<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-110/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0110</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:517">EU:C:2021:517</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>19</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Hogan – Kawża C‑110/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Regione Puglia</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Hogan</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20210624">24 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑110/20</HT></P><P>Regione Puglia</P><P>vs</P><P>Ministero dell’ambiente e della tutela del territorio e del mare,</P><P>Ministero dei beni e delle attività culturali e del turismo,</P><P>Ministero dello sviluppo economico,</P><P>Presidenza del Consiglio dei Ministri,</P><P>Commissione tecnica di verifica dell’impatto ambientale,</P><P>partijiet magħquda:</P><P>Global Petroleum Ltd</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal‑Istat, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 94/22/KE</KEYWORD><KEYWORD>Enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-għoti u għall-eżerċizzju ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-isfruttament u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni għall-prospettar ta’ idrokarburi f’żona ġeografika speċifika għal żmien determinat</KEYWORD><KEYWORD>Delimitazzjoni tas-superfiċji taż-żoni koperti minn awtorizzazzjoni waħda</KEYWORD><KEYWORD>Żoni kontigwi</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ diversi awtorizzazzjonijiet lill-istess operatur wieħed</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura kompetittiva</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din hija talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>qorti tar-rinviju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE> dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 262.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk id-Direttiva 94/22 tobbligax lil Stat Membru jistabbilixxi u jimponi limitu assolut għad-daqs ġeografiku ta’ żona li għaliha operatur wieħed jista’ jingħata awtorizzazzjoni għall-attivitajiet ta’ prospettar, ta’ sfruttament u ta’ estrazzjoni ta’ idrokarburi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>E&amp;P<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>E&amp;P hija taqsira stabbilita għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>esplorazzjoni u produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (ta’ idrokarburi). Qiegħed nużaha hawnhekk bħala li tinkludi l-istadju ta’ prospettar, l-analiżi ġeoloġika qabel esplorazzjoni ulterjuri, minħabba li t-tliet stadji huma kollha ttrattati speċifikament fid-Direttiva 94/22.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Qabel ma neżamina l-fatti u l-kwistjonijiet legali li jinqalgħu, jeħtieġ li l-ewwel insemmi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-raba’ u s-sitt sad-disa’ premessa tad-Direttiva 94/22 jgħidu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[…] l-Istati Membri għandhom is-sovranità u drittijiet ta’ sovranità fuq ir-riżorsi ta’ idrokarburi fit-territorji tagħhom;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>[…] għandhom jittieħdu passi biex jiġi assigurat l-aċċess mhux diskriminatorju għal u t-twettiq ta’ l-attività jiet li jirrelataw mat-tħaffir, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi permezz ta’ kondizzjonijiet li jinkoraġġixxu aktar kompetizzjoni f’dan is-settur u b’hekk jiffavorixxu l-aħjar prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ riżorsi fl-Istati Membri u jirrinfurzaw l-integrazzjoni tas-suq intern ta’ l-enerġija;</P></CONSID><CONSID><P>[…] għal dan il-għan, huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli komuni biex jassiguraw li l-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ l-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi jkunu miftuħa għall-entitajiet kollha li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa; […] l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi pubblikati; […] l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtorizzazzjonijiet jingħataw għandhom bl-istess mod ikunu magħrufa bil-quddiem mill-entitajiet kollha li jieħdu sehem f’dik il-proċedura;</P></CONSID><CONSID><P>[…] l-Istati Membri għandhom iżommu l-għażliet li jillimitaw l-aċċess għal u l-eżerċizzju ta’ dawn l-attività jiet għal raġunijiet iġġustifikati mill-interess pubbliku u suġġetti għall-kontribuzzjoni finanzjarja jew ta’ kontribuzzjoni f’idrokarburi, bl-arranġamenti dettaljati ta’ l-imsemmija kontribuzzjoni għandha tkun stabbilita b’tali mod hekk li ma tfixkilx l-immaniġġar ta’ l-entitajiet; […] dawn l-għażliet għandhom jintużaw b’mod mhux diskriminatorju; […] bl-eċċezzjoni ta’ l-obbligazzjonijiet li jirrelataw ma’ l-użu ta’ din l-għażla, passi għandhom jittieħdu biex ikun evitat li jiġi impost fuq dawk l-entitajiet, kondizzjonijiet u obbligazzjonijiet li mhumiex ġustifikati mill-ħtieġa li din l-attività titwettaq sewwa; […] l-attività jiet ta’ l-entitajiet għandhom ikunu mmonitorjati biss sal-limitu meħtieġ biex tiġi assigurata l-konformità ma dawn l-obbligazzjonijiet u l-kondizzjonijiet;</P></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><P>[…] [i]l-limitu taż-żoni koperti b’awtorizzazzjoni u t-tul ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu llimitati biex tiġi evitata r-riserva għal entità waħda id-dritt esklużiv għal żona li tista’ tkun ipprospettata, esplorata u msaħħla [imdaħħla] fi produzzjoni b’mod aktar effiċjenti minn diversi entitajiet;</P></CONSID><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/22 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/><HT TYPE="ITALIC">awtorizzazzjoni</HT><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser kull liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew kuntrattwali jew strument maħruġ taħtha li bih l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru jintitolaw entità li teżerċita, għaliha stess u fuq ir-riskju tagħha, dritt esklużiv li tipprospetta jew tesplora għal jew tipproduċi idrokarburi f’żona ġeografika. Awtorizzazzjoni tista’ tingħata għal kull attività separata jew għal diversi attività jiet fl-istess żmien.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 94/22 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu ż-żoni fit-territorju tagħhom li għandhom jintgħamlu disponibbli għall-eżerċitar ta’ l-attività jiet ta’ prospettar, esplorazzjoni u għal produzzjoni ta’ idrokarburi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull meta żona tintgħamel disponibbli għall-eżerċitar ta’ l-attività jiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm ebda diskriminazzjoni bejn entitajiet fir-rigward ta’ l-aċċess għal u l-eżerċitar ta’ dawn l-attività jiet.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1), (2) u (4) tad-Direttiva 94/22 jittratta l-proċedura li għandha tkun segwita għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-awtorizzazzjonijiet jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet kollha interessati jistgħu jibgħatu applikazzjonijiet skond il-paragrafu 2 jew 3.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din il-proċedura għandha tinbeda:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jew fuq l-inizjattiva ta’ l-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ avviz li jistieden applikazzjonijiet, li għandhom jiġu ppubblikati [li għandu jiġi ppubblikat] fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> ta’ mill-anqas 90 jum qabel id-data ta’ l-għeluq għall-applikazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jew permezz ta’ avviż li jistieden applikazzjonijiet, li għandhom jiġu ppubblikati [li għandu jiġi ppubblikat] fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> wara s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni minn xi entità mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(1). Entitajiet oħra interessati għandhom ikollhom perijodu ta’ mill-anqas 90 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni li fiha jkunu jistgħu jibagħtu applikazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-avviżi għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ awtorizzazzjoni, iż-żona jew iż-żoni ġeografiċi li parti minnhom jew kollha kemm huma, applikazzjoni tkun ġiet jew tkun tista’ ssir u d-data proposta jew il-limitu ta’ żmien għall-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni.</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jekk u sa dak il-limitu li l-konsiderazzjonijiet ġeoloġiċi jew tal-produzzjoni jiġġustifikaw l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni għal żoni lid-detentur ta’ l-awtorizazzjoni għal żona kontigwa. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jassiguraw li d-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għal xi żoni kontigwi oħra jkunu jistgħu jibagħtu applikazzjonijiet f’dak il-każ u li jingħataw żmien biżżejjed sabiex jagħmlu dan.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/22 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk iż-żoni ġeografiċi ma jkunux delimitati fuq il-bażi ta’ diviżjoni ġeometrika preċedenti tat-territorju, il-firxa ta’ kull żona hija ddeterminata b’tali mod li ma teċċedix ż-żona ġġustifikata mill-aħjar eżerċizzju possibbli ta’ l-attività jiet mill punti <HT TYPE="ITALIC">di vista</HT> tekniċi w ekonomiċi. Fil-każi ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija wara l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 3(2), kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti għal dan il-għan u għandhom jintgħamlu disponibbli għall-entitajiet qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tul ta’ l-awtorizzazzjoni m’għandux jeċċedi l-perijodu meħtieġ għat-twettiq ta’ l-attività jiet li dwarhom tkun ingħatat l-approvazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jtawwlu l-awtorizzazzjoni meta t-tul stipulat ma jkunx biżżejjed biex tiġi mwettqa l-applikazzjoni f’dak il-każ u meta l-attività tkun twettqet skond l-awtorizzazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>entitajiet li ma jżommux id-drittijiet esklużżivi fiż-żona ġeografika li dwarha jkunu rċevew l-awtorizzazzjoni għal itwal milli hu meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ l-attivitajiet awtorizzati.