<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑217/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0217</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:238">EU:T:2015:238</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>55</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>55</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20150429">29.4.2015</DATE> – KAWŻA T‑217/11</P><P>STAELEN vs L-OMBUDSMAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Responsabbiltà mhux kuntrattwali</KEYWORD><KEYWORD>Trattament mill-Ombudsman ta’ lment dwar il-ġestjoni ta’ lista ta’ kandidati xierqa għal kompetizzjoni ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Setgħat ta’ investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dmir ta’ diliġenza</KEYWORD><KEYWORD>Telf ta’ opportunità</KEYWORD><KEYWORD>Dannu morali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑217/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Claire Staelen</HT>, residenti fi Bridel (il-Lussemburgu), inizjalment irrappreżentata minn L. Levi, M. Vandenbussche u A. Blot, sussegwentement minn F. Wies u A. Hertzog u finalment minn V. Olona, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Ombudsman Ewropew</HT>, irrappreżentat minn G. Grill, bħala aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’konsegwenza tat-trattament mill-Ombudsman Ewropew tal-ilment tagħha dwar il-ġestjoni ħażina tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98, li fiha r-rikorrenti tidher bħala kandidat li għadda,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka u V. Kreuschitz (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Kristensen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-fatti preċedenti għall-ilment quddiem l-Ombudsman</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19990302">2 ta’ Marzu 1999</DATE>, ġie ppubblikat avviż ta’ kompetizzjoni f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="060A" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="1999">ĠU C 60 A, p. 10</REF.DOC.OJ>) li kien b’mod partikolari jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni ġenerali bbażata fuq eżamijiet għall-istabbiliment ta’ lista ta’ kandidati xierqa sabiex jiġu rreklutati amministraturi fil-lingwa Franċiża (EUR/A/151/98) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Kompetizzjoni EUR/A/151/98<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). L-imsemmija kompetizzjoni ġiet organizzata mill-Parlament u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti kienet kandidata għal din il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, C. Staelen, daħlet fis-servizz tal-Parlament Ewropew fil-<DATE ISO="19991111">11 ta’ Novembru 1999</DATE> bħala membru tal-persunal awżiljarju fil-kategorija A sas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>. Minn din id-data hija kisbet kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju u ġiet ikklassifikata fil-Grad A 7, Skala 3, u sussegwentement fl-istess grad, Skala 4. Il-kuntratt tagħha mal-Parlament intemm fis-<DATE ISO="20031126">26 ta’ Novembru 2003</DATE>. Minn din id-data hija tinsab mingħajr impjieg.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit-8 u fid-<DATE ISO="20000609">9 ta’ Ġunju 2000</DATE>, ir-rikorrenti pparteċipat fl-eżamijiet bil-miktub fil-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE>, il-President tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 informa lir-rikorrenti li, peress li kisbet biss sbatax il-punt fl-eżamijiet bil-miktub, filwaqt li l-minimu meħtieġ għal dawn l-eżamijiet kien ta’ għoxrin punt, hija ma kinitx ser tiġi ammessa għall-eżamijiet sussegwenti tal-imsemmija kompetizzjoni. Fit-<DATE ISO="20010112">12 ta’ Jannar 2001</DATE>, ġiet stabbilita l-lista ta’ kandidati xierqa għal din il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20010130">30 ta’ Jannar 2001</DATE>, wara li l-ilment tagħha ġie miċħud, ir-rikorrenti ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20030305">5 ta’ Marzu 2003</DATE>, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 tas-<DATE ISO="20001026">26 ta’ Ottubru 2000</DATE> li rrifjutat li tammetti lir-rikorrenti għall-eżamijiet ta’ wara l-eżamijiet bil-miktub (sentenza tal-<DATE ISO="20030305">5 ta’ Marzu 2003</DATE>, Staelen vs Il-Parlament, T‑24/01, ĠabraSP, EUT:2003:52).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040322">22 ta’ Marzu 2004</DATE>, il-Parlament, b’eżekuzzjoni tas-sentenza Staelen vs Il‑Parlament, punt 6 iktar ’il fuq (EUT:2003:52), organizza eżamijiet orali fejn ir-rikorrenti kienet l-unika kandidata.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040722">22 ta’ Lulju 2004</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ilment sabiex tiġi mgħarrfa bir-riżultati tal-parteċipazzjoni tagħha fil-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040818">18 ta’ Awwissu 2004</DATE>, il-Parlament informa lir-rikorrenti li isimha ma kienx tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa għar-raġuni li n-numru totali ta’ punti li hija kienet kisbet kien inqas min-numru ta’ punti miksuba mill-kandidat li kien jinsab fl-aħħar pożizzjoni fil-lista ta’ kandidati xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20050119">19 ta’ Jannar 2005</DATE>, wara ċ-ċaħda tal-ilment tagħha, ir-rikorrenti ppreżentat rikors għal annullament u għad-danni quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040818">18 ta’ Awwissu 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20050519">19 ta’ Mejju 2005</DATE>, il-Parlament informa lir-rikorrenti li kien iddeċieda li jniżżel isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u li l-imsemmija lista kienet valida sal-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>B’digriet tat-<DATE ISO="20061018">18 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Staelen vs Il-Parlament (T‑32/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:328">EU:T:2006:328</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament ippreżentat fid-<DATE ISO="20050119">19 ta’ Jannar 2005</DATE> u ċaħdet ir-rikors għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li ma rċevietx proposti ta’ pożizzjoni, ir-rikorrenti kitbet lil diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari lill-Parlament u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, bil-għan li ssib impjieg. It-talbiet kollha tagħha ġew miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ilment imressaq quddiem l-Ombudsman</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20061114">14 ta’ Novembru 2006</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ilment quddiem l-Ombudsman fir-rigward ta’ amministrazzjoni ħażina mill-Parlament tal-ġestjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa tal-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>ilment<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>, l-Ombudsman informa lir-rikorrenti li l-ilment tagħha kien ser jiġi eżaminat u li l-Parlament kien intalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar, minn naħa, il-ġestjoni tiegħu tal-fajl tar-rikorrenti wara l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u, min-naħa l-oħra, dwar it-talba tar-rikorrenti li tiġi ttrattata b’mod ġust meta jkunu qed jimtlew pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070320">20 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-Parlament bagħat l-opinjoni mitluba lill-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, l-Ombudsman informa lill-Parlament li kien iqis li huwa neċessarju li jeżamina l-fajls tiegħu, b’mod partikolari, sabiex jiċċara jekk u kif l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni kienu ġew informati bid-deċiżjoni tal-Parlament li isem ir-rikorrenti jitniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070511">11 ta’ Mejju 2007</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat lill-Ombudsman l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-opinjoni tal-Parlament fir-rigward tal-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Parlament jestendi l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Kopja ta’ din it-talba ntbagħtet lill-Ombudsman fl-istess ġurnata. Fl-istess data, id-dipartimenti tal-Ombudsman spezzjonaw il-fajls tal-Parlament. Dawn il-fajls kienu jinkludu tmien dokumenti kunfidenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20070516">16 ta’ Mejju 2007</DATE>, l-Ombudsman stabbilixxa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>rapport fuq l-ispezzjoni tal-fajls mill-Ombudsman Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>rapport ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). L-imsemmi rapport kien jindika li r-rappreżentanti tal-Ombudsman kienu rċevew kopja ta’ tmien dokumenti kunfidenzjali, li wieħed minnhom kien deskritt kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dokument imsejjaħ ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>, imxandar mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), li kien jindika n-numru ta’ kandidati li kien għad fadal fuq il-listi ta’ kandidati xierqa tal-kompetizzjonijiet kollha organizzati mid-diversi istituzzjonijiet tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, l-Ombudsman ikkomunika r-rapport ta’ spezzjoni lir-rikorrenti u lill-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, li kopja tagħha ntbagħtet fl-istess data lir-rikorrenti, l-Ombudsman ippropona li l-Parlament jestendi l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 sabiex tiġi pprovduta l-possibbiltà ta’ ftehim bonarju fil-każ fejn jiġi deċiż li kien hemm amministrazzjoni ħażina. Fil-<DATE ISO="20070531">31 ta’ Mejju 2007</DATE>, il-Parlament informa lill-Ombudsman li kien estenda l-validità tal-imsemmija lista sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Fis-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ir-rikorrenti ġiet informata bil-fatt li