|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2711 |
23.10.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2711
tat-22 ta’ Ottubru 2024
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), l-Artikolu 18(1), u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (maximum residue levels, “MRLs”) għas-sustanza attiva tijakloprid ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) irrieżaminat dawn l-MRLs f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 u rrakkomandat MRLs li sabet li kienu sikuri għall-konsumaturi (2). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1200 (3) inkluda dawn l-MRLs fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Fl-2020, l-approvazzjoni ta’ din is-sustanza attiva ma ġietx imġedda (4) abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), fid-dawl tat-tħassib kritiku identifikat mill-Awtorità fil-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art b’metaboliti karċinoġeniċi potenzjali tat-tijakloprid (6) u l-klassifikazzjoni tiegħu, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B. Billi s-sustanza ma ssodisfatx il-kriterji tal-approvazzjoni, l-Awtorità ma qisitx li kien meħtieġ li tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni tal-proprjetajiet possibbli li jfixklu s-sistema endokrinali tat-tijakloprid abbażi tal-aktar kriterji reċenti fil-punti 3.6.5 u 3.8.2 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (8). Madankollu, l-Awtorità nnotat li t-tijakloprid tqies li jissodisfa l-kriterji għall-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali stabbiliti fl-2013 (9) u d-definizzjoni tad-WHO għall-interferenti endokrinali (10), peress li jikkawża effetti negattivi fuq is-sistema riproduttiva u endokrinali permezz ta’ mod ta’ azzjoni endokrinali. |
|
(3) |
L-awtorizzazzjonijiet kollha li diġà jeżistu għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijakloprid ġew irrevokati. Għalhekk, jixraq li l-MRLs eżistenti stabbiliti għal din is-sustanza attiva fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jitħassru, f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a) tiegħu. Fid-dawl tal-valuri ta’ referenza tossikoloġiċi l-ġodda, b’mod partikolari doża akuta ta’ referenza aktar baxxa, kif propost fil-konklużjoni tal-evalwazzjoni bejn il-pari, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi dikjarazzjoni skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li fiha valutazzjoni tar-riskju djetetiku (akut) fuq terminu qasir għall-MRLs li huma bbażati fuq użi mhux tal-UE, li huma dawk ibbażati fuq talbiet ta’ tolleranza għall-importazzjoni u dawk li huma bbażati fuq il-limiti massimi ta’ residwi tal-Codex (“CXLs”) stabbiliti fl-2007. |
|
(4) |
Fid-dikjarazzjoni tagħha (11), l-Awtorità identifikat riskju għall-konsumaturi rigward is-CXLs għall-ħawħ u għall-bżar ħelu/bżar tal-kulur (kapsikum). Għalhekk huwa xieraq li l-MRLs għal dawk il-prodotti jitbaxxew għal-limiti ta’ determinazzjoni (“LODs”) speċifiċi għall-prodotti. Għall-MRLs għall-papaja u t-te, li ġew derivati minn tolleranzi tal-importazzjoni, u għall-MRLs għall-isfarġel, in-naspli/naspli tal-ġappun, il-berquq, iċ-ċirasa (ħelwa), l-għanbaqar, il-frawli, il- “frott tal-kannamieli”, “frott żgħir u kukku oħrajn”, il-kiwis, il-patata, it-tadam, il-brunġiel/il-brunġiel, “kukurbiti b’qoxra li tittiekel”, bettieħ, dulliegħ, żerriegħa tal-lift, żerriegħa tal-mustarda, ross, qamħ, “prodotti minn tessuti (muskoli, fwied, kliewi u ġewwieni li jittiekel) tal-annimali (majjali, bovini, nagħaġ, żwiemel, u annimali oħra tar-razzett)” pollam (muskoli, fwied u ġewwieni li jittiekel), ħalib u bajd, li huma bbażati fuq is-CXLs, l-Awtorità ma identifikatx riskju akut għall-konsumaturi iżda kkonkludiet li kienet meħtieġa aktar kunsiderazzjoni mill-maniġers tar-riskju. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Awtorità kienet ibbażata fuq valuri ta’ referenza tossikoloġiċi eżistenti. Dawn il-valuri ta’ referenza tossikoloġiċi mhux neċessarjament jirriflettu l-effetti relatati mas-sistema endokrinali minħabba li ma ġewx ivvalutati skont il-kriterji l-ġodda tal-UE stabbiliti fl-2018 (8). Barra minn hekk, l-effetti relatati mas-sistema endokrinali spiss jokkorru f’livelli baxxi ta’ doża u s-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali spiss ma jkollhomx limitu sikur (12). B’riżultat ta’ dan, għad hemm raġunijiet raġonevoli għal tħassib li l-MRLs li huma bbażati fuq użi mhux tal-UE għandhom effetti potenzjalment ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u mhumiex konsistenti mal-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità twettaq valutazzjoni addizzjonali għat-tijakloprid filwaqt li tqis l-aktar kriterji reċenti għall-interferenti endokrinali. |
|
(6) |