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 94/22 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Istati Membri jisgħu, sal-limitu ġġustifikat mis-sigurtà nazzjonali, mis-sigurtà pubblika, mis-saħħa pubblika, mis-sigurtà ta’ trasport, mill-protezzjoni ta’ l-ambjent, mill-protezzjoni ta’ riżorsi bioloġiċi u teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, mis-sigurtà ta’ stallazzjonijiet u tal-ħaddiema, mill-immaniġġar ippjanat tar-riżorsi idrokarburi (per eżempju r-rata li biha l-idrokarburi jkunu eżawriti jew l-ottimizzazzjoni ta’ l-akkwist tagħhom) jew il-ħtieġa li jiġi assigurat l-introjtu tat-taxxa, jimponu kondizzjonijiet u ħtiġijiet dwar l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw jew li jinsabu f’awtorizzazzjonijiet individwali u għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(5)(b) id-dispożizzjonijiet legali, regolatorji u amministrattivi li jirriżervaw għal entità waħda d-dritt li jinkisbu awtorizzazzjonijiet f’żona ġeografika speċifika fit-territorju ta’ l-Istat Membru għandhom jiġu aboliti mill-Istati Membri konċernati qabel l-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi Nru 9/1991</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-Decreto Legislativo <DATE ISO="19961125">25 novembre 1996</DATE>, n. 625 Attuazione della direttiva 94/22/CEE relativa alle condizioni di rilascio e di esercizio delle autorizzazioni alla prospezione, ricerca e coltivazione di idrocarburi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>GURI Nru 293 tal-<DATE ISO="19961214">14 ta’ Diċembru 1996</DATE>.</P></NOTE> (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-<DATE ISO="19961125">25 ta’ Novembru 1996</DATE> li Jimplimenta d-Direttiva 94/22/KEE dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 625/1996<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) ittraspona d-Direttiva 94/22 fid-dritt Taljan. Huwa emenda l-Artikolu 6, dwar il-permessi tal-esplorazzjoni għall-idrokarburi, tal-Legge <DATE ISO="19910109">9 gennaio 1991</DATE>, n. 9 Norme per l’attuazione del nuovo Piano energetico nazionale : aspetti istituzionali, centrali idroelettriche ed elettrodotti, idrocarburi e geotermia, autoproduzione e disposizioni fiscali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>GURI Nru 13 tas-<DATE ISO="19910116">16 ta’ Jannar 1991</DATE>.</P></NOTE> (il-Liġi Nru 9 tad-<DATE ISO="19910109">9 ta’ Jannar 1991</DATE> dwar Dispożizzjonijiet għall-Implimentazzjoni tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija Ġdid: Aspetti Istituzzjonali, Impjanti Idroelettriċi u Linji tal-Elettriku, Idrokarburi u Sistemi Ġeotermali, Awtoproduzzjoni u Dispożizzjonijiet Fiskali) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Liġi Nru 9/1991<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-permess ta’ esplorazzjoni għandu jingħata permezz ta’ digriet tal-Ministro dell’industria, del commercio e dell’artigianato [(il-Ministru għall-Industrija, għall-Kummerċ u għas-Snajja’, l-Italja)], wara konsultazzjoni mal-Comitato tecnico per gli idrocarburi e la geotermia [(il-Kumitat Tekniku għall-Idrokarburi u l-Enerġija Ġeotermali)] u mar-reġjun rilevanti jew mal-provinċji awtonomi ta’ Trento jew Bolzano, bi qbil mal-Ministro dell’ambiente [(il-Ministru għall-Ambjent, l-Italja)] u mal-Ministro della marina mercantile [(il-Ministru għall-Flotta Merkantili, l-Italja)], skont l-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Iż-żona koperta bil-permess ta’ esplorazzjoni għandha tkun tali li tippermetti t-twettiq razzjonali tal-programm ta’ esplorazzjoni u fi kwalunkwe każ ma għandhiex tkun ta’ iktar minn 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>; art adjaċenti u żoni tal-baħar adjaċenti jistgħu jkunu inklużi fiż-żona koperta bil-permess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk il-Ministru għall-Industrija, għall-Kummerċ u għas-Snajja’ ma jqisx li ż-żona mitluba hija ta’ daqs biżżejjed jew ta’ tifsila razzjonali għall-aħjar esplorazzjoni, huwa jista’ jiddeċiedi li ma jagħtix il-permess ta’ esplorazzjoni sakemm iż-żona inkunsiderazzjoni ma tkunx tista’ tingħaqad ma’ żoni tal-madwar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-permess ikun validu għal sitt snin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li jkollha l-permess għandha tkun intitolata għal żewġ estensjonijiet wara xulxin ta’ tliet snin kull waħda, sakemm hija tkun issodisfat l-obbligi tal-permess.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li jkollha l-permess tista’ tingħata estensjoni ulterjuri jekk […] xogħlijiet ikunu għadhom għaddejja […] għal raġunijiet li ma jkunux tort l-inattività, in-negliġenza jew l-inkompetenza tagħha […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Decreto Direttoriale <DATE ISO="20110322">22 marzo 2011</DATE> u d-Decreto Direttoriale <DATE ISO="20150715">15 luglio 2015</DATE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-proċedura għall-għoti ta’ permessi ta’ esplorazzjoni kienet irregolata b’digrieti amministrattivi adottati mill-Ministero dello Sviluppo Economico (il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku, l-Italja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>MISE<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Għall-bidu, dan kien id-Digriet tad-Direttur tat-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Decreto Direttoriale, <DATE ISO="20110322">22 marzo 2011</DATE>, Procedure operative di attuazione del decreto ministeriale <DATE ISO="20110304">4 marzo 2011</DATE> e modalità di svolgimento delle attività di prospezione, ricerca e coltivazione di idrocarburi liquidi e gassosi e dei relativi controlli ai sensi dell’articolo 15, comma 5 del Decreto Ministeriale <DATE ISO="20110304">4 marzo 2011</DATE> (id-Digriet tad-Direttur tat-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE> dwar il-Proċeduri Operattivi li Jimplimentaw id-Digriet Ministerjali tal-<DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE> u dwar il-Modalitajiet għat-Twettiq tal-Attivitajiet ta’ Prospettar, ta’ Esplorazzjoni u ta’ Estrazzjoni ta’ Idrokarburi Likwidi u f’Forma ta’ Gass u dwar il-Kontrolli Rispettivi fis-sens tal-Artikolu 15(5) tad-Digriet Ministerjali tal-<DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE>) (GURI Nru 89 tat-<DATE ISO="20110418">18 ta’ April 2011</DATE>).</P></NOTE>, li kien validu fiż-żmien meta kienet saret l-applikazzjoni għall-permessi u sal-<DATE ISO="20150904">4 ta’ Settembru 2015</DATE>. Minn dak iż-żmien ’il quddiem u sad-data li fiha kienu nħarġu d-digrieti li kienu sabu l-proġetti ambjentalment kompatibbli kien japplika d-Digriet tad-Direttur tal-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Decreto Direttoriale, <DATE ISO="20150715">15 luglio 2015</DATE>, Procedure operative di attuazione del Decreto Ministeriale <DATE ISO="20150325">25 marzo 2015</DATE> e modalità di svolgimento delle attività di prospezione, ricerca e coltivazione di idrocarburi liquidi e gassosi e dei relativi controlli ai sensi dell’art. 19, comma 6, dello stesso decreto (id-Digriet tad-Direttur tal-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE> dwar il-Proċeduri Operattivi li Jimplimentaw id-Digriet Ministerjali tal-<DATE ISO="20150325">25 ta’ Marzu 2015</DATE> u dwar il-Modalitajiet għat-Twettiq tal-Attivitajiet ta’ Prospettar, ta’ Esplorazzjoni u ta’ Estrazzjoni ta’ Idrokarburi Likwidi u f’Forma ta’ Gass u dwar il-Kontrolli Rispettivi, fis-sens tal-Artikolu 19(6) ta’ dan id-digriet) (GURI Nru 204 tat-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>).</P></NOTE>. Dan kien baqa’ fis-seħħ sat-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>. Dawn kienu jipprovdu għal proċedura waħda għall-ħruġ ta’ permess għal attivitajiet E&amp;P li wkoll kienet teħtieġ evalwazzjoni ambjentali li kellha ssir applikazzjoni għaliha separatament. F’din il-proċedura waħda kienu jieħdu sehem l-Istat u l-awtoritajiet reġjonali kkonċernati u kellhom jinkisbu l-opinjonijiet tal-awtoritajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Għall-attivitajiet lil hinn mill-art, dan kien jinkludi lill-Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare (il-Ministeru għall-Ambjent u għall-Ħarsien tal-Art u tal-Baħar, l-Italja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>MATTM<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), u lill-Ministero delle infrastrutture e trasporti (il-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, l-Italja) u l- Ministero delle politiche agricole, alimentari e forestali (il-Ministeru għall-Agrikoltura, għall-Ikel u għall-Politika Forestali, l-Italja).</P></NOTE>, ir-riżultat tal-proċedura tal-evalwazzjoni ambjentali u, fil-każ ta’ attivitajiet fuq l-art, l-approvazzjoni tar-reġjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) tad-Digriet tad-Direttur tat-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE> u l-Artikolu 14(1) tad-Digriet tad-Direttur tal-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE> kienu jipprovdu, it-tnejn li huma, li setgħu jingħataw iktar minn permess wieħed jew liċenzja individwali għal esplorazzjoni lill-istess entità ġuridika, sakemm iż-żona totali ma tkunx ta’ iktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> km<HT TYPE="SUP">2</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130827">27 ta’ Awwissu 2013</DATE>, Global Petroleum Ltd, kumpannija Awstraljana li topera mad-dinja kollha fis-settur marittimu tal-idrokarburi, issottomettiet erba’ applikazzjonijiet separati lill-MISE. Hija applikat għal erba’ permessi ta’ esplorazzjoni għal żoni adjaċenti li kienu jinsabu lil hinn mill-kosta tar-Reġjun ta’ Puglia, kull waħda b’superfiċji ta’ ftit inqas minn 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT> u, għalhekk, żona totali ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> km<HT TYPE="SUP">2</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont ir-regoli proċedurali Taljani applikabbli, applikazzjonijiet għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent kellhom jintbagħtu separatament. Global Petroleum għamlet hekk fit-<DATE ISO="20140530">30 ta’ Mejju 2014</DATE> meta bagħtet applikazzjoni lill-MATTM għad-deċiżjonijiet meħtieġa dwar il-kompatibbiltà ambjentali b’rabta ma’ stħarriġ siżmiku ta’ żewġ jew possibbilment ta’ tliet dimensjonijiet li kellu jitwettaq bl-użu tat-teknika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>air gun<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> fiż-żoni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz ta’ erba’ digrieti separati maħruġa fi tliet dati differenti, fl-<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE>, fil-<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE> u fis-<DATE ISO="20170926">26 ta’ Settembru 2017</DATE> rispettivament (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>digrieti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), il-MATTM, bi qbil mal-Ministro dei Beni e delle Attività culturali e del Turismo (il-Ministru għall-Patrimonju, għall-Attivitajiet Kulturali u għat-Turiżmu, l-Italja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>MIBAC<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), kien ġie kkonstatat li l-proġetti kienu kompatibbli ambjentalment. Il-MATTM innota li Global Petroleum ma setgħetx tissottometti applikazzjoni waħda, minħabba li l-Liġi Nru 9/1991 kienet tgħid li ż-żona koperta mill-permess ta’ esplorazzjoni għal idrokarburi kellha tkun tali li tippermetti t-twettiq razzjonali tal-programm ta’ esplorazzjoni u ma