s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament kien talab li tinbeda l-proċedura sabiex il-validità ta’ din il-lista tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Fis-<DATE ISO="20070717">17 ta’ Lulju 2007</DATE>, il-Parlament informa lir-rikorrenti bil-fatt li kien iddeċieda li jestendi l-validità tal-istess lista sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet posta elettronika lill-Ombudsman fejn indikat li l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u li fuqha kien hemm imniżżel isimha kienet ġiet estiża biss bi tliet xhur, filwaqt li l-perijodu ta’ validità tal-imsemmija lista ta’ kandidati xierqa għall-kandidati li għaddew inizjali kien itwal. L-Ombudsman wieġeb għall-posta elettronika tar-rikorrenti permezz ta’ posta elettronika tad-<DATE ISO="20070829">29 ta’ Awwissu 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, il-Parlament indika lir-rikorrenti li, jekk kienet tixtieq, il-fajl ta’ kandidatura tagħha kellu jinżamm għal perijodu ta’ sentejn u nofs wara li tiskadi l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Fid-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet li l-fatt li l-validità tal-imsemmija lista kienet ġiet estiża biss bi tliet xhur kien jikkonferma li hija kienet il-vittma ta’ diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman bagħat lir-rikorrenti d-deċiżjoni tiegħu dwar l-ilment tagħha (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE><QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). F’din id-deċiżjoni, l-Ombudsman iddeċieda li ma kienx hemm amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament. Insostenn ta’ din id-deċiżjoni, huwa indika b’mod partikolari li l-ispezzjoni tal-fajls tal-Parlament imwettqa fil-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE> kienet ippermettiet li jintwera li, minn Mejju 2005, il-Parlament kien impjega biss amministraturi fil-lingwa Franċiża speċjalizzati f’oqsma speċifiċi. Huwa indika wkoll li mill-imsemmija spezzjoni kien irriżulta li l-kandidatura tar-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni tad-Direttorati Ġenerali (DĠ) kollha tal-Parlament (ara l-punt 2.4 tal-imsemmija deċiżjoni). Huwa sussegwentement speċifika dan li ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>l-ispezzjoni [kienet] ikkonfermat dak li l-Parlament kien diġà indika fl-opinjoni tiegħu, jiġifieri li l-lista ta’ kandidati xierqa [li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98] li kienet tindika d-disponibbiltà tar-[rikorrenti] kienet tqiegħedet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[l-]ispezzjoni [kienet] ukoll ikkonfermat li l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tagħha kien intbgħat lid-dipartiment li kien talab informazzjoni fir-rigward tagħha, jiġifieri l-Kunsill<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (ara l-punt 2.5 tal-imsemmija deċiżjoni). Fl-aħħar nett, f’dak li jirrigwarda l-estensjoni tal-validità tal-imsemmija lista, huwa nnota li dan kien element li jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni kompetenti u faħħar lill-Parlament talli wera ruħu disponibbli li jestendi l-validità ta’ din il-lista (ara l-punt 2.6 tal-istess deċiżjoni).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-investigazzjoni ex officio tal-Ombudsman</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Wara d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet diversi ittri lill-Ombudsman li fihom semmiet żbalji li dan tal-aħħar wettaq fir-rigward tal-għeluq tal-investigazzjoni tiegħu dwar il-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u dwar l-assenza ta’ pubblikazzjoni uffiċjali u ta’ xandir interistituzzjonali ta’ din il-lista (ara, b’mod partikolari, l-ittri tal-24 ta’ Jannar, tal-14 ta’ Lulju u tal-<DATE ISO="20080801">1 ta’ Awwissu 2008</DATE>). Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatti, ir-rikorrenti talbet lill-Ombudsman jerġa’ jiftaħ l-investigazzjoni tiegħu. L-Ombudsman, fit-tweġibiet tiegħu tal-1 u tal-21 ta’ Lulju kif ukoll tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ikkonferma l-konklużjonijiet li kien wasal għalihom fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ir-rikorrenti temmet dan l-iskambju ta’ posta elettronika billi pprojbiet lill-Ombudsman milli jerġa jiktbilha.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20091105">5 ta’ Novembru 2009</DATE>, P., membru tal-Parlament, ikkuntattjat lill-Ombudsman, fuq talba tar-rikorrenti, sabiex titolbu jirrevedi d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. P. bagħtet ittra ta’ tfakkir lill-Ombudsman fl-<DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE>, l-Ombudsman wieġeb l-ittri ta’ P. billi skuża ruħu għat-tweġiba tardiva u billi kkonferma l-konklużjoni tiegħu li tgħid li ma kienx hemm amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament fil-kuntest tat-trattament tal-ilment. B’mod partikolari, huwa reġa’ kkonferma li l-ispezzjoni tiegħu kienet ikkonfermat li l-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni u li d-deċiżjoni ta’ Awtorità tal-Ħatra (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Awtorità tal-Ħatra<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) dwar id-data ta’ skadenza tal-validità ta’ lista ta’ kandidati xierqa kienet taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>, P. ikkuntattjat lill-Ombudsman u talbitu jesponi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-kontenut ta’ ittra tas-<DATE ISO="20100317">17 ta’ Marzu 2010</DATE> li W., uffiċjal tal-Parlament bil-pensjoni u ex kollega tar-rikorrenti, kien bagħtilha u li tagħha hija kienet qed tehmeż kopja. L-imsemmija ittra kien fiha mistoqsijiet dwar l-investigazzjoni tal-Ombudsman kif ukoll diversi akkużi fir-rigward ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’ittra tal-<DATE ISO="20100601">1 ta’ Ġunju 2010</DATE>, P. akkużat lill-Ombudsman li kien wettaq ċerti żbalji fosthom, b’mod partikolari, li kien żnatura l-fatti billi ddikjara li l-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra. Hija enfasizzat ukoll li r-rikorrenti kienet ġarrbet dannu gravi minħabba l-aġir tal-Ombudsman u li għal din ir-raġuni kienet qed tistenna li jagħmel proposti konkreti sabiex jagħmel tajjeb għal dan id-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100611">11 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l-Ombudsman wieġeb l-ittra ta’ P. billi skuża ruħu għat-tweġiba tardiva u billi osserva li l-kontenut tal-posta elettronika tal-14 ta’ April u tal-<DATE ISO="20100601">1 ta’ Ġunju 2010</DATE> kienu ser ikunu bilġiri s-suġġett ta’ eżami bir-reqqa, li l-kwistjoni kienet ingħaddiet lil ġestjonarju ieħor u li kienet ser tinżamm informata bil-konklużjonijiet ta’ dan l-eżami qabel tmiem ix-xahar ta’ Ġunju 2010.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l-Ombudsman informa lill-P. bil-konklużjonijiet tal-eżami tiegħu tal-posta elettronika ta’ din tal-aħħar tal-14 ta’ April u tal-<DATE ISO="20100601">1 ta’ Ġunju 2010</DATE>. L-ewwel nett, huwa ammetta li l-ewwel sentenza tal-punt 2.5 tad-deċiżjoni tiegħu kien fiha żball sa fejn din kienet tindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>l-Parlament kien diġà indika fl-opinjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li l-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. Huwa skuża ruħu f’dan ir-rigward kemm mar-rikorrenti kif ukoll ma P. It-tieni nett, huwa spjega li l-konklużjoni tiegħu li tgħid li l-imsemmija lista, li kienet tindika d-disponibbiltà tar-rikorrenti, kienet ġiet ikkomunikata lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni kienet ibbażata fuq dokument imsejjaħ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Huwa indika s-sogħba tiegħu li ma kienx enfasizza biżżejjed dan il-fatt preċedentement. Barra minn hekk, huwa ammetta li dan id-dokument ma kienx jispeċifika d-data ta’ meta l-Parlament kien bagħat l-informazzjoni kkonċernata lill-EPSO jew lill-istituzzjonijiet l-oħra, minkejja li l-kronoloġija tal-fatti kienet fundamentali fir-rigward tal-iskadenza tal-validità ta’ din il-lista ta’ kandidati xierqa fl-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Huwa indika li, fid-dawl ta’ dan, kien iddeċieda li jiftaħ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> sabiex jivverifika jekk kienx hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-istess ġurnata, l-Ombudsman informa lill-Parlament bl-iżball li jinsab fil-punt 2.5 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, bir-rettifika tiegħu u bid-deċiżjoni tiegħu li jiftaħ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bil-għan li jivverifika jekk kienx hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa ta’ dan tal-aħħar fil-kuntest tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tar-rikorrenti. F’dan il-kuntest, huwa talab lill-Parlament jipprovdilu opinjoni u informazzjoni addizzjonali dwar diversi punti. Għalhekk, huwa talab lill-Parlament jispeċifika l-mezzi li kien uża biex jinforma lill-EPSO, lill-Kunsill u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni bil-fatt li isem ir-rikorrenti kien tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, jispjega r-raġunijiet li għalihom huwa ma kienx wieġeb għat-talba tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE> sabiex il-validità tal-imsemmija lista tiġi estiża, jispeċifika jekk kienx ikkonsulta lill-Kunsill qabel ma ddeċieda li kien hemm lok li l-validità ta’ din il-lista tiġi estiża, u fin-nuqqas ta dan, jindika għal liema raġuni ma għamilx dan, kif ukoll li jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-fatt li isem ir-rikorrenti tniżżel fuq l-istess lista biss għal sentejn u tliet xhur filwaqt li l-ismijiet tal-kandidati l-oħra kienu tniżżlu fiha għal perijodu ta’ madwar sitt snin u nofs.