16.3.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

314


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI, LI JILTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL,

ta’ l-10 ta’ April 2006

dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Itern li jemenda l-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE

(2006/611/KE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ACP-KE”, kif emendat bil-Ftehim iffirmat il-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005, hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE”,

Wara li kkunsidraw l-abbozz mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 95(3) tal-Ftehim ACP-KE, il-Kunsill tal-Ministri ACP-KE fil-25 ta’ Ġunju 2005 adotta Deċiżjoni Nru 5/2005 (1) dwar miżuri tranżitorji applikabbli mid-data tal-firma sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE rivedut.

(2)

L-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri tranżitorji tinvolvi applikazzjoni kmieni tal-maġġoranza tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE, bl-eċċezzjoni ta’ l-emendi meħtieġa lill-qafas finanzjarju pluriennali u d-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-koperazzjoni dwar il-ġlieda kontra t-tixtiq ta’ l-armi tal-qerda tal-massa, li huma kondizzjonati minn Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi d-disponibilita’ tar-riżorsi finanzjarji.

(3)

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, qablu fuq il-Ftehim Intern li jemenda l-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim li jemenda l-Ftehim Intern”. Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim Intern ma jistax jidħol fis-seħħ qabel ma jiġi adottat minn kull Stat Membru skond il-kundizzjonijiet kostituzzjonali tiegħu.

(4)

Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 5/2005 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE, l-Istati Membri u l-Komunità sejrin ikunu meħtieġa jieħdu l-miżuri xierqa għall-implimentazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, b' kull wieħed jaġixxi għal rasu.

(5)

Għalhekk, sabiex ikunu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Istati Membri matul il-perjodu ta’ applikazzjoni kmieni tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE, għandha tiġi prevista l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim Intern.

IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, li jemenda l-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim li jemenda l-Ftehim Intern”, għandhom jiġu applikati provviżorjament mill-25 ta’ Ġunju 2005.

It-test tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim Intern huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess żmien tal-miżuri tranżitorji sabiex jiġi applikat minn kmieni l-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE.

Għandha tibqa’ fis-seħħ sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim Intern.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 10 ta’ April 2006.

Għall-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

Il-President

U. PLASSNIK


(1)   ĠU L 287, 28.10.2005, p. 1.


FTEHIM INTERN

bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill li jemenda l-Ftehim Intern tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA, LI LTAQGĦU FI ĦDAN IL-KUNSILL,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE ffirmat f'Cotonou (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ACP-KE”,

Wara li kkunsidraw l-abbozz mill-Kummissjoni,

BILLI:

(1)

Bis-saħħa tad-Deċiżjoni tagħha tas-27 ta’ April 2004, il-Kunsill ta l-mandat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ l-Istati ta’ l-ACP bil-għan li temenda l-Ftehim ACP-KE. Dawn in-negozjati ngħalqu fi Brussell fit-23 ta’ Frar 2005. Il-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005.

(2)

Bħala riżultat ta’ dan, il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar miżuri li għandhom jittieħdu u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE (1), hawn aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Intern”, għandhom jiġu deċiżi.

(3)

Il-proċedura stabbilita mill-Ftehim Intern għandha bżonn tiġi emendata sabiex tieħu kont tat-tibdiliet magħmula lill-Artikoli 96 u 97 kif stabbiliti fil-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE. Din il-proċedura għandha tkun emendata wkoll biex tieħu kont ta’ l-Artikolu l-ġdid 11b li l-ewwel paragrafu tiegħu jikkostitwixxi element essenzjali tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE.

QABLU FUQ DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri għall-Implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 11b, 96 u 97 tal-Ftehim ACP-KE għandha, meta dik il-pożizzjoni kkonċernata jkollha x’taqsam mal-kompetenza, tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Anness.

Jekk il-miżuri ppjanati jikkonċernaw materji li jaqgħu taħt il-kompetenzi ta’ l-Istati Membri, il-Kunsill jista’ jaġixxi wkoll fuq inizjattiva minn Stat Membru.”

(2)

L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

“Artikolu 9

Dan il-Ftehim, imfassal f'oriġinal wieħed bil-lingwa Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża, Taljana u Ungeriża, bit-test ta’ kull wieħed minn dawn il-lingwi jkun ugwalment awtentiku, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li għandu jibgħat kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-gvernijiet ta’ l-Istati Firmatarji l-oħra.”

(3)

L-Anness għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS

1.   

Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jeżawrixxu l-għażliet kollha possibbli għal djalogu politiku ma’ Stat ta’ l-ACP taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim ACP-KE, ħlief f’każijiet ta’ urġenza speċjali, qabel il-bidu tal-proċess ta’ konsultazzjoni stabbilit fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ACP-KE. Id-djalogu taħt l-Artikolu 8 għandu jkun sistematiku u formalizzat skond il-modalitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ l-Anness VII tal-Ftehim ACP-KE. Rigward id-djalogu li jsir fuq livell nazzjonali, reġjonali u subreġjonali, meta l-Assemblea Konġunta tal-Parlament tkun involuta, għandha tkun rappreżentata minn ko-presidenti fil-kariga jew tinħatar persuna nominata.

2.   