setgħetx, f’kull każ, tkun taqbeż superfiċji ta’ 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>, iżda indika li l-Commissione tecnica di verifica dell’impatto ambientale (il-Kummissjoni Teknika għall-Verifika tal-Effetti fuq l-Ambjent, l-Italja) kienet talbet iktar informazzjoni mingħand Global Petroleum sabiex teżamina l-effetti kumulattivi tal-proġetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-Regione Puglia (ir-Reġjun ta’ Puglia, l-Italja) – awtorità parteċipanti fil-proċedura – ikkontesta kull wieħed minn dawn id-digrieti billi ppreżenta erba’ kawżi separati quddiem it-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja). Huwa ssottometta li d-digrieti inkwistjoni kienu jiksru l-Artikolu 6(2) tal-Liġi Nru 9/1991 minħabba li kienu japplikaw il-limitu ta’ 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT> biss għall-permessi individwali, u mhux għall-operaturi. Dan kien ifisser li operatur seta’ jikseb awtorizzazzjonijiet għal superfiċji totali li taqbeż dan il-limitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>It-Tribunale Amministrativo Regionale del Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) ċaħdet dawn il-proċeduri. Hija kkonstatat li l-liġi ma kinitx intiża sabiex tħares l-ambjent, iżda pjuttost sabiex tippromwovi l-esplojtazzjoni razzjonali ta’ riżorsi ta’ idrokarburi u, b’hekk, il-kompetizzjoni bejn operaturi fis-settur. Minn dan hija ġibdet il-konklużjoni li operaturi individwali kienu intitolati jirċievu diversi permessi, anki għal żoni adjaċenti, sakemm kull applikazzjoni sottomessa tkun għal żona ta’ inqas minn 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT> u sakemm kull awtorizzazzjoni tinkiseb wara proċedura separata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ir-Reġjun ta’ Puglia ppreżenta proċeduri ta’ appell kontra l-erba’ sentenzi quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana mad-Direttiva 94/22. Hija tesprimi dubji dwar l-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva. Fl-opinjoni tagħha, din id-dispożizzjoni għandha tkun interpretata bħala li tinkoraġġixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-kompetizzjoni fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, jiġifieri li għadd kbir ta’ operaturi għandhom jikkompetu ma’ xulxin fis-suq, pjuttost milli sempliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kompetizzjoni għas-suq<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fejn operaturi jintgħażlu permezz ta’ mekkaniżmi kompetittivi sabiex joperaw f’suq partikolari. Din il-forma tal-aħħar, madankollu, intgħażlet mill-implimentazzjoni Taljana ta’ din id-direttiva li ma tipprojbixxix – u, għalhekk, tippermetti – il-ħruġ ta’ diversi permessi lil operatur wieħed, bil-kundizzjoni li dan l-operatur ikun kisibhom permezz ta’ proċeduri amministrattivi separati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dan, il-qorti tar-rinviju ssostni li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/22 jobbliga lill-Istati Membri jiddefinixxu daqs ideali wieħed għaż-żoni li għandhom ikunu disponibbli għal attivitajiet E&amp;P u t-tul ideali tal-awtorizzazzjonijiet għal tali għanijiet għal kull operatur wieħed sabiex tkun iggarantita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kompetizzjoni fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> minn diversi operaturi pjuttost milli minn ftit biss jew anki minn operatur wieħed. Il-qorti tar-rinviju tibża’ li, jekk ma jkunx hekk, jista’ jkun hemm konċentrazzjoni ta’ permessi għand operatur wieħed jew għand ftit operaturi biss.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega wkoll, b’riferiment għall-formulazzjoni tal-leġiżlazzjoni Taljana, li għaliha ma huwiex possibbli li tinterpreta l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni Taljana b’mod konformi ma’ dik li hija tqis bħala l-interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri fis-sens li tippermetti biss permess wieħed għal kull applikant. Kif issostni dik il-qorti, il-leġiżlazzjoni Taljana kienet dejjem stabbilixxiet żewġ limiti distinti fir-rigward tal-għoti ta’ permessi ta’ esplorazzjoni għall-idrokarburi. L-ewwel limitu kien relatat mas-superfiċji massima li kellha tkun koperta b’permess individwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Fil-bidu l-limitu kien stabbilit għal <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> ettaru (100 ettaru jġibu 1 km<HT TYPE="SUP">2</HT>) skont id-dispożizzjonijiet tal-Legge <DATE ISO="19570111">11 gennaio 1957</DATE>, n. 6 (il-Liġi Nru 6 tal-<DATE ISO="19570111">11 ta’ Jannar 1957</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Liġi Nru 6/1957<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), imbagħad ittella’ għal <FT TYPE="NUMBER">70000</FT> ettaru skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Legge <DATE ISO="19670721">21 luglio 1967</DATE>, n. 613 (il-Liġi Nru 613 tal-<DATE ISO="19670721">21 ta’ Lulju 1967</DATE>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Liġi Nru 613/1967<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), u fl-aħħar nett għal <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> ettaru skont id-dispożizzjonijiet ta’ din l-istess liġi. Din iċ-ċifra nżammet fil-formulazzjoni oriġinali tal-Artikolu 6 tal-Liġi Nru 9/1991 (qabel ma nbidlet bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 625/1996).</P></NOTE>. It-tieni limitu kien relatat mas-superfiċji massima li setgħet tkun koperta b’permess miżmum minn persuna jew entità ġuridika waħda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Din it-tieni ċifra kienet <FT TYPE="NUMBER">300000</FT> ettaru fit-territorju nazzjonali kollu u <FT TYPE="NUMBER">150000</FT> ettaru fl-istess reġjun skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 6/1957 (bi projbizzjoni fuq l-għoti ta’ permessi għal żoni adjaċenti), imtella’ għal <FT TYPE="NUMBER">500000</FT> ettaru skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Liġi Nru 613/1967. Iċ-ċifra ttellgħat għal <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT> ettaru b’din l-istess liġi, kif ukoll bil-Liġi Nru 9/1991 (qabel ma nbidlet skont id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625/1996), b’eċċezzjoni tingħata fir-rigward tal-Ente nazionale idrocarburi (l-Awtorità Nazzjonali għall-Idrokarburi, l-Italja, illum Eni SpA).</P></NOTE>. Għalhekk, meta tneħħa dan it-tieni limitu, dan, fl-opinjoni tal-qorti tar-rinviju, seta’ jiġi interpretat biss bħala li jfisser li ma kien hemm ebda limitazzjoni għall-għadd ta’ permessi li operatur seta’ jikseb<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Il-qorti tar-rinviju tissottometti li din l-istess pożizzjoni kienet adottata f’sentenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat), taqsima VI tal-<DATE ISO="20190104">4 ta’ Jannar 2019</DATE>, Nru 92. Il-qorti tar-rinviju, madankollu, ma taqbilx mal-konstatazzjoni ta’ din it-taqsima li projbizzjoni fuq il-ħruġ ta’ diversi permessi lil operatur wieħed (li jwassal sabiex jinqabeż il-limitu preskritt fir-rigward taż-żona fil-pussess ta’ operatur wieħed) ma setgħetx tiġi dedotta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri mid-Direttiva 94/22.</P></NOTE>. Dan, madankollu, kien imur, fil-fehma ta’ dik il-qorti, kontra l-għan tad-Direttiva 94/22. Il-qorti tar-rinviju ssostni li dan huwa minnu anki jekk wieħed iqis il-limitu massimu ta’ <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> km<HT TYPE="SUP">2</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Li huwa l-istess, jiġifieri <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT> ettaru, bħal dak previst fil-Liġi Nru 9/1991 qabel ma nbidlet bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 625/1996.</P></NOTE> previst fl-Artikolu 9(1) tad-Digriet tad-Direttur tat-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE> u fl-Artikolu 14(1) tad-Digriet tad-Direttur tal-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, minħabba li dan il-limitu huwa iktar minn tlettax‑il darba ogħla mil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>limitu ideali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> għal żona ta’ attivitajiet E&amp;P li huwa stabbilit bħala 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Id-[Direttiva 94/22] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik deskritta, li minn naħa, tiddefinixxi bħala ottimali għall-finijiet tal-ħruġ ta’ permess ta’ esplorazzjoni ta’ idrokarburi żona partikularment estiża, maħruġ għal perijodu determinat – f’dan il-każ żona ta’ 750 kilometru kwadru għal sitt snin – u li, min-naħa l-oħra, tippermetti li dawn il-limiti jinqabżu permezz tal-għoti ta’ diversi permessi ta’ esplorazzjoni għal żoni kontigwi [adjaċenti] favur l-istess operatur wieħed, bil-kundizzjoni li dawn jinħarġu wara proċeduri amministrattivi separati?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub kienu ppreżentati mir-Reġjun ta’ Puglia, minn Global Petroleum, mill-Gvernijiet tal-Italja, tal-Polonja u ta’ Ċipru, kif ukoll mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Analiżi</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha l-Italja tissottometti li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli. Ir-raġunijiet li hija tagħti huma, minn naħa, li d-digrieti inkwistjoni jittrattaw l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, li hija bbażata fuq l-applikazzjoni ta’ regoli ambjentali, filwaqt li d-domanda hija dwar l-applikazzjoni korretta tad-Direttiva 94/22. Hija tgħid ukoll li r-Reġjun ta’ Puglia ma għandux interess dirett u immedjat fil-kwistjoni minħabba li l-applikazzjonijiet għal permessi ta’ esplorazzjoni inkwistjoni huma relatati ma’ żoni adjaċenti l-kosta li jagħmlu parti mill-baħar territorjali. Dan ifisser li tali żoni jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Istat. L-Italja tgħarraf ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja li għadhom ma nħarġux il-permessi ta’ esplorazzjoni, minħabba li l-proċedura sabiex dawn jingħataw – bħal għal kull permess ieħor għal esplorazzjoni – bħalissa hija sospiża minħabba li daħal fis-seħħ id-Decreto‑Legge 14 dicembre 2018 Nru 135<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Decreto-legge <DATE ISO="20181214">14 dicembre 2018</DATE>, n 135, recante disposizioni urgenti in materia di sostegno e semplificazione per le imprese e per la pubblica amministrazione (id-Digriet‑Liġi tal-<DATE ISO="20181214">14 ta’ Diċembru 2018</DATE>, Nru 135, dwar Dispożizzjonijiet Urġenti għal Sostenn u Simplifikazzjoni għal Negozji u għall-Amministrazzjoni Pubblika, GURI Nru 290 tal-<DATE ISO="20181214">14 ta’ Diċembru 2018</DATE>), li wara nbidel fil-Liġi Nru 12 tal-<DATE ISO="20190211">11 ta’ Frar 2019</DATE>, GURI Nru 36 tat-<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>.</P></NOTE> li jitlob li jkun approvat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>pjan ta’ żvilupp<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Piano per la Transizione Energetica Sostenible delle Aree Idonee (il-Pjan għat-Tranżizzjoni Enerġetika Sostenibbli ta’ Żoni Eliġibbli).