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100705">5 ta’ Lulju 2010</DATE>, l-Ombudsman iltaqa ma P. Matul din il-laqgħa, P. għaddietlu kopja ta’ ittra li W. kien bagħtilha fit-<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE> u li fiha dan tal-aħħar kien osserva li r-rikorrenti kienet tilfet kull fiduċja fil-kapaċità tal-Ombudsman li jmexxi proċedura oġġettiva u li huwa kellu, f’dawn iċ-ċirkustanzi,<?PAGE NO="6"?> jagħlaq immedjatament l-investigazzjoni tiegħu. Fl-istess jum, nżammet laqgħa bejn il-ġestjonarju tal-Ombudsman inkarigat mill-fajl u W. li matulha dan tal-aħħar ikkonferma li r-rikorrenti kienet tissuspetta li kien hemm kollużjoni bejn l-Ombudsman u l-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, W. informa lill-Ombudsman li r-rikorrenti kienet kontra l-investigazzjoni l-ġdida minħabba suspetti ta’ kollużjoni bejnu u l-Parlament. Kopja ta’ dokument li kien fih il-ħsibijiet fid-dettall tar-rikorrenti fir-rigward tal-investigazzjoni l-ġdida ġiet ippreżentata lill-Ombudsman. Fl-imsemmi dokument, ir-rikorrenti indikat li l-eventwali kunsens tagħha għal din l-investigazzjoni kien jiddependi fuq ir-risposti tal-Ombudsman għas-suspetti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20100719">19 ta’ Lulju 2010</DATE> indirizzata lil W., l-Ombudsman wieġeb għall-kwistjonijiet imqajma fid-dokument li kien fih il-ħsibijiet fid-dettall tar-rikorrenti fir-rigward ta’ investigazzjoni ġdida. Huwa żguraha li ma kien hemm ebda kollużjoni u li jkun kuntent ħafna jekk ir-rikorrenti tagħti l-kunsens tagħha għat-tkomplija tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE>, W. wieġeb li huwa u r-rikorrenti kienu qed jirrepetu u jestendu l-akkużi magħmula preċedentement. Huwa speċifika li r-rikorrenti kienet qed tikkonferma l-oġġezzjonijiet tagħha kontra l-investigazzjoni l-ġdida tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, l-Ombudsman wieġeb għall-ittra ta’ W. tas-<DATE ISO="20100726">26 ta’ Lulju 2010</DATE> billi indika, b’mod partikolari, li ma kienx utli li tingħata tweġiba għall-kull wieħed mill-argumenti esposti minn W. u mir-rikorrenti, peress li dawn tal-aħħar donnhom kienu determinati li jissottomettu l-ilmenti tagħhom lil korpi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Parlament ta opinjoni bi tweġiba għall-mistoqsijiet magħmula lilu mill-Ombudsman fl-ittra tiegħu tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>. Fl-opinjoni tiegħu, huwa indika li, skont il-politika applikabbli f’dan il-qasam, l-informazzjoni kollha dwar ir-rikorrenti kienet inqerdet sentejn u nofs wara l-iskadenza tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, jiġifieri f’Marzu 2010. Għalhekk, huwa ma kienx f’pożizzjoni li jiddokumenta r-risposti tiegħu kif huwa normalment jagħmel u kellu jibbaża ruħu fuq il-memorja tal-uffiċjali tiegħu li dak iż-żmien kienu inkarigati mill-kwistjoni. Bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Ombudsman, huwa b’mod partikolari kkonferma li l-EPSO, il-Kunsill u l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni kienu ġew informati, fi żmien xieraq, bil-fatt li isem ir-rikorrenti kien tniżżel fl-imsemmija lista, li l-Kunsill kien ġie kkonsultat qabel l-estensjoni tal-validità ta’ din il-lista u li t-terminu li l-istituzzjonijiet potenzjalment ikkonċernati kellhom biex jikkuntattjaw lir-rikorrenti kien potenzjalment itwal minn dak tal-kandidati l-oħra mniżżla fuq l-istess lista.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101122">22 ta’ Novembru 2010</DATE>, l-Ombudsman għamel mistoqsijiet ġodda lill-Parlament u informa b’dan lil P. permezz ta’ ittra tal-istess ġurnata, li kopja tagħha ntbagħtet lir-rikorrenti. F’din l-ittra, huwa indika wkoll li, jekk ir-rikorrenti żżomm l-oppożizzjoni tagħha għall-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, huwa kien ser jillimita l-analiżi tiegħu għall-informazzjoni li huwa diġà kellu kif ukoll għal dik li l-Parlament kellu jipprovdilu.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tiegħu tal-<DATE ISO="20110124">24 ta’ Jannar 2011</DATE> għall-mistoqsijiet il-ġodda tal-Ombudsman, il-Parlament iddikjara li l-fajl tar-rikorrenti kien inqered kompletament u li għalhekk ma kellux iktar l-ittri jew il-posta elettronika li permezz tagħhom huwa kien informa lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra tal-Unjoni bil-fatt li isem ir-rikorrenti kien tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman ta d-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). F’din id-deċiżjoni, huwa kkonkluda li ma kienx hemm amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament fir-rigward tat-trattament tal-ittra tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE> u tal-perijodu ta’ iskrizzjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li<?PAGE NO="7"?> rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Huwa ddeċieda wkoll li, fid-dawl tal-oppożizzjoni tar-rikorrenti u tal-assenza ta’ interess pubbliku kbir, ma kienx hemm lok li jkompli l-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20110420">20 ta’ April 2011</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors għad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tikkundanna lill-Ombudsman iħallasha l-ammont ta’ EUR 559 382.13 bħala kumpens għad-dannu materjali subit fl-imgħoddi, flimkien mal-interessi moratorji, ikkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew, miżjuda b’żewġ punti;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ombudsman iħallas lill-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar Komunitarju l-kontribuzzjonijiet tal-irtirar favur ir-rikorrenti li jikkorrispondu għas-salarji bażiċi kkalkolati għall-perijodu bejn Ġunju 2005 u April 2011, jiġifieri fuq il-bażi ta’ ammont totali ta’ EUR 482 225.97;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ombudsman iħallasha kull xahar mix-xahar ta’ Mejju 2011 sax-xahar ta’ Marzu 2026 l-ammonti netti li jikkorrispondu għas-salarji ffissati għall-uffiċjali tal-funzjoni AD mill-Grad AD 9 skala 2, it-tieni sena, b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ karriera normali ta’ uffiċjal tal-istess grad, flimkien mal-kontribuzzjonijiet korrispondenti għall-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar favur ir-rikorrenti kif ukoll mal-kontribuzzjonijiet lill-fond tal-assigurazzjoni għall-mard;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ombudsman jħallasha s-somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ombudsman għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>L-Ombudsman jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali, bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji, tordna</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>lill-Ombudsman jipproduċi d-dokumenti li jinsabu fil-fajl tal-investigazzjoni kif ukoll il-posta elettronika tal-24 ta’ Mejju u tal-<DATE ISO="20070531">31 ta’ Mejju 2007</DATE> dwar l-estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u li fuqha kien tniżżel isem ir-rikorrenti;</P></ITEM><ITEM><P>li N. Diamandouros, li kien l-Ombudsman Ewropew meta ġie ppreżentat ir-rikors, jissejjaħ sabiex jixhed;</P></ITEM><ITEM><P>is-smigħ ta’ A. u B. tad-dipartimenti tal-Ombudsman u ta’ C., P., H. u S. tad-dipartimenti tal-Parlament sabiex jiġi ċċarat il-kontenut tal-fajls ippreżentati mill-aġenti tal-Parlament lir-rappreżentanti tal-Ombudsman fil-kuntest tal-ispezzjoni tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20120425">25 ta’ April 2012</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali tawtorizzaha tippreżenta f’din il-kawża dokumenti miksuba fil-kuntest tal-kawża F‑9/12, Staelen vs Il‑Parlament, pendenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bħala provi ġodda. Din it-talba ntlaqgħat permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Ewwel Awla tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE>. Permezz ta’ deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar tad-<DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, id-dokumenti kkonċernati minn din it-talba u l-ittra tas-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE> li ntbagħtet magħhom ġew inklużi fil-proċess, ħlief għar-risposta tal-Parlament fil-Kawża F‑9/12.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali tistieden lill-Parlament u lill-Ombudsman jipproduċu żewġ ittri elettroniċi dwar it-trażmissjoni mill-ġdid lill-Parlament ta’ kopji ta’ ċerti dokumenti li l-Ombudsman kellu sa mill-ispezzjoni ta’ Mejju 2007. Bi tweġiba għal din it-talba, l-Ombudsman ippreżenta ż-żewġ ittri elettroniċi inkwistjoni fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali. Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Ewwel Awla tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE>, dawn iż-żewġ ittri elettroniċi ġew inklużi fil-proċess.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat provi ġodda fir-Reġistru u ressqet talba għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura billi għamlet riferiment għall-iżviluppi reċenti fil-Kawża F‑9/12. Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Ewwel Awla tal-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, din l-ittra u l-annessi tagħha ġew inklużi fil-proċess.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, it-Tribunal għas-Servizz pubbliku ta s-sentenza tiegħu fil-Kawża F‑9/12, fejn ikkundanna lill-Parlament, minn naħa, iħallas dannu materjali evalwat <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> għal EUR 10 000 għat-telf tal-benefiċċju mogħti lir-rikorrenti mit-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa minħabba l-imġiba tal-Parlament u, min-naħa l-oħra, jikkumpensa d-dannu morali sostnut mir-rikorrenti ffissat <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> għal EUR 5 000 (sentenza tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, CC vs Il-Parlament, F‑9/12, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:116">EU:F:2013:116</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 124 u 128).