħmir. Indika taħt: - bidu tal-operazzjonijiet tas-sajd: ħin, - tmiem ta' l-operazzjonijiet tas-sajd: ħin, - kemm damu l-operazzjonijiet tas-sajd: indika d-differenza f'siegħat bejn il-bidu u t-tmiem ta' l-operazzjonijiet tas-sajd. - pożizzjoni: latitudni and lonġitudni. Eżempji - "Diviżjoni ICES jew sotto-żona NAFO": irreferi għad-diviżjonijiet ICES kif murija fil-mapep ġewwa l-qoxra tar-reġistru u indika l-kodiċi ta' kull diviżjoni, eż.: V a) jew NAFO 1 2.4.2. Kwantitajiet maqbuda u mżmuma abbord Għandha titniżżel skrizzjoni għal kull speċi elenkata fl-Anness VII għall-kwantitajiet li jkunu jeċċedu: gambli u salamun : 10 kilogrammi piż ħaj, oħrajn : 50 kilogramma piż ħaj. Skrizzjonijiet mhux obbligatorji jistgħu jitniżżlu għall-speċi oħrajn inklużi fil-lista abbozzata mill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat. L-ismijiet ta' l-ispeċi fil-parti ta' fuq tal-kolonni huma ndikattivi u jistgħu jiġu ssostitwiti jekk in-numru ta' kolonni ma jkunx biżżejjed. (Jekk in-numri totali ta' kolonni ma jkunx biżżejjed, uża paġna ġdida). 2.4.3. Estimi ta' rimi Agħti l-kwantita ta' ħut mormi f'kilogrammi piż ħaj jew xi unita' oħra ta' kejl. Din l-informazzjoni hija biss għall-għanijiet xjentifiċi u m'għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkolu tal-kwoti. 2.5. Spazjar tad-dħul fir-reġistru Għandha timtela paġna ġdida għal kull jum billi tintuża linja ġdida għal kull qabda jew għal kull kalatura. 3. STRUZZJONIJIET DWAR IL-PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD Regola ġenerali Mad-dħul fil-port wara kull vjaġġ, il-kaptani tal-bastimenti kollha li jkunu itwal minn 10 metri u li jkunu jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew li jkunu rreġistrati fih, jew l-aġenti tagħhom, għandhom jibagħtu prospett tal-ħatt lill-awtoritajiet fil-post fejn isir il-ħatt. Fil-każ ta' trasbord jew ta' ħatt fuq l-art barra t-territorju tal-Komunità, il-kaptan għandu jibgħat minnufih lill-Istat li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, l-informazzjoni mogħtija fil-prospett tal-ħatt jew tat-trasbord. Fil-każ ta' trasbord il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jniżżel il-kwantitajiet fil-prospett ta' trasbord. Kopja tal-prospett ta' trasbord għandha tingħata lll-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal tad-dokument doganali T 2 M mimli mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jingħata wkoll lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. Informazzjoni li għandha tingħata Prospett tal-kwantitajiet imniżżla l-art jew trasbordati. Indika fuq il-prospett għal kull speċi iżda biss fl-aħħar paġna wżata, kif ġej: - Is-sotto-żona tad-diviżjoni ICES/NAFO u ż-żona tas-sajd tal-pajjiż mhux membru Skrizzjoni mhux obbligatorja għall-bastimenti li huma meħtieġa li jżommu reġistru indika d-diviżjoni ICES jew is-sotto-żona NAFO li fihom ittieħdu l-qabdiet. - Preżentazzjoni tal-ħut "Preżentazzjoni" tfisser il-mod kif ġie pproċessat il-ħut. Indika n-natura ta' l-iproċessar jekk applikabbli: GARĠI għall-garġi mneħħija, RAS għar-ras imneħħija, STRIPPA għall-ħut imqatta fi strippi, eċċ. Meta ma jkun sar ebda proċessar, SĦIĦ għall-ħut sħiħ. - Unità ta' kejl għall-kwantitajiet imniżżla l-art Agħti l-unità ta' piż użat (eż. basket, kaxxa, eċċ.) għall-ħut imniżżel l-art u l-piż nett f'kilogrammi piż ħaj tal-unità użata. Din l-unità tista' jkun differenti minn dik użata fir-reġistru. - Il-piż totali skond l-ispeċi mniżżla l-art/trasbordata Agħti l-piż jew il-kwantitjiet attwalment imniżżla l-art jew trasbodati għal kull speċi elenkata fl-Anness VII. Il-piż għandu jaqbel mal-piż tal-ħut kif imniżżel l-art, jiġifieri wara kull proċessar abbord. Il-koeffiċjenti ta' konverżjoni għandhom jiġu applikati sussegwentement mill-awtoritajiet approprjati ta' l-Istat Membru sabiex jiġi kalkolat il-piż ħaj korrispondenti. 4. ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IR-REĠISTRU U L-PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD 4.1. Proċedura għall-mili 4.1.1. L-iskrizzjonijiet fir-reġistru u fil-prospett tal-ħatt/trasbord għandhom jinqaraw sew u għandhom isiru b'tali mod li ma jistgħux jiġu mħassra. 