</P></NOTE> qabel ma jingħataw permessi għal attivitajiet E&amp;P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa biss għall-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet it-tilwima, u li għandha tieħu r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, tiddetermina kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tgħinha tagħti sentenza, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tissottometti lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, jekk id-domandi magħmula jkunu dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun, bħala prinċipju, meħtieġa tagħti deċiżjoni, ħlief meta jkun tassew ovvju li l-interpretazzjoni mitluba ma jkollhiex rabta mal-fatti attwali tal-kawża prinċipali, tkun ipotetika jew il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex quddiemha l-materjal fattwali jew legali meħtieġ sabiex hija tagħti risposta siewja għad-domandi magħmula lilha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210422">22 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Profi Credit Slovakia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑485/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:313">EU:C:2021:313</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Sa fejn għandu x’jaqsam dan il-każ, jiena nqis li t-talba għal deċiżjoni preliminari għandha tkun iddikjarata ammissibbli. L-ewwel, skont il-qorti tar-rinviju, kellha ssir applikazzjoni għall-evalwazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent – għalkemm separatament – sabiex jinkisbu l-permessi ta’ esplorazzjoni li Global Petroleum kienet talbet. Il-proċedura ta’ evalwazzjoni ambjentali kienet, għalhekk, ħaġa waħda mal-proċedura għall-għoti tal-permessi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Jekk tali deċiżjoni li tista’ titqies intermedja għall-għoti tal-permess ta’ esplorazzjoni tistax tkun ikkontestata jew jekk hijiex biss l-għotja finali ta’ tali permess li tista’ tkun ikkontestata hija kwistjoni għalkollox tad-dritt nazzjonali.</P></NOTE>. It-tieni, il-kwistjoni ta’ jekk il-fatt li l-Istat Taljan biss għandu kompetenza fir-rigward ta’ attivitajiet E&amp;P fl-ibħra territorjali jfissirx li r-Reġjun ta’ Puglia ma għandux kompetenza sabiex jikkontesta d-digriet inkwistjoni hija kwistjoni marbuta mal-proċedura quddiem il-qrati Taljani. Din il-kwistjoni ma għandha ebda impatt fuq l-ammissibbiltà ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari. Dan jgħodd ukoll għall-kwistjoni ta’ jekk u kif id-dħul fis-seħħ tad-Digriet-Liġi tal-<DATE ISO="20181214">14 ta’ Diċembru 2018</DATE>, Nru 135, jista’ jinfluwenza l-proċedura quddiem il-qrati Taljani. Sakemm il-proċedura tkompli quddiem il-qorti tar-rinviju, id-domanda magħmula ma tistax titqies li hija ipotetika. It-tielet, għalkemm id-digrieti inkwistjoni jikkonċernaw l-effetti fuq l-ambjent tal-istħarriġ siżmiku li Global Petroleum tipproponi li twettaq billi tuża t-teknika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>air gun<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>,<?PAGE NO="10"?> id-digrieti dwar il-kompatibbiltà ambjentali jagħmlu riferiment b’mod speċifiku għall-fatt li, minħabba d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/1991, Global Petroleum ma setgħetx tapplika għal permess wieħed biss għal dawn l-erba’ żoni adjaċenti. Ir-raba’, ir-Reġjun ta’ Puglia tabilħaqq jistrieħ fuq l-Artikolu 6(2) tal-Liġi Nru 9/1991 meta jikkontesta dawn l-erba’ digrieti. Minħabba li din hija d-dispożizzjoni li timplimenta d-Direttiva 94/22, jidher li hija meħtieġa l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva sabiex il-qorti tar-rinviju tiddeċiedi dwar it-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Risposta għad-domanda magħmula</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Meta l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk Stat Membru jistax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jevadi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> limitazzjoni ġeografika dwar id-daqs taż-żoni li huwa jkun stabbilixxa fil-liġi tiegħu li timplimenta l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 billi jagħti diversi awtorizzazzjonijiet lill-istess entità jekk tkun applikat għal tali awtorizzazzjonijiet b’mod separat, il-kwistjoni hija jekk id-Direttiva 94/22 titlobx li l-Istati Membri jillimitaw id-daqs ġeografiku ta’ awtorizzazzjonijiet li huma jagħtu lil entità waħda. Il-qorti tar-rinviju ma tistaqsix biss dwar il-limitazzjoni ġeografika (Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22) iżda wkoll dwar il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ kull awtorizzazzjoni (Artikolu 4(b) u (ċ) tad-Direttiva 94/22). Il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> prevista fl-Artikolu 4(b) hija iktar flessibbli mil-limitazzjoni ġeografika sa fejn tippermetti estensjoni meta t-tul stipulat ma jkunx biżżejjed sabiex titlesta l-attività inkwistjoni u meta l-attività tkun twettqet skont l-awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-Artikolu 4(ċ) tad-Direttiva 94/22 fil-fatt jgħid b’mod ċar, iżda, li għandu jiġi żgurat li entitajiet ma jżommux drittijiet esklużivi fiż-żona ġeografika għal itwal milli jkun meħtieġ għat-twettiq xieraq tal-attivitajiet awtorizzati.</P></NOTE>. Barra minn hekk, din il-limitazzjoni ma hijiex inkwistjoni f’din il-kawża skont id-digriet tar-rinviju. Għalhekk ser nikkonċentra fuq l-aspett ġeografiku, għalkemm ma għandix dubju li kull soluzzjoni misjuba tkun tapplika wkoll għall-aspett temporali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, id-direttivi jorbtu lill-Istati Membri f’dak li jirrigwarda r-riżultat li jkollu jinkiseb, iżda jħallu għall-awtoritajiet nazzjonali li jagħżlu l-forma u l-metodi li bihom ikollu jinkiseb dan ir-riżultat. Għalhekk, il-kwistjoni ewlenija hawnhekk hija jekk id-Direttiva 94/22 kinitx intiża li tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu limitu massimu għal żoni li fihom l-istess entità tkun intitolata twettaq attivitajiet E&amp;P f’kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Dan għandu jiġi aċċertat bl-applikazzjoni tal-metodi ta’ interpretazzjoni użati skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn għandhom iqisu, minbarra l-formulazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti, il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mir-regoli li hija tkun tagħmel parti minnhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Natumi,</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑815/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:336">EU:C:2021:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni letterali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Minħabba li ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/22 ma tagħti tweġiba ċara għall-kwistjoni ta’ jekk l-Istati Membri għandhomx jistabbilixxu żona ġeografika massima li fiha jkunu jistgħu jitwettqu attivitajiet E&amp;P <HT TYPE="ITALIC">minn operatur wieħed</HT>, ikun xieraq li jitqies jekk dispożizzjonijiet relatati jew is-sistema ta’ tali dispożizzjonijiet jgħinux sabiex tiġi ċċarata din il-kwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 94/22 jgħid li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jistabbilixxu ż-żoni fit-territorju tagħhom li jkunu jistgħu jintużaw sabiex jitwettqu attivitajiet E&amp;P. Din hija l-premessa li fuq il-bażi tagħha d-Direttiva 94/22 tagħmel armonizzazzjoni mhux eżawrjenti ta’ dawn l-attivitajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara wkoll f’dan is-sens il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez‑Bordona fil-kawżi magħquda Eni u Shell Italia E &amp; P (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑364/18 u C‑365/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:503">EU:C:2019:503</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni li attwalment tittratta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>il-firxa ta’ kull żona<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> – il-kelma rilevanti hawnhekk hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>żona<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, u ma hemmx riferiment f’dik is-sentenza għal awtorizzazzjoni/jiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Dan huwa differenti mill-Artikolu 4(b) tad-Direttiva 94/22 li jirreferi għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tul ta’ l-awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Min-naħa l-oħra, dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm diversi awtorizzazzjonijiet għal entità waħda.</P></NOTE> – hija l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22. Dan l-artikolu jgħid li jekk iż-żoni ġeografiċi ma jkunux iddelimitati fuq il-bażi ta’ diviżjoni ġeometrika minn qabel tat-territorju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>il-firxa ta’ kull żona hija ddeterminata b’tali mod li ma teċċedix iż-żona ġġustifikata mill-aħjar eżerċizzju possibbli ta’ l-attività jiet mill punti <HT TYPE="ITALIC">di vista</HT> tekniċi w ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Din id-dispożizzjoni ma titlobx li l-Istati Membri jiddelimitaw <HT TYPE="ITALIC">superfiċji</HT> massima f’ċifri assoluti li tkun applikabbli għall-każijiet kollha fi ħdan l-Istat Membru. Lanqas ma tittratta l-kwistjoni ta’ jekk dan il-limitu jfissirx li tali żoni għandhom ukoll jikkostitwixxu l-limitu għal kull operatur li jwettaq l-attivitajiet imsemmija iktar ’il fuq. Għaldaqstant, hija lanqas ma għandha regoli għal żoni adjaċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Dak li l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 tassew jitlob huwa li, jekk awtorizzazzjonijiet jingħataw skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22 (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>sistema ta’ perijodi ta’ liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>kriterji oġġettivi għandhom jiġu stabbiliti għal dan il-għan u għandhom jintgħamlu disponibbli għall-entitajiet qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Dan ifisser żewġ affarijiet. L-ewwel, jekk Stat Membru jibda perijodu ta’ liċenzjar, ikun importanti li jiġu ppubblikati l-kriterji sabiex ikun stabbilit dan il-limitu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Dawn il-kriterji jistgħu, għalhekk, jiġu wkoll ikkontestati.</P></NOTE>. It-tieni, din l-ewwel dispożizzjoni timplika li jekk jingħataw awtorizzazzjonijiet skont iż-żewġ sistemi l-oħra, jiġifieri, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>sistema miftuħa<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> skont Artikolu 3(3) ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Sistema miftuħa<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tiddeskrivi sistema fejn ikun hemm żoni għal attivitajiet E&amp;P li jkunu disponibbli fuq bażi permanenti u li jkunu jistgħu jkunu s-suġġett ta’ talba sabiex tingħata awtorizzazzjoni f’kull żmien f’negozjar individwali għal awtorizzazzjonijiet.