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali nbidlet permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130917">17 ta’ Settembru 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="313" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2013">ĠU C 313, p. 2</REF.DOC.OJ>), l-Imħallef Relatur ġie assenjat lir-Raba’ Awla, u konsegwentement, din il-kawża ġiet assenjata lil dik l-Awla.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130828">28 ta’ Awwissu 2013</DATE>, ir-rikorrenti appellat mis-sentenza CC vs Il‑Parlament, punt 50 iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:116">EU:F:2013:116</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (ara l-Kawża T‑457/13 P).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20131106">6 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-rikorrenti talbet, bħala miżura istruttorja, li E. O’Reilly, li ħadet il-kariga ta’ Ombudsman Ewropew wara N. Diamandouros, tissejjaħ sabiex tixhed minħabba li kien importanti li ssir magħrufa l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-iżbalji mwettqa mil-predeċessur tagħha u sa liema punt hija kienet qed tassumihom jew tirrifjutahom.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tistieden lill-partijiet iwieġbu ċerti mistoqsijiet bil-miktub u ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali. Il-partijiet wieġbu l-imsemmija mistoqsijiet bil-miktub fit-terminu mogħti. Barra minn hekk, is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tad-<DATE ISO="20140409">9 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Preliminarjament, il-Qorti Ġenerali tfakkar li hija għandha l-kompetenza, skont l-Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, tieħu konjizzjoni ta’ rikors għad-danni ppreżentat kontra l-Ombudsman (sentenzi tat-<DATE ISO="20040323">23 ta’ Marzu 2004</DATE>, L-Ombudsman vs Lamberts, C‑234/02 P, Ġabra, EU:C:2004:174; tal-<DATE ISO="20020410">10 ta’ April 2002</DATE>, Lamberts vs L-Ombudsman, T‑209/00, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:94">EU:T:2002:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, u tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, M vs L-Ombudsman, T‑412/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:397">EU:T:2008:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>L-Ombudsman madankollu jesprimi dubji dwar l-interess ġuridiku tar-rikorrenti minħabba li, f’dan ir-rikors, hija tikkuntesta l-portata insuffiċjenti tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman filwaqt li hija kienet opponietha bis-sħiħ. Barra minn hekk, l-Ombudsman josserva li ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni definittiva fir-rigward tal-kwistjoni li jsir magħruf meta u kif il-Parlament informa lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra bil-fatt li isem ir-rikorrenti kien tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Huwa jqis li dejjem jista’ jerġa’ jiftaħ l-investigazzjoni tiegħu f’dan ir-rigward. Konsegwentement, fl-opinjoni tiegħu dan ir-rikors huwa prematur.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li hija għandha interess ġuridiku fid-dawl tal-fatt li żewġ investigazzjonijiet immexxija mill-Ombudsman ingħalqu permezz ta’ deċiżjonijiet li jikkonstataw l-assenza ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li l-fatt li r-rikorrenti opponiet l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman ma jippermettix li jiġi kkontestat l-interess ġuridiku tagħha f’din il-kawża. Anki jekk l-imsemmija investigazzjoni tmexxiet mingħajr il-kunsens u s-sostenn tar-rikorrenti, din tal-aħħar għandha interess ġuridiku li tfittex kumpens għad-dannu li hija allegatament ġarrbet b’konsegwenza jew fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, sa fejn il-kwistjoni tal-aġir tar-rikorrenti fir-rigward tal-istess investigazzjoni ma jistax, f’dan il-każ, jkollha effett fuq l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-rikors għad-danni ġie stabbilit mit-Trattat FUE u huwa rimedju awtonomu, li għandu l-funzjoni partikolari tiegħu fis-sistema ta’ rimedji u huwa suġġett għal kundizzjonijiet ta’ eżerċizzju kkonċepiti fid-dawl tal-għan speċifiku tiegħu (sentenza tat-<DATE ISO="19710428">28 ta’ April 1971</DATE>, Lütticke vs Il-Kummissjoni, 4/69, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1971:40">EU:C:1971:40</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 6, u digriet tal-<DATE ISO="19930621">21 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Van Parijs <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑257/93, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:249">EU:C:1993:249</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14). Filwaqt li r-rikors għal annullament u rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni għandhom l-għan li tiġi ssanzjonata l-illegalità ta’ att legalment vinkolanti jew l-assenza ta’ tali att, l-għan tar-rikors għad-danni huwa t-talba għal kumpens ta’ dannu li jirriżulta minn att, irrispettivament minn jekk ikunx legalment vinkolanti jew le, jew minn aġir imputabbli lil istituzzjoni jew lil korp Komunitarju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19850710">10 ta’ Lulju 1985</DATE>, CMC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, 118/83, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:308">EU:C:1985:308</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 29 sa 31; tal-<DATE ISO="19940915">15 ta’ Settembru 1994</DATE>, KYDEP vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑146/91, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:329">EU:C:1994:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, u tal-<DATE ISO="19990615">15 ta’ Ġunju 1999</DATE>, Ismeri Europa vs Il-Qorti tal-Awdituri, T‑277/97, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:124">EU:T:1999:124</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-ammissibbiltà ta’ dan ir-rikors għad-danni ma tistax, għalhekk, tkun affettwata mill-fatt li l-Ombudsman għadu ma ddeċidiex b’mod definittiv f’dak li jirrigwarda ċerti punti li kienu s-suġġett tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi ddikjarat ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li r-rekwiżiti meħtieġa sabiex jinstab li hemm responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni huma ssodisfatti f’din il-kawża. F’dak li jirrigwarda l-illegalità tal-aġir tal-Ombudsman, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi insostenn tar-rikors tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli kiser l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262/KEFA, KE, Euratom, tad-<DATE ISO="19940309">9 ta’ Marzu 1994</DATE>, rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 283), u l-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni adottati mill-Ombudsman skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 94/262 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) sa fejn huwa naqas milli jwettaq, wara l-ilment u fl-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio tiegħu</HT>, l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament fil-ġestjoni tal-fajl tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Ombudsman wettaq diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni b’tali mod li kkawżalha dannu kemm fil-kuntest tal-eżami tal-mertu tal-ilment u anki wara tali eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman ma kienx imparzjali, kien <HT TYPE="ITALIC">in mala fides</HT>, naqas milli jkun oġġettiv u indipendenti u wettaq użu ħażin ta’ poter kemm fil-kuntest tal-eżami tal-mertu tal-ilment u anki wara tali eżami.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fil-kuntest tal-investigazzjonijiet li huwa beda fuq l-ilment, l-Ombudsman kiser il-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba, l-osservanza ta’ terminu raġonevoli, l-Artikoli 14 u 17 tal-Kodiċi Ewropew ta’ mġiba amministrattiva tajba adottat fuq ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, tas-<DATE ISO="20010906">6 ta’ Settembru 2001</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="072" PAGE.FIRST="331" DATE.PUB="2001">ĠU C 72, p. 331</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kodiċi ta’ mġiba tajba<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>L-Ombudsman jikkontesta kull wieħed minn dawn l-erba’ motivi u jqis li r-rikors tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud għaliex infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisprudenza fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għal aġir illegali tal-korpi tagħha hija suġġetta għall-eżistenza ta’ numru ta’ rekwiżiti, jiġifieri l-illegalità tal-aġir li hija akkużata bih l-istituzzjoni, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19820929">29 ta’ Settembru 1982</DATE>, Oleifici Mediterranei vs KEE, 26/81, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:318">EU:C:1982:318</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16; tad-<DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, Agraz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑243/05 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:708">EU:C:2006:708</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26, u tat-<DATE ISO="20100302">2 ta’ Marzu 2010</DATE>, Arcelor vs Il-Parlament u Il-Kunsill, T‑16/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:54">EU:T:2010:54</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 139 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Minħabba n-natura kumulattiva ta’ dawn ir-rekwiżiti, ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu meta wieħed biss minn dawn ir-rekwiżiti ma jkunx issodisfatt (ara s-sentenza Arcelor vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 68 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:54">EU:T:2010:54</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 140 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rekwiżit dwar l-aġir illegali ta’ istituzzjoni, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li l-għan tagħha huwa li tagħti drittijiet lill-individwi (sentenzi tal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni, C‑352/98 P, Ġabra,<?PAGE NO="11"?