European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/925

25.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 207/2023

tat-22 ta’ Settembru 2023

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/925]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/443 tat-8 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1151 fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet għal vetturi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 45zzv (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/1151) tal-Kapitolu I tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

“-

32023 R 0443: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2023/443 tat-8 ta’ Frar 2023 (ĠU L 66, 2.3.2023, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1, fid-disa’ subparagrafu tal-paragrafu 11 tal-Artikolu 5, il-paragrafi 5 u 7 tal-Artikolu 9, il-punt 7.10. tal-Parti 7 tal-Anness II, il-punti 7.7.2.2. u 7.7.2.3. tal-Parti 7 tal-Anness IIIA u l-ewwel subparagrafu tal-punt 1.1.2. tal-Appendiċi 1 tal-Anness XI, il-kliem ‘jew l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward ta’ manifatturi stabbiliti fl-Istati tal-EFTA’ għandhom jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2023/443 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Settembru 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2022 tat-18 ta’ Marzu 2022 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2023.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Pascal SCHAFHAUSER


(1)   ĠU L 66, 2.3.2023, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 182, 7.7.2022, p. 19.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/925/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)