</P></NOTE> u s-sistema skont l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 94/22 – li nerġa’ ngħaddi għaliha dalwaqt – dawn l-awtorizzazzjonijiet ukoll ikollhom iħarsu r-rekwiżit li d-daqs ta’ kull żona ma għandux jaqbeż iż-żona ġustifikata bl-aħjar twettiq possibbli tal-attivitajiet mill-aspetti tekniċi u ekonomiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/22 jittratta l-kwistjonijiet proċedurali dwar l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet. Fil-paragrafu 2 tiegħu huwa jiddeskrivi dik li jiena diġà rreferejt għaliha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>is-sistema ta’ perijodi ta’ liċenzjar<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> li biha applikanti jkunu mistiedna japplikaw għal awtorizzazzjonijiet, b’inizjattiva tal-awtorità kompetenti jew bħala reazzjoni għal applikazzjoni minn entità jekk l-Istat Membru kkonċernat imbagħad ikun jixtieq li t-territorju rispettiv tiegħu jintuża għal attivitajiet E&amp;P. L-avviżi ta’ stedina għal applikazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Fiż-żmien li fih id-Direttiva 94/22 daħlet fis-seħħ, dan kien <HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT>.</P></NOTE>. L-Artikolu 3(3) tal-istess direttiva jipprovdi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>sistema miftuħa<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> f’każijiet speċifiċi, li, madankollu, titlob ukoll li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Iż-żewġ proċeduri għandhom l-għan li jingħata aċċess għall-proċedura lill-partijiet kollha li jkunu interessati jieħdu sehem fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 94/22 għandu eżenzjoni minn dawn il-proċeduri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>jekk u sa dak il-limitu li l-konsiderazzjonijiet ġeoloġiċi jew tal-produzzjoni jiġġustifikaw l-għoti ta’ l-awtorizzazzjoni għal żoni lid-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għal żona kontigwa<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Il-Polonja targumenta li din id-dispożizzjoni sempliċement tippermetti lill-Istati Membri jagħtu<?PAGE NO="12"?> awtorizzazzjonijiet mingħajr ma jkollhom jagħtu lill-partijiet kollha interessati l-opportunità li jipparteċipaw. Minħabba li din hija l-unika eżenzjoni mogħtija skont din id-dispożizzjoni, il-Polonja ssostni li d-dispożizzjoni tassumi li awtorizzazzjonijiet għal żoni kontigwi jistgħu fil-fatt jingħataw lill-istess operatur wieħed. Jidher li l-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/22 issostni xi ftit din l-interpretazzjoni minħabba li dan l-artikolu jgħid li fil-każijiet tal-Artikolu 3(2) u (3) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li awtorizzazzjonijiet jingħataw wara proċedura li fiha l-entitajiet kollha interessati jkunu jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet skont il-paragrafu 2 jew 3. Id-dispożizzjoni, għalhekk, tirrikonoxxi li l-proċedura eċċezzjonali prevista fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 94/22 ma tirrikjedix li l-entitajiet kollha interessati jkollhom aċċess għal din il-proċedura. Hija ma tagħmilx rikonoxximent simili fir-rigward ta’ żoni kontigwi. Fil-fatt, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/22 jittratta biss kwistjonijiet proċedurali dwar l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-Reġjun ta’ Puglia, min-naħa l-oħra, iqis li l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 94/22 mhux biss għandu eżenzjoni mir-rekwiżit proċedurali, iżda wkoll minn dak li huwa jqis bħala prinċipju ġenerali, jiġifieri li awtorizzazzjonijiet għal żoni kontigwi jistgħu jingħataw biss fiċ-ċirkustanzi speċifiċi stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. Għandu jitfakkar li din id-dispożizzjoni tikkonċerna biss l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet għal żoni kontigwi f’ċirkustanzi speċifiċi. La l-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/22 u lanqas, fil-fatt, ebda dispożizzjoni oħra, ma jipprovdu li l-awtorizzazzjonijiet għal żoni kontigwi jistgħu jingħataw biss fiċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 3(4) u din id-dispożizzjoni lanqas ma tittratta l-limiti ġeografiċi ta’ dawn iż-żoni (aggregati). Għalhekk, jekk wieħed jassumi li l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 jobbliga lil Stat Membru jipprovdi limitu assolut għad-daqs taż-żoni mogħtija lil operatur wieħed, għaliex ma għandhomx jingħataw applikazzjonijiet għal żoni kontigwi jekk dawn iż-żoni kontigwi ma jilħqux dan id-daqs<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ir-Reġjun ta’ Puglia ma jaqbilx li entità għandha tkun intitolata tikseb diversi permessi ta’ esplorazzjoni, sakemm iż-żona koperta mill-permessi kollha tibqa’ fil-limitu ta’ 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>.</P></NOTE>? Dan ma għandux bażi fil-formulazzjoni tad-Direttiva 94/22. L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 94/22 lanqas ma jagħti eżenzjoni mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22, jekk wieħed kellu jinterpreta din l-aħħar dispożizzjoni bħala li tipprevedi limitu assolut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ma hemm, għalhekk, ebda indikazzjoni fid-Direttiva 94/22 ta’ prinċipju ġenerali li ma għandhomx jingħataw awtorizzazzjonijiet għal żoni kontigwi, kif kien argumentat mir-Reġjun ta’ Puglia. Madankollu, dan ma huwiex tweġiba għall-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 jillimitax id-daqs taż-żoni li jistgħu jingħataw lil operatur wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dispożizzjoni rilevanti oħra huwa l-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/22. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet lil operaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Fil-fatt, ir-raba’ subparagrafu biss tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22 jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kompożizzjoni [l-operatur] ta’ entità<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Ġeneralment, id-Direttiva ssemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>entitajiet<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>entità<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> hija ddefinita fil-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/22 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kull persuna naturali jew legali jew kull grupp ta’ dawk il-persuni li japplikaw għal, jew x’aktarx li japplikaw għal, jew li jkollhom awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>operator of an entity<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (bl-Ingliż), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Betreiber eines Unternehmens<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (bil-Ġermaniż), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>l’exploitant de l’entité<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> (bil-Franċiż), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>agente de una entidad<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> (bl-Ispanjol) li hemm fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tidher daqsxejn mhux tas-soltu. Moqrija flimkien mat-tielet subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni li tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kompożizzjoni ta’ entità li lilha jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, din il-frażi tidher li tindika li tali entità tista’ tkun magħmula minn gruppi ta’ kumpanniji li jwettqu l-attivitajiet tagħhom, pereżempju, bħala konsorzju (ara wkoll it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22). Id-differenza bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>entità<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>operatur<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> ma tagħmel ebda differenza għall-finijiet ta’ din il-kawża u entità li tingħata awtorizzazzjoni tkun teħtieġ operatur jew ikollha taġixxi bħala operatriċi li twettaq l-attivitajiet E&amp;P attwali.</P></NOTE>. L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22 għandu sett limitat ħafna ta’ kriterji għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni – u jgħid li dawn il-kriterji għandhom jitfasslu u jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali qabel il-perijodu għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet. Paragrafi oħra tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 94/22<?PAGE NO="13"?> għandhom l-għan li jiżguraw li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti kollha dwar l-eżerċizzju u l-waqfien tal-attività – inkluż tagħrif dwar bidliet – ikunu jistgħu jinkisbu mill-partijiet kollha interessati. Dan japplika wkoll għall-komunikazzjoni tar-raġunijiet għal applikazzjoni li ma tirnexxix lill-applikant, jekk l-applikant hekk jixtieq. Flimkien ma’ dan, l-Artikolu 5 jobbliga lill-Istati Membri japplikaw dawn il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti b’mod mhux diskriminatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 94/22 huwa interessanti fir-rigward ta’ aspetti ambjentali msemmija mir-Reġjun ta’ Puglia u mill-Kummissjoni. Huwa jagħti dritt lill-Istati Membri jimponu kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet E&amp;P sa fejn, fost oħrajn, ikun iġġustifikat mill-ħarsien tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/22 għandu messaġġ ta’ kompetizzjoni. Huwa jobbliga lill-Istati Membri jħassru dispożizzjonijiet legali, regolatorji u amministrattivi li jirriżervaw lil entità waħda d-dritt li tikseb awtorizzazzjonijiet f’żona ġeografika speċifika fit-territorju tagħhom qabel l-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Filwaqt li huwa ċar mill-Artikolu 7, kif ukoll mis-sitt premessa tad-Direttiva 94/22, li hija x-xewqa tal-leġiżlatur li tiżdied il-kompetizzjoni fis-settur, l-Artikolu 7 tagħha jittratta l-problema li kienet teżisti meta din id-direttiva daħlet fis-seħħ. Din il-problema kienet li, f’ħafna pajjiżi, kienu jeżistu dispożizzjonijiet legali, regolatorji u amministrattivi li kienu jirriżervaw għal entità waħda d-dritt li tikseb awtorizzazzjonijiet għal attivitajiet E&amp;P f’żoni speċifiċi. Dawn kellhom jitħassru sal-<DATE ISO="19970101">1 ta’ Jannar 1997</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dan ma jikkonċernax dispożizzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’, jew li jkunu inklużi fi, awtorizzazzjonijiet individwali u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 94/22.