> <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:361">EU:C:2000:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 42 u 43, u tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, C‑120/06 P u C‑121/06 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 173). Għalhekk, huwa biss nuqqas ta’ istituzzjoni li jwassal għal tali ksur suffiċjentement serju li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rekwiżit li l-ksur ta’ dispożizzjoni legali għandu jkun suffiċjentement serju, il-kriterju deċiżiv li jippermetti li jiġi kkunsidrat li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfatt huwa dak tan-nuqqas ta’ osservanza manifesta u gravi, mill-istituzzjoni kkonċernata, tal-limiti imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tagħha. Meta din l-istituzzjoni jkollha biss marġni ta’ diskrezzjoni kunsiderevolment imnaqqas, jew saħansitra ineżistenti, is-sempliċi ksur tad-dritt tal-Unjoni jista’ jkun biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20021210">10 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Camar u Tico, C‑312/00 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:736">EU:C:2002:736</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Arcelor vs Il-Parlament u Il-Kunsill, punt 68 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:54">EU:T:2010:54</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 141 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-istituzzjoni inkwistjoni, għandu rwol determinanti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali ksur suffiċjentement serju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs CEVA u Pfizer, C‑198/03 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:445">EU:C:2005:445</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, meta l-Ombudsman ikollu marġni ta’ diskrezzjoni, huwa biss ksur manifest u serju tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu li jista’ jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, meta, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu, l-Ombudsman jkollu biss marġni ta’ diskrezzjoni kunsiderevolment imnaqqas, jekk mhux saħansitra ineżistenti, is-sempliċi ksur tad-dritt tal-Unjoni jista’ jkun biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali ksur suffiċjentement serju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza M vs L-Ombudsman, punt 55 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:397">EU:T:2008:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 143).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rekwiżit li jgħid li l-għan tad-dispożizzjoni legali għandu jkun li tagħti drittijiet lill-individwi, mill-ġurisprudenza jirriżulta li dan ir-rekwiżit ikun issodisfatt meta l-imsemmija dispożizzjoni tinvolvi vantaġġ li jista’ jiġi kklassifikat bħala dritt kweżit, meta l-funzjoni tagħha tkun li tipproteġi l-interessi tal-individwi u meta din tattribwixxi drittijiet lill-individwi li l-kontenut tagħhom jista’ jiġi faċilment identifikat (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20051019">19 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Cofradía de pescadores <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>San Pedro de Bermeo<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, T‑415/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:365">EU:T:2005:365</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata). Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li dan ir-rekwiżit huwa ssodisfatt ladarba d-dispożizzjoni legali miksura, filwaqt li essenzjalment tikkonċerna interessi ta’ natura ġenerali, tiżgura wkoll il-protezzjoni tal-interessi individwali tal-persuni kkonċernati (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, Gap granen &amp; producten vs Il-Kummissjoni, T‑437/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:248">EU:T:2013:248</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu għalhekk jiġi vverifikat jekk l-Ombudsman wettaqx l-illegalitajiet allegati waqt it-trattament tal-ilment tar-rikorrenti u waqt l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> suċċessiva. Fil-każ fejn l-Ombudsman ikun wettaq illegalitajiet, għandu jiġi vverifikat jekk dawn wasslux għal ksur suffiċjentement serju tad-dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jagħtu drittijiet lill-individwi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-illegalitajiet allegati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw mill-ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Ombudsman kiser l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/292 u l-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni sa fejn, fil-kuntest tat-trattament tal-ilment u tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu, ma wettaqx l-investigazzjonijiet kollha neċessarji sabiex jiżvela u jiċċara l-każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina li hija kienet iddenunzjat. Fil-kuntest tal-ewwel ilment tar-raba’ motiv, hija tallega ksur tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba għall-istess raġunijiet. Dawn l-ilmenti għandhom jiġu trattati flimkien.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi osservat li, kif diġà ġie deċiż, l-Ombudsman għandu marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tal-fondatezza tal-ilmenti u tas-segwitu li għandhom jingħataw u li ma għandu, f’dan il-kuntest, l-ebda obbligu li jikseb riżultat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi L-Ombudsman vs Lamberts, punt 55 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:174">EU:C:2004:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 50 u 52, u M vs L-Ombudsman, punt 55 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:397">EU:T:2008:397</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 143). Għaldaqstant, huwa biss ksur manifest u serju tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu fir-rigward tal-fondatezza tal-ilmenti u tas-segwitu li għandhom jingħataw li jista’ jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni suffiċjentement serju li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. Dan jgħodd ukoll meta l-Ombudsman jevalwa l-eżistenza ta’ każ ta’ amministrazzjoni ħażina li fir-rigward tiegħu jkun investiga <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-eżistenza tas-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Ombudsman, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262 jirriżulta li l-Ombudsman għandu, fuq ilment jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, iwettaq kull investigazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>li tidhirlu ġustifikabbli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> sabiex jiċċara kull każ eventwali ta’ amministrazzjoni ħażina fl-aġir tal-istituzzjonijiet u tal-Korpi tal-Unjoni. L-Artikolu 4.1 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni jipprevedi li l-Ombudsman jiddeċiedi jekk jeżistux elementi suffiċjenti li jiġġustifikaw li tinfetaħ investigazzjoni fir-rigward ta’ lment ammissibbli. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tal-imsemmija dispożizzjonijiet jiddefinixxi s-setgħat ta’ investigazzjoni tal-Ombudsman billi jindika li l-Ombudsman <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>jista’<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, b’mod partikolari, jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni jipprovdu informazzjoni jew jispezzjona l-fajl tal-istituzzjoni jew tal-korp ikkonċernat. Skont l-Artikolu 9.2 ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, l-Ombudsman għandu l-istess setgħat ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-investigazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262 u l-Artikoli 4.1, 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni, l-Ombudsman għandu wkoll marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-bidu u tal-portata tal-investigazzjonijiet li għandhom jitwettqu kif ukoll fir-rigward tal-mezzi ta’ investigazzjoni li għandhom jintużaw waqt it-trattament ta’ lment jew fil-kuntest ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 70 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, li huwa biss ksur manifest u serju tal-limiti tas-setgħa ta’ investigazzjoni mogħtija lilu mill-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262 u mill-Artikoli 4.1, 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni li jista’ jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu, l-Ombudsman għandu jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu fil-qasam ta’ investigazzjoni fl-osservanza tar-regoli superjuri tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jissanċixxi dritt għal amministrazzjoni tajba jipprevedi li kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni. L-Artikolu 41(2)<?PAGE NO="13"?