Sakemm tiġi konkluża din il-valutazzjoni tar-riskju addizzjonali mill-Awtorità, u minħabba l-informazzjoni pertinenti disponibbli fir-rigward tal-effetti potenzjalment dannużi fuq is-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jitbaxxew provviżorjament l-MRLs li huma bbażati fuq użi mhux tal-UE. Dawn l-MRLs jiġu riveduti ladarba tiġi konkluża l-valutazzjoni mill-Awtorità. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tat-tijakloprid fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu adattati ċerti limiti ta’ detezzjoni. Dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku għall-prodotti kollha. |
|
(8) |
Permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati fir-rigward tal-MRLs il-ġodda u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Biex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq fl-Unjoni qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, ħlief għal-lanġas, għall-ħawħ, għal-lampun (aħmar u isfar), għall-bżar ħelu, għall-kaboċċi Ċiniżi/pe-tsai u għall-ħass li għalihom ġie identifikat riskju akut għall-konsumaturi. Din il-miżura tranżizzjonali hija ġġustifikata u proporzjonata minħabba l-firxa limitata ta’ prodotti li għalihom tali perjodu japplika b’mod effettiv (prinċipalment prodotti ta’ ħajja fuq l-ixkaffa twila u mhux prodotti friski li jitħassru malajr) u l-esponiment baxx tal-konsumaturi minn tali prodotti, kif muri minn data ta’ monitoraġġ reċenti rappreżentattiva għas-suq miġbura mill-Awtorità (13). |
|
(11) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma l-MRLs modifikati jsiru applikabbli, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li jkunu ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni qabel it-12 ta’ Mejju 2025, ħlief għal-lanġas, għall-ħawħ, għal-lampun (aħmar u isfar), għall-bżar ħelu/bżar tal-kulur, għall-kaboċċi Ċiniżi/pe-tsai u għall-ħass.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-12 ta’ Mejju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/2024-02-26.
(2) EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2014. Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels (MRLs) for thiacloprid according to Article 12 of Regulation (KE) Nru 396/2005. EFSA Journal 2014;12(3):3617, https://doi:10.2903/j.efsa.2014.3617.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1200 tat-22 ta’ Lulju 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-amidosulfuron, il-feneżammid, il-kresoksim-metil, it-tijakloprid u t-trifloksistrobina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 195, 23.7.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1200/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva thiacloprid, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/23/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/2022-11-21).
(6) EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2019. Conclusion on pesticides peer review. Peer review of the pesticide risk assessment of the active substance thiacloprid. EFSA Journal 2019;17(3): e05595, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5595.
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1272/2023-12-01).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/605 tad-19 ta’ April 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 billi jistabbilixxi l-kriterji xjentifiċi biex jiġu ddeterminati l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 33, http://data.europa.eu/eli/reg/2018/605/2018-04-20).
(9) Il-Kumitat Xjentifiku tal-EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2013. Scientific Opinion on the hazard assessment of endocrine disruptors: scientific criteria for identification of endocrine disruptors and appropriateness of existing test methods for assessing effects mediated by these substances on human health and the environment. EFSA Journal 2013;11(3):3132.84, https://doi: 10.2903/j.efsa.2013.3132.
(10) Id-WHO/IPCS (l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa/il-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi), 2002. Global Assessment of the State-of-the-science of Endocrine Disruptors. WHO/PCS/EDC/02.2, https://www.who.int/publications/i/item/WHO-PSC-EDC-02,2.
(11) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2023; Statement on the short-term (acute) dietary risk assessment and evaluation of confirmatory data for certain maximum residue levels (MRLs) for thiacloprid. EFSA Journal 2023;21(3):7888, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7888.
(12) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2010; Scientific report of the Endocrine Active Substances Task Force. EFSA Journal 2010;8(11):1932, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2010.1932.
(13) EFSA (Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2024; The 2022 European Union report on pesticide residues in food. EFSA Journal 2024;22:e8753, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8753.
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonna għat-tijakloprid titħassar. |
|
(2) |
fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għat-tijakloprid: “Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2711/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)