</P></NOTE>. Madankollu, dan l-artikolu ma għandu ebda stipulazzjoni lil hinn minn dan il-perijodu. Kif huwa ċar ukoll mill-formulazzjoni tas-sitt premessa, il-miżuri li għandhom jittieħdu skont id-Direttiva huma l-aċċess mhux diskriminatorju għall-attivitajiet koperti mid-Direttiva u l-eżerċizzju ta’ dawn l-attivitajiet skont kundizzjonijiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>jinkoraġġixxu aktar kompetizzjoni f’dan is-settur u b’hekk jiffavorixxu l-aħjar prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ riżorsi fl-Istati Membri u jirrinfurzaw l-integrazzjoni tas-suq intern ta’ l-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Wieħed għandu jiftakar ukoll li l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 jitlob biss li tkun stabbilita żona li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ma teċċedix iż-żona ġġustifikata mill-aħjar eżerċizzju possibbli ta’ l-attivitajiet mill-punti di vista tekniċi w ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> <HT TYPE="ITALIC">jekk</HT> iż-żoni ġeografiċi ma jkunux diġà ddelimitati abbażi ta’ diviżjoni<?PAGE NO="14"?> ġeometrika minn qabel tat-territorju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Kien innotat ukoll minn Wangelow, V. P., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Petroleum licensing in the European Union: the allocation of E&amp;P rights in Denmark<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, <HT TYPE="ITALIC">The Journal of World Energy Law &amp; Business</HT>, Vol. 11(2), OUP, Oxford, 2018, p. 145‑163, fil-paġna 155, id-Direttiva 94/22 batiet mill-fatt li ż-żoni ġeografiċi kważi kollha kienu diġà ġew allokati qabel ma kienet daħlet fis-seħħ (ara l-lista ta’ dispożizzjonijiet legali fl-Istati Membri li kienu taw tali awtorizzazzjonijiet dak iż-żmien, fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE al-<DATE ISO="19930614">14 ta’ Ġunju 1993</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, ta’ l-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194).</P></NOTE>. Għalhekk, jekk wieħed ried jiżgura l-istess kundizzjonijiet kompetittivi fir-rigward tad-daqs taż-żoni għall-operaturi prospettivi kollha fi Stat Membru wieħed, dan kien ikun dejjem inkomplet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>B’żieda ma’ dan, dan ikollu rabta biss mal-Istati Membri speċifiċi, filwaqt li s-suq – mingħajr ma nidħol f’ebda dettall u minħabba li s-suġġett ma kienx diskuss jew iddettaljat, nassumi li l-prodott tas-suq ikun is-suq għall-esplorazzjoni għal żejt mhux maħdum u esplorazzjoni għal gass naturali (il-Kummissjoni qieset dawn is-swieq flimkien minħabba li l-kontenuti ta’ riżervi ta’ taħt l-art ma jistgħux ikunu magħrufa fl-istadju ta’ esplorazzjoni) – għal dawn l-attivitajiet ma huwiex neċessarjament dak tal-Istati Membri individwali. Fil-fatt, il-Kummissjoni ddikjarat f’diversi deċiżjonijiet li s-suq għal servizzi E&amp;P għandu jitqies li huwa suq mad-dinja kollha. Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20110624">24 ta’ Ġunju 2011</DATE> li teżenta l-esplorazzjoni u l-isfruttament taż-żejt u tal-gass fl-Italja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="166" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 166, p. 28</REF.DOC.OJ>, punti 9 u 14), u, fir-rigward tal-attività ta’ esplorazzjoni, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1120 tat-<DATE ISO="20150708">8 ta’ Lulju 2015</DATE> li teżenta l-esplorazzjoni għaż-żejt u għall-gass fil-Greċja mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 182, p. 88</REF.DOC.OJ>, punt 12) u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE> fil-Każ M.9175 – Total/Chevron Denmark, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="126" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 126, p. 1</REF.DOC.OJ>, punt 19, ukoll fir-rigward tad-definizzjoni ta’ suq ta’ prodott imsemmija iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 jobbliga biss lill-Istati Membri jistabbilixxu kriterji oġġettivi sabiex tkun stabbilita tali żona. Dan l-artikolu ma jobbligax lill-Istati Membri jiffissaw superfiċji ġeografika speċifika f’ċifri assoluti għaż-żoni kollha fit-territorju tagħhom (dan jista’, minħabba differenzi ġeografiċi jew ġeoloġiċi f’partijiet differenti tat-territorju ta’ Stat Membru, ma jkunx l-iktar mod effiċjenti teknikament u ekonomikament). L-iffissar ta’ superfiċji massima għal tali attivitajiet f’ċifri assoluti jikkostitwixxi kriterju oġġettiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Global Petroleum issostni li t-tiftix għal idrokarburi fil-baħar ġeneralment jiswa ħafna flus u jinvolvi spejjeż inizjali sinjifikattivi ta’ kultant għexieren ta’ miljuni ta’ euro, skont kemm ikun fond il-baħar, kif ukoll garanziji finanzjarji ta’ bejn 200 miljun u 500 miljun euro sabiex jagħmlu tajjeb għal garanziji għal ħsara li tista’ sseħħ matul l-esplorazzjoni (skont il-liġi Taljana). Skont din il-parti u l-Italja, entitajiet ma jkunux interessati jidħlu għal attivitajiet E&amp;P jekk ikunu limitati għal żona waħda ta’ 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>. Madankollu, dan jista’ jservi biss bħala argument li l-Italja ffissat il-limitu ta’ 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT> b’mod baxx wisq. L-Italja, iżda, ma hijiex miżmuma mill-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 milli tiffissa limitu baxx li jista’ ma jkunx l-aħjar minħabba li d-dispożizzjoni tobbliga biss lill-Istat Membru jieħu miżuri sabiex jiżgura li ż-żona ġeografika għal attivitajiet E&amp;P <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/><HT TYPE="ITALIC">ma teċċedix</HT> iż-żona ġġustifikata mill-aħjar eżerċizzju possibbli ta’ l-attivitajiet mill-punti di vista tekniċi w ekonomiċi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> (enfasi miżjuda).</P></NOTE>. Minħabba li dan ma huwiex il-mod waħdieni li bih Stat Membru jista’ jimplimenta l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22, ma nqisx li dan huwa indikazzjoni ċara li limitu, bħas-750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>, għandu jitqies limitu assolut meħtieġ mid-Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni l-iktar ċara li ssostni interpretazzjoni bħal din tista’ aktarx tinstab fid-disa’ premessa. Din tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>l-limitu <HT TYPE="ITALIC">taż-żoni koperti b’awtorizzazzjoni</HT> u t-tul ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom ikunu llimitati biex tiġi evitata r-riserva għal entità waħda id-dritt esklużiv għal żona li tista’ tkun ipprospettata, esplorata u msaħħla [imdaħħla] fi produzzjoni b’mod aktar effiċjenti minn diversi entitajiet<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Minħabba li dan huwa relatat b’mod ċar mal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 4(a) u (b) tad-Direttiva 94/22, din id-dispożizzjoni tista’, fid-dawl tad-disa’ premessa, tinqara bħala li tfisser li dawn il-kriterji huma intiżi li jillimitaw kull operatur/entità għal mhux iktar minn awtorizzazzjoni waħda fi żmien partikolari għal attivitajiet E&amp;P fi Stat Membru partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Filwaqt li interpretazzjoni tal-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 bħala li jfisser li għandu jkun hemm limitu assolut għaż-żona li għaliha tista’ tingħata awtorizzazzjoni waħda jew iktar lil entità waħda, tista’ żżid l-għadd ta’ kompetituri għal attivitajiet E&amp;P, hija għandha wkoll effetti potenzjalment negattivi. Kif tinnota l-Kummissjoni, tali interpretazzjoni tista’ tillimita<?PAGE NO="15"?> l-kompetizzjoni għal-liċenzji minħabba li teskludi – maż-żmien, skont kemm idumu l-awtorizzazzjonijiet – għadd dejjem jikber ta’ entitajiet mill-proċess jekk huma jkunu diġà qegħdin iwettqu tali attivitajiet fi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalkemm din l-analiżi purament testwali ma twassalx għal konstatazzjoni li l-operaturi huma limitati għal permess ta’ esplorazzjoni wieħed, ser ngħaddi issa sabiex inqis, xorta waħda, l-għanijiet segwiti mid-Direttiva 94/22.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni kuntestwali u teleoloġika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Skont is-sitt premessa tagħha, id-Direttiva 94/22 għandha żewġ għanijiet relatati. L-ewwel, hija trid tiżgura aċċess għal u eżerċizzju ta’ attivitajiet E&amp;P mingħajr diskriminazzjoni u b’hekk hija trid tinkoraġġixxi u tiffavorixxi l-aħjar prospettar, sfruttament u estrazzjoni ta’ riżorsi li jinsabu fl-Unjoni. Kif huwa ċar mit-tielet premessa tagħha, dan huwa ta’ importanza kbira minħabba li, fiż-żmien meta d-Direttiva 94/22 daħlet fis-seħħ, l-Unjoni kienet tiddependi, u ġeneralment għadha tiddependi, fuq importazzjonijiet għall-provvisti tagħha ta’ idrokarburi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 94/22 kienet adottata abbażi tal-ewwel u tat-tielet sentenza tal-Artikolu 57(2) kif ukoll tal-Artikoli 66 u 100a tat-Trattat KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Illum l-Artikoli 53(1), 62 u 114 TFUE.</P></NOTE>. Diġà minn dan jirriżulta ċar li l-mira prinċipali tad-Direttiva huwa l-istabbiliment tas-suq intern. L-għan ewlieni tagħha huwa li tiżgura aċċess mhux diskriminatorju għall-entitajiet kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew jekk ikunux pubbliċi jew privati, għal attivitajiet E&amp;P<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, ir-Rapport tad-<DATE ISO="19980729">29 ta’ Lulju 1998</DATE> tal-Kummissjoni lill-Kunsill dwar id-Direttiva 94/22/KE dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, għall-isfruttament u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, COM(1998) 447 final.</P></NOTE>. Dan huwa ċar mir-regoli tagħha li – kif intwera iktar ’il fuq – jikkonċentraw fuq li jkunu mgħarrfa l-partijiet kollha li jistgħu jkunu interessati jingħataw awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 94/22.</P></NOTE> u li jkun iffissat għadd limitat ta’ kriterji rilevanti għal tali għoti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22.