> tal-imsemmija karta jispeċifika li l-imsemmi dritt jinkludi b’mod partikolari d-dritt ta’ kull persuna li tinstema’, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li taffettwaha negattivament, id-dritt ta’ kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju, kif ukoll l-obbligu għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>jinkludi [b’mod partikolari]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> f’din id-dispożizzjoni jindika li d-dritt għal amministrazzjoni tajba ma huwiex limitat għat-tliet garanziji ċċitati iktar ’il fuq. Dan jirriżulta wkoll mill-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>) li jispeċifikaw li l-Artikolu 41 huwa bbażat fuq l-eżistenza tal-Unjoni bħala komunità bbażata fuq l-istat tad-dritt li l-karatteristiċi tiegħu ġew żviluppati fil-ġurisprudenza li stabbilixxiet, b’mod partikolari, l-amministrazzjoni tajba bħala prinċipju ġenerali tad-dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>L-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jagħmlu b’mod partikolari riferiment għall-ġurisprudenza li tgħid li fil-każijiet fejn istituzzjoni tal-Unjoni jkollha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-istħarriġ tal-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi huwa ta’ importanza fundamentali. Fost dawn il-garanziji hemm b’mod partikolari l-osservanza tal-prinċipju ta’ diliġenza, jiġifieri, l-obbligu li l-istituzzjoni kompetenti teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, C‑269/90, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14; tas-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni, C‑405/07 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:613">EU:C:2008:613</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56, u tad-<DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, Dow AgroSciences <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T‑475/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:445">EU:T:2011:445</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 154).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-osservanza tad-dmir tal-istituzzjoni inkwistjoni li tiġbor, b’mod diliġenti, l-elementi fattwali indispensabbli għall-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħha, kif ukoll l-istħarriġ f’dan ir-rigward mill-qorti tal-Unjoni huma iktar u iktar importanti meta l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali jkun suġġett biss għal stħarriġ ġudizzjarju limitat fir-rigward tal-mertu, stħarriġ li jkopri biss l-eżistenza ta’ żball manifest. Għalhekk, l-obbligu li l-istituzzjoni kompetenti teżamina b’reqqa u b’imparzjalità l-elementi rilevanti kollha tal-każ ineżami jikkostitwixxi kundizzjoni preliminari indispensabbli sabiex il-qorti tal-Unjoni tkun tista’ tivverifika jekk il-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom jiddependi l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali wiesgħa kinux issodisfatti [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Enviro Tech (Europe), C‑425/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:635">EU:C:2009:635</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 47 u 62; tal-<DATE ISO="20020911">11 ta’ Settembru 2002</DATE>, Pfizer Animal Health vs Il-Kunsill, T‑13/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:209">EU:T:2002:209</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 166 u 171, u tas-<DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, ATC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T‑333/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:451">EU:T:2013:451</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 84].</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Ombudsman mid-Deċiżjoni 94/262 u mid-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ investigazzjoni li għandhom jiġu adottati għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu ma jeżentahx mill-obbligu ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ diliġenza. Minn dan isegwi li, għalkemm l-Ombudsman jista’ jiddeċiedi liberament li jibda investigazzjoni u għalkemm, jekk jiddeċiedi li jagħmel dan, huwa jista’ jadotta l-miżuri ta’ investigazzjoni kollha li jqis iġġustifikati, madankollu huwa għandu jiżgura ruħu li, wara dawn il-miżuri ta’ investigazzjoni, huwa jkun f’pożizzjoni li jeżamina, bir-reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti sabiex jiddeċiedi dwar il-fondatezza ta’ allegazzjoni dwar każ ta’ amministrazzjoni ħażina u dwar l-eventwali segwitu li għandu jingħata lil dawn l-allegazzjonijiet (ara, b’analoġija mad-dmir ta’ investigazzjoni ta’ ilment mill-Kummissjoni, is-sentenza tas-<DATE ISO="20010517">17 ta’ Mejju 2001</DATE>, IECC vs Il-Kummissjoni, C‑450/98 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:276">EU:C:2001:276</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57). L-osservanza tal-prinċipju ta’ diliġenza mill-Ombudsman fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu huwa iktar u iktar importanti peress li huwa ngħata speċifikatament, abbażi tal-Artikolu 228(1) TFUE, u tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, il-kompitu li jiżvela u li jipprova jelimina każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina fl-interess ġenerali u fl-interess taċ-ċittadin ikkonċernat.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Ombudsman ma għandux marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-osservanza, f’każ partikolari, tal-prinċipju ta’ diliġenza. Konsegwentement, sempliċi ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza huwa suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 70 iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, Schneider Electric vs Il-Kummissjoni, T‑351/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:212">EU:T:2007:212</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 117 u 118).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat ukoll li kull irregolarità mwettqa mill-Ombudsman ma tikkostitwixxix ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza kif iddefinit fil-punt 83 iktar ’il fuq. Hija biss irregolarità mwettqa mill-Ombudsman fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ investigazzjoni tiegħu li l-konsegwenza tagħha tkun li huwa ma setax jeżamina, b’reqqa u imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti sabiex jiddeċiedi dwar il-fondatezza ta’ allegazzjoni dwar każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa ta’ istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni u dwar l-eventwali segwitu li għandu jingħata lil din l-allegazzjoni li tista’ tagħti lok għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20010712">12 ta’ Lulju 2001</DATE>, Comafrica u Dole Fresh Fruit Europe vs Il-Kummissjoni, T‑198/95, T‑171/96, T‑230/97, T‑174/98 u T‑225/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:184">EU:T:2001:184</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 144).</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tar-rekwiżit li jgħid li d-dispożizzjoni legali li tagħha qed jiġi allegat il-ksur għandu jkollha l-għan li tagħti drittijiet lill-individwi, għandu jitfakkar li l-ġurisprudenza speċifikat li r-rekwiżit dwar in-natura protettriċi jkun issodisfatt ladarba d-dispożizzjoni legali miksura, filwaqt li essenzjalment tikkonċerna interessi ta’ natura ġenerali, kienet tiżgura wkoll il-protezzjoni tal-interessi individwali tal-persuni kkonċernati (ara l-punt 71 iktar ’il fuq). Issa, fir-rigward tal-prinċipju ta’ diliġenza jew tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, dan il-prinċipju u dan id-dritt huma evidentement ta’ natura protettriċi fir-rigward tal-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19950918">18 ta’ Settembru 1995</DATE>, Nöllevs Il‑Kunsill u Il-Kummissjoni, T‑167/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1995:169">EU:T:1995:169</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 76, u tad-<DATE ISO="19990709">9 ta’ Lulju 1999</DATE>, New Europe Consulting u Brown vs Il-Kummissjoni, T‑231/97, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1999:146">EU:T:1999:146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39). Dan jgħodd ukoll fir-rigward tar-regoli li jirregolaw l-investigazzjonijiet tal-Ombudsman, dawn ir-regoli jippermettu li individwu jressaq l-ilmenti dwar każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina u li jkun informat bir-riżultati tal-investigazzjonijiet mwettqa f’dan ir-rigward mill-Ombudsman (ara, f’dan is-sens, is-sentenza L-Ombudsman vs Lamberts, punt 55 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:174">EU:C:2004:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw mill-ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba fil-kuntest tal-investigazzjonijiet dwar id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli wettaq illegalitajiet fil-kuntest tal-eżami tal-ilment li wassal għad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><P>Fuq l-eżistenza ta’ illegalitajiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli ma insistiex mal-Parlament biex jikseb ċerti dokumenti li l-Parlament kellu u li huwa ma kienx irċieva. Għall-evalwazzjoni ta’ dan l-ilment għandhom jitfakkru l-fatti li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20070630">30 ta’ Ġunju 2007</DATE>, wara l-ilment, l-Ombudsman iddeċieda li jinvestiga l-allegazzjonijiet u t-talbiet li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[i]l-Parlament ma trattax b’mod korrett l-applikazzjoni tar-[rikorrenti] wara li isimha ġie inkluż fil-[lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni ġenerali EUR/A/151/98]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[i]r-[rikorrenti] għandha tiġi trattata b’mod ġust meta tkun qed timtela pożizzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, l-Ombudsman iddeċieda li jispezzjona l-fajls tal-Parlament f’dak li jirrigwarda l-punti li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1)</NO.P><TXT>insir naf jekk, wara li isem ir-[rikorrenti] ġie miżjud fil-lista [ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98] (fis-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE>), il-Parlament impjegax amministraturi fil-lingwa Franċiża bl-istatus ta’ uffiċjali jew ta’ membri tal-persunal temporanju li isimhom jidher fuq listi oħra [ta’ kandidati xierqa];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ risposta pożittiva, insir naf jekk il-fajl tar-[rikorrenti] itteħidx inkunsiderazzjoni (u kif); f’dan ir-rigward, nixtieq li jkolli aċċess, b’mod partikolari, għad-deċiżjonijiet immotivati rilevanti relatati mas-selezzjoni (inklużi n-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>insir naf jekk l-istituzzjonijiet Komunitarji l-oħra ġewx informati bid-deċiżjoni tal-Parlament li isem ir-[rikorrenti] jiġi inkluż fil-lista [ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98] wara