Fejn, wara li jkunu eżawrixxu l-għażliet kollha possibbli għad-djalogu taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim ACP-KE, u fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru, il-Kunsill jikkunsidra li Stat ta' l-ACP naqas milli jissodisfa obbligazzjoni rigward wieħed mill-elementi essenzjali msemmija fl-Artikoli 9 jew 11b tal-Ftehim ACP-KE, jew f’każijiet serji ta’ korruzzjoni, l-Istat ta’ l-ACP ikkonċernat għandu jiġi mistieden, sakemm ma jkunx hemm urġenza speċifika, li jagħmel konsultazzjonijiet skond l-Artikoli 11b, 96 jew 97 tal-Ftehim ACP-KE rivedut.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Fil-konsultazzjonijiet, il-Komunità għandha tkun irrappreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill u l-Kummissjoni għandha tagħmel l-isforzi tagħha biex tiżgura ugwaljanza fil-livell ta’ rappreżentanza. Il-Konsultazzjonijiet għandhom jiffokaw fuq il-miżuri li jridu jittieħdu mill-parti kkonċernata u għandhom iseħħu skond il-modalitajiet stabbiliti fl-Anness VII tal-Ftehim ACP-KE.

3.   

Jekk, fl-iskadenza tal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 11b, 96 jew 97 tal-Ftehim ACP-KE għall-konsultazzjonijiet u minkejja l-isforzi kollha, ebda soluzzjoni ma tinstab, jew immedjatament fil-każ ta’ urġenza jew rifjut biex isiru l-konsultazzjonijiet, il-Kunsill jista’, skond dawk l-Artikoli, jiddeċiedi, fuq proposta mill-Kummissjoni, li jieħu l-miżuri adatti inkluża sospensjoni parzjali billi jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu f'każ ta’ sospensjoni sħiħa ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ACP-KE f’relazzjoni ma’ l-Istat ACP kkonċernat.

Dawn il-miżuri għandhom jibqgħu fis-seħħ saż-żmien li l-Kunsill ikun uża biex japplika l-proċedura kif stabbilit fl-ewwel sotto-paragrafu biex jieħu deċiżjoni li temenda jew tirrevoka l-miżuri li ġew adottati qabel, jew fejn applikabbli, għall-perjodu indikat fid-Deċiżjoni.

Għal dak l-iskop il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri hawn fuq imsemmija regolarment u għall-anqas kull sitt xhur.

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istat ACP konċernat u lill-Kunsill tal-Ministri ACP-KE bil-miżuri li ġew adottati b’dan il-mod qabel ma jidħlu fis-seħħ.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropej. Fejn il-miżuri jiġu adottati immedjatament, in-notifika tagħhom għandha tiġi indirizzata lill-Istat ACP u lill-Kunsill tal-Ministri ACP-KE fl-istess ħin ta’ l-istedina għall-konsultazzjonijiet.

4.   

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat immedjatament u bi sħiħ b’kull deċiżjoni li tittieħed taħt il-punti 2 u 3.”

Artikolu 2

Dan il-Ftehim għandhu jiġi approvat minn kull Stat Membru skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali tiegħu. Il-Gvern ta’ kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bit-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel paragrafu, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-istess żmien bħall-Ftehim li jemenda l-Ftehim ACP-KE (2). Għandu jibqa fis-seħħ għaż-żmien li jibqa fis-seħħ dak il-Ftehim.

Hecho en Luxemburgo, el diez de abril de dos mil seis.

V Lucemburku dne desátého dubna dva tisíce šest.

Udfærdiget i Luxembourg den tiende april to tusind og seks.

Geschehen zu Luxemburg am zehnten April zweitausendsechs.

Kahe tuhande kuuenda aasta aprillikuu kümnendal päeval Luxembourgis.

'Εγινε στo Λουξεμβούργο, στις δέκα Απριλίου δύο χιλιάδες έξι.

Done at Luxembourg on the tenth day of April in the year two thousand and six.

Fait à Luxembourg, le dix avril deux mille six.

Fatto a Lussemburgo, addì dieci aprile duemilasei.

Luksemburgā, divtūkstoš sestā gada desmitajā aprīlī.

Priimta du tūkstančiai šeštų metų balandžio dešimtą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer hatodik év április tizedik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-għaxar jum ta’ April tas-sena elfejn u sitta.

Gedaan te Luxemburg, de tiende april tweeduizend zes.

Sporządzono w Luksemburgu dnia dziesiątego kwietnia roku dwa tysiące szóstego.

Feito no Luxemburgo, em dez de Abril de dois mil e seis.

V Luxemburgu dňa desiateho apríla dvetisícšesť.

V Luxembourgu, desetega aprila leta dva tisoč šest.

Tehty Luxemburgissa kymmenentenä päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakuusi.

Som skedde i Luxemburg den tionde april tjugohundrasex.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image 1

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallone, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

Za Českou republiku

Image 2

På Kongeriget Danmarks vegne

Image 3

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image 4

Image 5

Eesti Vabariigi nimel

Image 6

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image 7

Por el Reino de España

Image 8

Pour la République française

Image 9

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image 10

Per la Repubblica italiana

Image 11

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image 12

Latvijas Republikas vārdā

Image 13

Lietuvos Respublikos vardu

Image 14

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image 15

A Magyar Köztársaság részéről

Image 16

Għar-Repubblika ta’ Malta

Image 17

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image 18

Für die Republik Österreich

Image 19

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image 20

Pela República Portuguesa

Image 21

Za Republiko Slovenijo

Image 22

Za Slovenskú republiku

Image 23

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image 24

För Konungariket Sverige

Image 25

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image 26


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ser tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.