</P></NOTE>. Din it-tieni miżura għandha l-għan li tirrestrinġi l-possibbiltajiet tal-Istati Membri fit-tfassil tal-kriterji għall-klijenti favoriti (nazzjonali) tagħhom. Dawn il-prinċipji jistgħu jinġabru fi frażi waħda: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>trasparenza u nondiskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Dawn il-prinċipji huma prinċipji ġenerali tad-dritt dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li huma wkoll riflessi fid-direttivi dwar l-utilitajiet. It-tieni parti ta’ dan il-prinċipju kienet diġà stabbilita b’mod speċifiku fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/38. Direttivi sussegwenti dwar l-utilitajiet kellhom artikolu li kien jistabbilixxi dawn il-prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti. Ara, pereżempju, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19) u l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="243" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 243</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Skont ir-Reġjun ta’ Puglia, id-Direttiva 94/22 tiggarantixxi l-kompetizzjoni <HT TYPE="ITALIC">fis-suq</HT> li, fil-fehma tiegħu, tista’ sseħħ biss jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jkunu interpretati b’mod li jipprekludi li entità tkun tista’ tikseb pożizzjoni dominanti jew li l-awtorizzazzjonijiet ikunu kkonċentrati għand ftit operaturi. Ir-Reġjun ta’ Puglia jsostni li huwa l-għan tad-Direttiva 94/22 li jkun evitat il-ħolqien ta’ drittijiet esklużivi f’żoni ġeografiċi li ma jħallux ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>kompetizzjoni ġenwina fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Fl-opinjoni tiegħu, jekk ikunu allokati żoni ikbar għal attivitajiet E&amp;P lil entità waħda, dan ser iwassal għal distorsjoni tas-suq. Skont ir-Reġjun ta’ Puglia, l-għan tal-limitu impost skont l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 – il-limitu ta’ 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT> – huwa li jevita li jsir dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ma naqbilx ma’ dan ir-raġunament. L-ewwel, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 94/22 jagħmlu parti mill-korp ta’ regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, mhux minn dak tar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Għalkemm iż-żewġ settijiet ta’ regoli għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kompetizzjoni fl-Unjoni, li mbagħad għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ suq intern, huma għandhom żewġ punti ta’ tluq differenti. Filwaqt li d-dritt dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jirregola l-imġiba ta’ awtoritajiet pubbliċi jew ta’ impriżi pubbliċi jew ta’ impriżi li joperaw abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija minn Stat Membru, ir-regoli tal-kompetizzjoni jittrattaw attivitajiet ekonomiċi ta’ impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Dan ma jfissirx li awtorità pubblika ma tistax tkun ittrattata bħala impriża għall-finijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni jekk hija twettaq attivitajiet ekonomiċi.</P></NOTE>. Bħala tali, ir-regoli rispettivi jaħdmu f’livelli differenti. Filwaqt li l-Artikoli 101 u 102 TFUE jillimitaw ċerta mġiba mhux kompetittiva u filwaqt li r-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE> dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).</P></NOTE> għandu l-għan li ma jħallix ikun hemm bidliet strutturali għas-suq minħabba konċentrazzjonijiet li b’mod sinjifikattiv ifixklu kompetizzjoni effettiva, ir-regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi huma intiżi li jagħtu aċċess ugwali għas-suq lill-entitajiet kollha interessati billi japplikaw il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet biss ma jħallix li <HT TYPE="ITALIC">tinħoloq</HT> pożizzjoni dominanti u dan biss f’każ ta’ konċentrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Li d-Direttiva 94/22 tagħmel parti mit-tieni sett ta’ dispożizzjonijiet huwa msaħħaħ iktar ukoll mill-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/22, li mill-ewwel jgħaqqad din id-direttiva mad-Direttiva 93/38<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Din il-konnessjoni ssir permezz tal-Artikolu 45(4) ta’ din id-direttiva, li jipprovdi li referenzi għad-Direttiva tal-Kunsill 90/531/KEE tas-<DATE ISO="19900917">17 ta’ Settembru 1990</DATE> dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjonijiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="297" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1990">ĠU 1990, L 297, p. 1</REF.DOC.OJ>), li hija d-direttiva emendata bid-Direttiva 94/22, għandhom jinftehmu bħala referenzi għad-Direttiva 94/22. Peress li d-Direttiva 93/38 kellha tiġi implimentata sal-<DATE ISO="19940701">1 ta’ Lulju 1994</DATE>, skont l-Artikolu 45(1) tagħha, filwaqt li d-Direttiva 94/22 kellha tiġi implimentata (biss) sal-<DATE ISO="19950701">1 ta’ Lulju 1995</DATE>, skont l-Artikolu 14(1) tagħha, dan kien ifisser li r-referenza inizjali għad-Direttiva 90/531 ftit kienet rilevanti fil-prattika.</P></NOTE>. Skont din id-direttiva – kif ukoll skont id-direttivi li ssostitwixxewha – <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>l-isfruttar ta’ żona ġeografika, bil-għan li jkun hemm esplorazzjoni għal jew estrazzjoni taż-żejt [jew] tal-gass<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> kien attività rilevanti għall-finijiet tad-Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 93/38, l-Artikolu 7(a) tad-Direttiva 2004/17 u l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2014/25.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38 kien, madankollu, possibbli li tintalab deroga mill-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-utilitajiet jekk ikunu tħarsu ċerti kriterji, jiġifieri kriterji relatati ma’ trasparenza u nondiskriminazzjoni fl-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet. L-Istati Membri mbagħad kellhom jiżguraw, f’dawn l-awtorizzazzjonijiet, l-akkwist mhux diskriminatorju u kompetittiv tal-entità li tkun ingħatat tali awtorizzazzjoni, kif ukoll l-informazzjoni lill-Kummissjoni relatata mal-għoti ta’ kuntratti. L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 93/38, kif miżjud mad-dispożizzjoni bl-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/22, kien jipprovdi li l-kriterji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni għandhom jitqiesu li jkunu tħarsu malli Stat Membru jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/22<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Din is-soluzzjoni kienet fil-fatt trasposta fid-Direttiva 2004/17 bl-Artikolu 30(3) tagħha flimkien mal-punt G tal-Anness XI. Minħabba li kien instab li d-Direttiva 94/22 kienet ġiet implimentata b’mod korrett u kienet qiegħda topera sewwa, id-Direttiva 2004/17 ħassret is-sistema speċifika li kienet inħolqot fir-rigward ta’ attivitajiet E&amp;P u ssostitwixxietha bi proċedura ġenerali li kienet tippermetti eżenzjoni ta’ setturi li l-attività tagħhom tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx ristrett (il-premessa 38 u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17). Skont id-Direttiva 2014/25 li tapplika llum, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>l-akkwisti magħmula bl-iskop ta’ esplorazzjoni għaż-żejt u l-gass<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> kienu esklużi għalkollox mid-Direttiva. Ir-raġuni għal dan hija li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>dan is-settur b’mod konsistenti nstab li huwa soġġett għal tali pressjoni kompetittiva li d-dixxiplina ta’ akkwist li rriżultat mir-regoli dwar l-akkwist tal-Unjoni ma għadhiex meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> (premessa 25 tad-Direttiva 2014/25), filwaqt li l-estrazzjoni ta’ żejt u gass tissokta tkun koperta minnha. Aċċess għal dan is-suq għandu, madankollu, jitqies li ma jkunx ristrett jekk Stat Membru jkun implimenta u applika d-Direttiva 94/22 (ara l-premessa 25 u l-Artikolu 34(3) flimkien mal-punt G tal-Anness III tagħha).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Dan juri li d-Direttiva 94/22 u d-dispożizzjonijiet tagħha huma ħolqa fil-katina ta’ miżuri meħuda sabiex setturi li kienu joperaw fi swieq magħluqa jitmexxew lejn prattika bbażata fuq il-kompetizzjoni mal-Unjoni kollha u fuq l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, ħaġa li ma kinitx tħalliet issir minħabba drittijiet esklużivi mogħtija minn awtoritajiet nazzjonali għall-isfruttament ta’ żoni ġeografiċi partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara l-premessa 11 tad-Direttiva 93/38 u l-premessa 1 tad-Direttiva 2014/25.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-limitazzjonijiet li għandhom ikunu imposti skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/22 għandhom jitqiesu f’dan il-kuntest. Filwaqt li huwa rrikonoxxut li attivitajiet E&amp;P li jeħtieġu investiment kbir jitwettqu biss f’żona jekk dan ikun jista’ jsir fuq bażi esklużiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Il-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/22 jiddefinixxi awtorizzazzjoni bħala jedd għall-eżerċizzju ta’ dritt esklużiv.</P></NOTE>, kull tali dritt esklużiv ifisser li l-kompetizzjoni tintemm għaż-żona ġeografika koperta minn tali awtorizzazzjoni u matul il-perijodu ta’ validità tagħha. Għaldaqstant, it-tneħħija effettiva mill-kompetizzjoni għandha tkun limitata fid-daqs u fiż-żmien kemm jista’ jkun b’mod raġonevoli, filwaqt li min ikollu awtorizzazzjoni jibqa’ jitħalla (għall-inqas teoretikament)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Minħabba li l-attivitajiet ta’ prospettar u esplorazzjoni huma intiżi li jaċċertaw jekk u fejn jistgħu jkunu sfruttati riżorsi ta’ idrokarburi, ovvjament dejjem ikun hemm il-possibbiltà li ma jinstabu ebda idrokarburi, jew għall-inqas xejn li jkun jista’ jiġi sfruttat b’mod ekonomikament vijabbli.</P></NOTE> jifdi l-investimenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>L-istess ħsieb huwa l-bażi tal-limitazzjoni temporali ta’ konċessjonijiet skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/23/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 82, p. 7</REF.DOC.OJ>). Ara wkoll il-premessa 52 ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja nnotat li r-regoli tal-Unjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi kienu adottati sabiex jitwaqqaf suq wieħed, li jkollu l-għan li jiżgura l-libertà tal-moviment u li jneħħi restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni u li, f’dan il-kuntest, huwa l-interess tad-dritt tal-Unjoni li tiġi żgurata l-usa’ parteċipazzjoni possibbli minn offerenti f’sejħa għal offerti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090519">19 ta’ Mejju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Assitur</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑538/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:317">EU:C:2009:317</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180208">8 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Lloyd’s of London</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:78">EU:C:2018:78</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. B’mod konformi ma’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement irreżistiet attentati sabiex ikunu estiżi r-raġunijiet għall-esklużjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>kuntratturi<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, minbarra dawk stabbiliti fid-direttivi rispettivi, ħlief jekk ikollhom l-għan li jiżguraw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>l-osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti kollha u ta’ trasparenza, li jikkostitwixxi l-bażi tad-direttivi tal-Unjoni marbuta mal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, bil-kundizzjoni li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Michaniki</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:731">EU:C:2008:731</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE tal-<DATE ISO="19930614">14 ta’ Ġunju 1993</DATE> li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180208">8 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Lloyd’s of London</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:78">EU:C:2018:78</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll 36 u l-ġurisprudenza ċċitata) fir-rigward tar-raġunijiet ta’ esklużjoni minn parteċipazzjoni f’offerta minħabba l-qagħda personali tal-kandidat jew tal-offerent kif stabbilit fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</P></NOTE>. Għalkemm dawn il-konstatazzjonijiet kienu saru fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi, dan l-istess għan li aċċess għal kuntratti ma jkunx ristrett bla bżonn japplika ugwalment għall-qasam tal-utilitajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara l-premessi 71, 73 u t-tielet paragrafu tal-premessa 106 tad-Direttiva 2014/25.