li din ġiet eżawrita (wara r-reklutaġġ tal-kandidati kollha tal-lista) u b’liema mod ġew informati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>il-Parlament donnu jsostni li l-lista [ta’ kandidati xierqa] li fuqa żdied isem ir-[rikorrenti] (ta’ Mejju 2005) intbgħatet lid-DĠ kollha u li din tidher ukoll fil-ġabra tal-listi fis-seħħ mibgħuta kull sena lid-DĠ<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Mir-rapport ta’ spezzjoni jirriżulta li r-rappreżentanti tal-Parlament għamlu osservazzjonijiet fuq kull wieħed mid-dokumenti li jinsabu fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>fajls<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ippreparati għall-ispezzjoni. L-imsemmija osservazzjonijiet madankollu ma humiex riprodotti fir-rapport. Barra minn hekk il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>fajls<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> inkwistjoni kienu jinkludu d-dokumenti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>lista ta’ persuni rreklutati bħala amministratur mill-Parlament […] mill-<DATE ISO="20050501">1 ta’ Mejju 2005</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> iddistribwit mill-EPSO, li jindika n-numru ta’ kandidati li għad fadal fuq il-listi [ta’ kandidati xierqa] li rriżultaw mill-kompetizzjonijiet kollha organizzati mid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>posta elettronika indirizzata mill-Parlament lill‑Kunsill, li magħha kienu mehmuża l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> u l-kandidatura tar-[rikorrenti];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>lista tar-reklutaġġi kollha mwettqa mill-Parlament minn Mejju 2005 (livell AD 5);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>lista tar-reklutaġġi kollha mwettqa mill-Parlament minn Mejju 2005 (livell ikkonfermat);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>lista tar-reklutaġġi kollha ta’ persuni li jitkellmu bil-Franċiż mwettqa mill-Parlament minn Mejju 2005 (livell AD 5);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>dokument intitolat <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Sitwazzjoni tal-listi [ta’ kandidati xierqa] tal-kompetizzjonijiet tal-PE<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>lista ta’ membri tal-persunal temporanju li jokkupaw pożizzjonijiet permanenti mal-Parlament.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Dawn id-dokumenti kollha ġew ikkunsidrati kunfidenzjali matul il-proċedura amministrattiva. Madankollu, fil-kontroreplika, l-Ombudsman hemeż kopja tad-dokument tal-EPSO tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Pooling irriżervat għall-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>) li ċerti partijiet kunfidenzjali tiegħu ġew imħassra. F’dan id-dokument, hemm indikat, fir-rigward tal-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, għall-qasam intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Amministratur FR<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li lista ta’ kandidati xierqa kienet inħolqot fit-<DATE ISO="20000112">12 ta’ Jannar 2000</DATE> u li kien għad fadal biss persuna waħda mniżżla fuq l-imsemmija lista. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-proċedura<?PAGE NO="16"?> quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-9/12, ir-rikorrenti rċeviet komunikazzjoni mill-Parlament tad-dokumenti kollha li jinsabu fl-imsemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>fajls<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Fis-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti pproduċiet dawn id-dokumenti f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tosserva li, wara t-talba magħmula fil-kuntest tal-ewwel tliet mistoqsijiet tiegħu riprodotti fil-punt 92 iktar ’il fuq, l-Ombudsman ma kisibx l-ittri ta’ informazzjoni dwar it-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Hija tikkritika lill-Ombudsman talli ma insistiex mal-Parlament sabiex jiksibhom.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Ombudsman ma talabx espliċitament biex jingħata aċċess għall-ittri ta’ informazzjoni inkwistjoni. Huwa staqsa jekk <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>l-istituzzjonijiet Komunitarji l-oħra ġewx informati bid-deċiżjoni tal-Parlament li isem ir-[rikorrenti] jiġi inkluż fil-lista [ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98] wara li din ġiet eżawrita (wara r-reklutaġġ tal-kandidati kollha tal-lista) u b’liema mod ġew informati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> Għalhekk, il-Parlament seta’ juri b’kull mezz possibbli li huwa kien informa lill-istituzzjonijiet l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu li jinkludi isem ir-rikorrenti fl-imsemmija lista ta’ kandidati xierqa. Għaldaqstant, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma insistiex sabiex jikseb speċifikament dawn l-ittri ta’ informazzjoni. Għaldaqstant, dan l-ilment tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud għaliex infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika wkoll lill-Ombudsman talli ma kellux in-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati li huwa kien talab lill-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fil-punt 2 tal-miżuri ta’ investigazzjoni adottati mill-Ombudsman fit-<DATE ISO="20070630">30 ta’ Ġunju 2007</DATE> (ara l-punt 92 iktar ’il fuq), l-Ombudsman indika li kien biss jekk il-Parlament kien impjega amministraturi fil-lingwa Franċiża bl-istatus ta’ uffiċjali jew membri tal-persunal temporanju li isimhom kien imniżżel fuq listi oħra ta’ kandidati xierqa wara ż-żieda ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, li huwa kien interessat li jkollu aċċess għad-deċiżjonijiet immotivati rilevanti relatati mas-selezzjoni, inklużi n-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati. Minn dan isegwi li, fl-assenza ta’ reklutaġġ mill-Parlament ta’ amministraturi fil-lingwa Franċiża bħar-rikorrenti, it-tieni miżura ta’ investigazzjoni ma għadx għandha skop.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Issa, huwa paċifiku li, waqt l-ispezzjoni, il-Parlament ipprovda lill-Ombudsman il-listi, l-ewwel nett, tal-persuni rreklutati bħala amministratur mill-Parlament Ewropew mill-<DATE ISO="20050501">1 ta’ Mejju 2005</DATE>, it-tieni nett, tar-reklutaġġi kollha mwettqa mill-Parlament minn Mejju 2005 (livell AD 5), it-tielet nett, tar-reklutaġġi kollha mwettqa mill-Parlament minn Mejju 2005 (livell ikkonfermat), u, ir-raba’ nett, tar-reklutaġġi kollha ta’ persuni li jitkellmu bil-Franċiż mwettqa mill-Parlament minn Mejju 2005 (livell AD 5). Dawn il-listi ġew prodotti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża fis-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>. Abbażi ta’ dawn il-listi, l-Ombudsman ikkonkluda, fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li, minn Mejju 2005, il-Parlament kien irrekluta biss amministraturi fil-lingwa Franċiża speċjalizzati f’oqsma speċifiċi. Ir-rikorrenti la allegat u lanqas ma pprovat, wara l-komunikazzjoni ta’ dawn il-listi li din l-evalwazzjoni tal-Ombudsman kienet żbaljata. Konsegwentement, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma nsistiex li jkollu f’idejh l-imsemmija noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-evalwazzjoni li tinsab fil-punt 2.5 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> tirriżulta minn investigazzjoni magħluqa mingħajr ma saru l-verifiki meħtieġa u hija żbaljata.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fil-punt 2.5 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman qies dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Barra minn hekk, l-ispezzjoni kkonfermat dak li l-Parlament kien diġà indika fl-opinjoni tiegħu, jiġifieri li l-lista ta’ kandidati xierqa li kienet tindika d-disponibbiltà tar-[rikorrenti] kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet Komunitarji oħra. L-ispezzjoni kkonfermat ukoll li l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tagħha kien intbagħat lid-dipartiment li kien talab informazzjoni fir-rigward tagħha, jiġifieri l-Kunsill […]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Qabel kollox, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli b’mod żbaljat iddikjara li fl-opinjoni tiegħu tat-<DATE ISO="20070322">22 ta’ Marzu 2007</DATE> l-Parlament kien indika li l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm imniżżel isimha kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra. Din l-akkuża hija fondata. Fil-fatt, fl-imsemmija opinjoni l-Parlament ma indikax li l-imsemmija lista ta’ kandidati xierqa kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra. L-Ombudsman jammetti li dan kien il-każ u li wettaq żball f’dan ir-rigward. L-imsemmi żball ikkonsista fi żnaturament tal-kontenut ta’ dokument, u dan jikkostitwixxi nuqqas ta’ diliġenza fl-istruttorja tal-fajl u, b’mod partikolari, fit-teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatt li l-Ombudsman innifsu qies rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli għalaq l-investigazzjoni minkejja l-fatt li l-fajl ta’ spezzjoni ma kien fih l-ebda prova li l-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet, korpi u organi oħra tal-Unjoni. Skont ir-rikorrenti, id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> invokat mill-Ombudsman ma kienx jippermetti li jiġi pprovat it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa lill-istituzzjonijiet l-oħra qabel din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Ombudsman kien iddeċieda li jispezzjona l-fajls tal-Parlament sabiex, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[isir jaf] jekk l-istituzzjonijiet Komunitarji l-oħra [kinux ġew] informati bid-deċiżjoni tal-Parlament li isem ir-[rikorrenti] jiġi inkluż fil-lista [ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98] wara li din [kienet] ġiet eżawrita (wara r-reklutaġġ tal-kandidati kollha tal-lista) u b’liema mod ġew informati<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> (ara l-punt 92 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, waqt is-seduta l-partijiet ikkonfermaw li isem ir-rikorrenti ġie miżjud fl-imsemmija lista fis-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE>. F’din id-data, kif issostni r-rikorrenti fl-ilment, il-kandidati l-oħra kollha li kienu għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 kienu ġew irreklutati. Għalhekk, l-Ombudsman staqsa jekk l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni kinux ġew informati bid-deċiżjoni tal-Parlament tas-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE> li isem ir-rikorrenti jiġi inkluż fl-istess lista u b’liema mod ġew informati.