4.1.2. Ebda skrizzjoni fir-reġistru jew fil-prospett tal-ħatt ma tista' tiġi mħassra jew mibdula. Jekk isir xi żball, l-iskrizzjoni inkorretta għandha tiġi ngassata b'linja u għandha tiġi segwita bi skrizzjoni ġdida inizzjalata mill-kaptan jew mill-aġent tiegħu. 4.1.3. Ta' l-anqas prospett wieħed tal-ħatt għandu jimtela għal kull bastiment. Għandu jimtela prospett wieħed ta' trasbord għal kull operazzjoni ta' trasbord. 4.1.4. Kull paġna tar-reġistru għandha tiġi ffirmata mill-kaptan. Il-prospett tal-ħatt għandu jiġi ffirmat mill-kaptan jew mill-aġenti tiegħu. 4.2. Proċedura ta' trasmissjoni 4.2.1. Fil-każ ta' nżul fuq l-art f'port fl-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, l-oriġinal/i tar-reġistru u tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata fuq talba jew għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru inkwistjoni fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt fuq l-art. 4.2.2. Fil-każ ta' nżul fuq l-art fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, l-ewwel kopja tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata jew għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat membru inkwistjoni. L-oriġinal/i tar-reġistru u l-oriġinal tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun reġistrat fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt fuq l-art. 4.2.3. Fil-każ ta' nżul fuq l-art f'pajjiż li mhuwiex Stat Membru, l-oriġinal/tar-reġistru u l-prospett tal-ħatt għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar l-bandiera jew li fih ikun irreġistrat fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-Ħatt fuq l-art. 4.2.4. F'każijiet fejn il-kwantitajiet riċevuti mit-trasbord jitniżżlu f'port tal-Komunità, il-kopja tal-prospett tat-trasbord mimlija skond il-paragrafu 3 għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet tal-port relevanti. 4.2.5. F'każ ta' trasbord lil bastiment li jkun itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew li jkun reġistrat fi Stat Membru, l-ewwel kopja tal-prospett tat-trasbord għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal għandu jingħata fuq talba jew għandu jintbagħat, skond il-każ, lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt fuq l-art. 4.2.6. Fil-każ ta' trasbord lil bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż mhux membru, id-dokument oriġinali għandu jingħata jew jintbagħat, skond il-każ, kemm jista' jkun malajr lill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat. 4.2.7. F'każijiet fejn ikun impossibbli għall-kaptan li jibgħat l-oriġinal/i tar-reġistru u tal-prospetti tal-ħatt/trasbord lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar l-bandiera jew li fih ikun irreġistrat fil-limiti ta' żmien speċifikati, l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness I jew mill-Anness III dwar il-prospett tal-ħatt għandha tintbagħat bir-radju jew b'xi mezz ieħor lill-awtoritajiet konċernati. 4.3. Ir-responsabbiltajiet tal-kaptan fir-rigward tar-reġistru, il-prospett tal-ħatt u l-prospett tat-trasbord 4.3.1. Il-kaptan tal-bastment għandu jiċċertifka bl-inizjali u bil-firma tiegħu illi l-kwantitajiet stmati mdaħħla fir-reġistru u fil-prospett ta' trasbord huma raġonevoli. 4.3.2. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiċċertifika bl-inizzjali u bil-firma tiegħu li l-iskrizzjonijiet mhux kwantitattivi fir-reġistru u fuq il-prospett tat-trasbord, flimkien ma' l-iskrizzjonijiet dwar l-Ħatt fuq l-art, huma veri. 4.4. Il-kopji tar-reġistru għandhom jinżammu għal sena. -------------------------------------------------- L-ANNESS VI TGĦAMIR U OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD Tip ta' apparat | | Kolonna 1 Kodiċi | Kolonna 2 Daqs/numru (metri) | Kolonna 3 Numru ta' tefgħat (shoots) Kuljum | Xbieki tat-tkaxkir ghall-lontri tal-qiegħ | OTB | Mudell tax-xibka tat-tkaxkir | Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat | Xbieki tat-tkaxkir bit-travu | TBB | Tul tat-travu x numru ta' travi | Gangmu | DRB | Wisa' x numru ta' gangmu | Xibka tat-tkaxkir għall-ħut tal-qiegħ bil-par | PTB | Mudell tax-xibka tat-tkaxkir | Tartarun daniżi (ankra) | SDN | Tul totali tal-linji tat-tartun | Tartarun skocciż (fly-dragging) | SSC | Tul totali tal-linji tat-tartun | Xibka tat-tkaxkir għall-lontri f'nofs il-baħar | OTM | Mudell tax-xibka tat-tkaxkir | Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat | Xibka tat-tkaxkir għall-ħut bil-par f'nofs il-baħar | PTM | Mudell tax-xibka tat-tkaxkir | Tartarun tax-xkora | PS | Tul, għoli | Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat | Xbieki tal-garġi tal-ħut (gillnets) | GN | Tul, gholi | Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat matul il-ġurnata | Xbieki tal-garġi tal-ħut (imqiegħda) | GNS | Tul, gholi | Xbieki tal-garġi tal-ħut (mixħuta) | GND | Tul, gholi | Xbiek ta' sura diversa | GTR | Tul, gholi | Lenzi twal | LL | Numru ta' snanar u lenzi mitfugħa matul il-ġurnata | Lenzi twal (imqiegħda) | LLS | Lenzi twal (mixħuta) | LLD | Lenzi ta' l-idejn u lenzi ta' l-arblu | LHP | Numru totali tas-snanar/lenzi mitfugħa matul il-ġurnata | Nases (pots) | FPO | Numru ta' nases (pots) mitfugħa matul il-ġurnata | Apparat ta' sura mħallta | MIS | | | -------------------------------------------------- L-ANNESS VII ELENKU TAL-QABDIET TA' SPEĊI LI TAGĦHOM GĦANDU JINŻAMM REKORD FIR-REĠISTRU Isem xjentifiku | Isem | Kodiċi | Gadus morhua | Merluzz | MER | Melanogrammus aeglefinus | Bakkaljaw | BAK | Pollachius virens | Saithe | POK | Merlangius merlangus | Merlangu | MLG | Pleuronectes platessa | Barbun tat-tbajja | BAR | Solea solea | Lingwata | LIN | Scomber scombrus | Kavall | KAV | Sprattus sprattus | Sardin | SAR | Trachurus trachurus | Horse mackerel | HOM | Merluccius merluccius | Merlozz | MAR | Engraulis encrasicolus | Inċova | INC | Trisopterus esmarkii | Budakkra Norvegiża | BUD | Micromesistius poutassou | Merlangu blu | MIK | Clupea harengus | Aringa | ARI | Salmo salar | Salamun | SAL | Lepidorhombus whiffiagonis | Megrim | MEG | Lophius spp. | Angler/Monk | MON | 2. Ibħra ta' Groenlandja (ICE V a) u XIV u NAFO 1) Isem xjentifiku | Isem | Kodiċi | Gadus morhua | Merluzz | MER | Micromesistius poutassou | Merlangu blu | MIK | Sebastes marinus and sebastes mentella | Redfish | RED | Reinhardtius hippoglosoides | Greenland halibut | GHL | Hippoglossus hippoglossus | Halibut | HAL | Padalus borealis | Gamblu kbir | GAM | Anarhichas species | Catfish | CAT | Allotus villosus | Capelin | CAP | Salmo salar | Salamun | SAL | 3 Ibħra tal-Amerika ta' Fuq (NAFO 3 Ps) SPEĊI Isem xjentifiku | Isem | Kodici | Gadus morhua | Merluzz | MER | Hippoglossoides platessoides | American plaice | PLA | Gluptocephalus synoglossus | Witch flounder | WIT | Sebastes marinus and Sebastes mentella | Redfish | RED | -------------------------------------------------- L-ANNESS VIII PROĊEDURA GĦAT-TRASMISSJONI BIR-RADJU 1. F'każijiet meta l-Ħatt fuq l-art jew it-trasbord iseħħ aktar minn 15-il jum wara li tkun saret il-qabda, għandha tiġi trasmessa l-informazzjoni li ġejja: - il-kwantitajiet ta' kull speċi elenkata fl-Anness VII maqbuda jew miżmuma abbord jew trasbordata jew imniżżla l-art barra ż-żona tas-sajd tal-Komunità mill-aħħar informazzjoni mogħtija (f'kilogrammi), - id-diviżjoni ICES jew is-sotto-żona NAFO li fiha jkunu saru l-qabdiet. Qabdiet magħmula fl-ibħra ta' pajjiż mhux membru jew barra s-sovranità jew ġurisdiżżjoni ta' xi Stat għandhom jiġu indikati separatament. 2. L-informazzjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 għandha tiġi trasmessa permezz ta' l-istazzjonijiet tar-radju normalment użati, preċeduta bl-isem, is-sinjal ta' sejħa u l-identifkazzjoni esterna tal-bastiment, u l-isem tal-kaptan tiegħu. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi trasmess il-messaġġ mill-bastment, jista' jiġi trasmess għan-nom tal-bastiment minn bastiment ieħor. 3. Il-kaptan għandu jagħmel ċert li l-informazzjoni trasmessa lill-istazzjonjiet tar-radju tingħadda bil-miktub lill-awtoritajiet relevanti. --------------------------------------------------