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-għan tad-Direttiva 94/22 ma huwiex li jiġi limitat l-għadd ta’ applikanti għal awtorizzazzjoni iżda huwa eżatt l-oppost, jiġifieri li jkun hemm kemm jista’ jkun entitajiet – adatti – li jikkompetu għall-awtorizzazzjonijiet. Ma jkunx ta’ ġid għall-kompetizzjoni li jkunu esklużi xi kompetituri mis-suq meta jkun hemm din il-kompetizzjoni, jiġifieri meta jkunu qegħdin jingħataw awtorizzazzjonijiet, sempliċement minħabba li l-awtorizzazzjonijiet li diġà<?PAGE NO="18"?> jkollhom ikunu jilħqu l-limitu stabbilit skont l-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22. Filwaqt li huwa minnu li entitajiet li diġà jkollhom awtorizzazzjonijiet għal attivitajiet E&amp;P, partikolarment awtorizzazzjonijiet għal żoni adjaċenti, jistgħu jkunu f’qagħda aħjar sabiex jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22 u jirbħu meta joffru għal iktar awtorizzazzjonijiet, ma huwiex il-kompitu tad-dritt dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jara li dan ma jitħalliex iseħħ. U, kif diġà indikajt iktar ’il fuq, lanqas id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni ma jżommu milli tkun tista’ tinkiseb pożizzjoni dominanti jekk din il-pożizzjoni dominanti tintlaħaq minħabba prestazzjoni fis-suq u mhux minħabba konċentrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jekk il-fatt li entità waħda jkollha diversi awtorizzazzjonijiet iwassal sabiex hija tilħaq pożizzjoni dominanti fis-suq għal servizzi E&amp;P – li, kif diġà kien innotat, huwa suq mad-dinja kollha – u jekk hija tabbuża minn din il-pożizzjoni, allura hija tikser id-dritt tal-kompetizzjoni li ovvjament ikun applikabbli. Huwa dubjuż, madankollu, sa mill-bidu nett jekk suq jiffunzjonax l-aħjar jekk ikunu biss operaturi li ma jkunux diġà qegħdin iwettqu attivitajiet simili fl-istess pajjiż li jkollhom id-dritt li jkunu attivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet ambjentali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għalkemm il-qorti tar-rinviju ma qajmitx din il-kwistjoni fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, ir-Reġjun ta’ Puglia, kif ukoll il-Kummissjoni, għandhom dubji jekk għandhomx jitqiesu kunsiderazzjonijiet ambjentali. Għalkemm jiena dubjuż dwar ir-rilevanza tagħhom f’dan il-każ, nixtieq nittratta xorta waħda, fil-qosor, il-kwistjonijiet imqajma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Kif il-Kummissjoni tinnota, prospettar permezz tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>teknika ta’ air-gun<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> jeħtieġ evalwazzjoni ambjentali qabel ma tinħareġ awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Dan kien implimentat fil-liġi Taljana kif previst mill-Artikolu 4(2) flimkien mal-punt 2(e) tal-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="174" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 174, p. 44</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Meta jiddeċiedu skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/92 jekk ikollhiex issir evalwazzjoni tal-impatt ambjentali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkollhom iqisu l-effett kumulattiv ta’ proġetti skont il-punt 1(b) tal-Anness III ta’ din id-direttiva sabiex tkun evitata evażjoni tal-għan tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni billi jiġu sseparati l-proġetti li, meqjusa flimkien, x’aktarx ikollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ecologistas en Acción‑CODA</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑142/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:445">EU:C:2008:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Umweltanwalt von Kärnten</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑205/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:767">EU:C:2009:767</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brussels Hoofdstedelijk Gewest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:154">EU:C:2011:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑560/08</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:835">EU:C:2011:835</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>Salzburger Flughafen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑244/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:203">EU:C:2013:203</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150211">11 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Marktgemeinde Straßwalchen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑531/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:79">EU:C:2015:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) fir-rigward tad-Direttiva 85/337, li kienet il-predeċessura tad-Direttiva 2011/92; kif ukoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Bulgarija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑141/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:8">EU:C:2016:8</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Ir-Reġjun ta’ Puglia donnu jargumenta dwar dan fis-sens li l-fatt li jintalbu (diversi) awtorizzazzjonijiet mill-istess operatur wieħed fi proċeduri differenti jwassal għal sitwazzjoni fejn l-evalwazzjoni meħtieġa tal-effetti fuq l-ambent tqis biss l-impatt ta’ kull miżura individwali (koperta minn tali proċeduri) pjuttost milli l-impatt akkumulat tal-miżuri kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ir-Reġjun ta’ Puglia jirreferi għall-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 94/22, għall-Artikolu 3(3) TFUE u għad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 164, p. 19</REF.DOC.OJ>), iżda mingħajr ma jgħid b’mod ċar b’liema mod l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22 fis-sens li ma jistabbilixxix limitu ġenerali għal żoni ġeografiċi li għalihom ikunu jistgħu jingħataw awtorizzazzjonijiet lil operatur tikser dawn id-dispożizzjonijiet.</P></NOTE>. Barra minn dan, l-Artikolu 11 TFUE jipprevedi li rekwiżiti ta’ ħarsien ambjentali għandhom ikunu integrati<?PAGE NO="19"?> fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-attività tal-Unjoni, b’mod partikolari sabiex jinġieb ’il quddiem l-iżvilupp sostenibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Ara wkoll l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE>. Dan il-prinċipju kien ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja f’għadd ta’ oqsma ta’ politika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Pereżempju fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 3(9) tad-Digriet Ministerjali tal-MISE tas-<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Decreto <DATE ISO="20161207">7 dicembre 2016</DATE> Disciplinare tipo per il rilascio e l’esercizio dei titoli minerari per la prospezione, ricerca e coltivazione di idrocarburi liquidi e gassosi in terraferma, nel mare territoriale e nella piattaforma continentale (id-Digriet tas-<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE> dwar il-Proċedura Standard għall-Ħruġ u għall-Eżerċizzju ta’ Liċenzji ta’ Mini għall-Prospettar, għall-Esplorazzjoni u għall-Estrazzjoni ta’ Idrokarburi f’Forma Likwida u f’Forma ta’ Gass fuq l-Art, fil-Baħar Territorjali u fuq il-Blata Kontinentali), GURI Nru 78 tat-<DATE ISO="20170403">3 ta’ April 2017</DATE>.</P></NOTE> jipprovdi għal proċedura waħda li matulha ssir l-evalwazzjoni tal-impatt ambjentali. Diversi ministeri jkunu involuti f’din il-proċedura. Għal dan il-għan, Global Petroleum kienet issottomettiet erba’ applikazzjonijiet lill-MATTM għal evalwazzjonijiet ambjentali tal-użu tat-teknika air gun fiż-żoni li għalihom hija kienet applikat għal permessi. Id-digrieti li jikkonfermaw il-kompatibbiltà ambjentali huma s-suġġett tal-proċeduri legali li huma l-bażi ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari. Ir-rinviju jinkludi wkoll it-tagħrif li d-digrieti kienu qalu li skont il-liġi Taljana applikabbli ma setgħetx tintalab evalwazzjoni waħda ta’ effetti fuq l-ambjent, iżda li, sabiex, madankollu, ikun evalwat l-impatt kumulattiv, kellu jintalab iktar tagħrif dwar dan l-aspett mingħand Global Petroleum. Għalhekk, ma hemmx x’juri li l-proċedura Taljana ma tiżgurax li l-obbligi skont id-Direttiva 2011/92 ikunu segwiti b’mod korrett. Anzi, rekwiżiti ta’ ħarsien ambjentali kienu ddaħħlu fil-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal attivitajiet E&amp;P kif previst fl-Artikolu 11 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 94/22 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu, sakemm ikun iġġustifikat bil-ħarsien tal-ambjent u ta’ riżorsi bijoloġiċi, jimponu kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet E&amp;P. Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma tat ebda tagħrif li l-Italja kienet imponiet tali kundizzjonijiet jew rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Minbarra dan, u tal-ikbar importanza, ma huwiex ċar b’liema mod tista’ tagħmel differenza għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent jekk operatur wieħed waħdu jirċevix jew le diversi awtorizzazzjonijiet li jħallu lil dan l-operatur iwettaq attivitajiet E&amp;P f’żona ta’ iktar minn 750 km<HT TYPE="SUP">2</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għal din ir-raġuni l-opinjoni tiegħi hija li kunsiderazzjonijiet ambjentali, inkluża d-Direttiva 2011/92, ma għandhom ebda funzjoni fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq nipproponi li r-risposta li għandha tingħata lill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) għandha tkun din li ġejja:</TXT><P>L-Artikolu 4(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE> dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tippermetti l-ħruġ ta’ diversi permessi ta’ esplorazzjoni (inklużi għal żoni adjaċenti) lill-istess entità wara proċeduri amministrattivi separati, anki jekk dan iwassal sabiex entità tikseb permessi ta’ esplorazzjoni li jkopru żona ġeografika ikbar (u għal żmien itwal) mil-limiti stabbiliti skont din id-dispożizzjoni.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>