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal din il-mistoqsija, il-Parlament ipprovda lill-Ombudsman lista li tinsab fid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>. Minn din il-lista jirriżulta li, fl-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 kien għad fadal biss l-isem ta’ kandidat wieħed. Peress li l-kandidati l-oħra kollha li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni kienu ġew irreklutati qabel is-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE>, l-Ombudsman kellu jiddeduċi minn dan id-dokument li, fl-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, ir-rikorrenti kienet dak l-uniku kandidat li ismu kien għadu mniżżel fuq l-imsemmija lista. Fil-fatt, peress li d-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> seta’ jiġi kkonsultat mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi l-oħra tal-Unjoni, dawn tal-aħħar kienu f’pożizzjoni li jkunu jafu, minn tal-inqas fl-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, li r-rikorrenti kienet l-aħħar kandidat li għadda li ismu kien imniżżel fuq din il-lista ta’ kandidati xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jammetti l-Ombudsman fir-risposta, id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> ma jippermettix li jsir magħruf meta u b’liema mod il-Parlament ikkomunika t-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Issa, fid-deċiżjoni ta’ spezzjoni, l-Ombudsman indika b’mod espliċitu li kien spezzjona l-fajl tal-Parlament sabiex isir jaf jekk l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni kinux ġew informati bid-deċiżjoni tal-Parlament li isem ir-rikorrenti jiġi inkluż fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 wara li din ġiet eżawrita u b’liema mod ġew informati.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tweġiba għall-mistoqsija dwar meta u kif l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni ġew informati bit-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 hija wieħed mill-elementi rilevanti li jifformaw parti mis-suġġett tal-investigazzjoni tal-Ombudsman dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-Parlament, fit-trattament tal-fajl tar-rikorrenti wara tali tniżżil, kienx responsabbli għal każ ta’ amministrazzjoni ħażina. Fil-fatt, peress li l-validità tal-imsemmija lista kienet inizjalment tiskadi fl-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE> u peress li l-komunikazzjoni ta’ din il-lista mill-Parlament lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni setgħet tikkontribwixxi għat-titjib tal-opportunità li r-rikorrenti tiġi rreklutata, l-assenza ta’ komunikazzjoni mill-Parlament tal-imsemmija lista lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni fl-iqsar żmien possibbli wara t-tniżżil, fis-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE>, ta’ isem ir-rikorrenti f’din il-lista setgħet tikkostitwixxi każ ta’ amministrazzjoni ħażina, u dan indipendentement mill-eżistenza ta’ dispożizzjoni espliċità fil-kuntest leġiżlattiv applikabbli li jimponi tali komunikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi naqas, fil-kuntest tal-investigazzjoni tiegħu, milli jinvestiga l-kwistjoni ta’ meta u b’liema mod il-Parlament kien ikkomunika t-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni, l-Ombudsman naqas mid-dmir tiegħu ta’ diliġenza fl-eżami tal-kwistjoni ta’ jekk u b’liema mod l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni kienu ġew informati bit-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fl-imsemmija lista bejn is-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE> u l-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, jiġifieri matul parti kbira mill-perijodu ta’ validità ta’ din il-lista.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkonfutata mid-diversi argumenti tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li jgħid li r-rapport ta’ spezzjoni mhux neċessarjament jinkludi lista eżawrjenti tad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajl, iżda jelenka biss id-dokumenti li tagħhom ir-rappreżentanti tal-Ombudsman kienu rċevew kopja, għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman la jindika li kien talab dawn id-dokumenti l-oħra, u lanqas ma jsemmihom. Barra minn dan, l-Ombudsman ma pproduċiex dawn id-dokumenti matul is-seduta minkejja li għandu l-oneru tal-prova peress li jinvokahom biex jiġġustifika l-imsemmija deċiżjoni. Fl-aħħar nett, l-Ombudsman jammetti li l-imsemmi fajl ma kienx jinkludi dokumenti oħra, sa fejn fir-risposta jqis li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>[l]-assenza, fil-fajl tal-Parlament, ta’ ittri jew ta’ posta elettronika li jinformaw lill-istituzzjonijiet l-oħra setgħet tiġi spjegata mill-fatt li din l-informazzjoni kienet ġiet ikkomunikata b’mod orali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Konsegwentement, l-argument tal-Ombudsman ma jistax jikkonfuta l-konstatazzjoni li tgħid li, wara l-investigazzjoni tiegħu, huwa ma kellux l-elementi rilevanti kollha meħtieġa sabiex ikun jista’ jevalwa debitament l-eżistenza ta’ amministrazzjoni ħażina.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument li jgħid li, f’ittra tas-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, l-EPSO kien indika lir-rikorrenti, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>matul il-laqgħat li huwa [kien] regolarment ikollu mal-persuni responsabbli mir-reklutaġġ fid-diversi istituzzjonijiet, huma [kienu] sistematikament jiskambjaw informazzjoni dwar l-istat tal-listi tagħhom ta’ kandidati xierqa u [kienu] ta’ spiss iqiegħdu kandidati għad-dispożizzjoni tal-oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, għandu jiġi osservat li, fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman ma semmiex din il-prattika. Barra minn dan, minn din id-dikjarazzjoni ma jistax jiġi dedott li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni kienu ġew informati bit-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Għaldaqstant, għalkemm din il-prattika ta’ komunikazzjoni orali hija tabilħaqq minnha, xorta jibqa’ l-fatt li l-Ombudsman ma setax jillimita ruħu għal dan il-fatt biex jikkonkludi li, f’dan il-każ, il-Parlament kien informa fi żmien xieraq lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni bid-disponibbiltà tar-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, abbażi tad-diversi dokumenti msejħa ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li l-Ombudsman hemeż mat-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, għandu jiġi osservat li l-informazzjoni dwar t-tniżżil ta’ isem il-kandidati li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-imsemmija kompetizzjoni ikkomunikata fid-dokumenti msejħa ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> stabbiliti mill-EPSO ma hijiex kompletament affidabbli. Għalhekk, huwa paċifiku li isem ir-rikorrenti tniżżel fl-imsemmija lista fis-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE> u mid-dokumenti tal-Parlament prodotti matul is-seduta mill-Ombudsman jirriżulta li t-22 kandidat inizjali li għaddew minn din il-kompetizzjoni kollha ġew irreklutati qabel il-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE>, ħlief għal kandidat wieħed li ġie rreklutat fl-<DATE ISO="20030601">1 ta’ Ġunju 2003</DATE>. Issa, minkejja l-fatt li fi Frar 2003 kien hemm biss kandidat wieħed li għadda minn din il-kompetizzjoni li ismu kien għadu mniżżel fuq din il-lista, id-dokument tal-EPSO tat-<DATE ISO="20030203">3 ta’ Frar 2003</DATE> jindika li l-ismijiet ta’ sitt kandidati li għaddew kienu għadhom inklużi fl-istess lista f’din id-data. Bl-istess mod, f’Jannar 2005, l-ebda isem ta’ kandidat li għadda mill-kompetizzjoni inkwistjoni ma kellu jkun għadu jidher fuq il-lista inkwistjoni. Għaldaqstant, skont id-dokument tal-EPSO tas-<DATE ISO="20050126">26 ta’ Jannar 2005</DATE>, f’dik id-data, kien għad fadal żewġ ismijiet ta’ kandidati li għaddew imniżżla fl-imsemmija lista. Fl-aħħar nett, wara s-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE>, isem ir-rikorrenti biss kellu jkun għadu jidher fuq il-lista inkwistjoni. Madankollu, id-dokument tal-EPSO tat-<DATE ISO="20051212">12 ta’ Diċembru 2005</DATE> jindika li fil-lista kkonċernata kien għad fadal żewġ ismijiet ta’ kandidati li għaddew.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti tikkontesta l-evalwazzjoni riprodotta fil-punt 1.1 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> li tagħlaq l-investigazzjoni mibdija b’konsegwenza tal-ilment. Ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman, żbaljatament, naqas milli jinvestiga l-atitudni kontradittorja tal-Parlament li, minn naħa, ċaħad il-kandidatura spontanja tagħha u, min-naħa l-oħra, indika li hija kienet libera li tibgħat kandidaturi spontanji lill-istituzzjonijiet kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-ilment, għandhom jitfakkru l-elementi li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 94/262, ilment ippreżentat quddiem l-Ombudsman għandu jkun ippreċedut minn proċeduri amministrattivi xierqa mal-istituzzjonijiet u mal-korpi konċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>F’dan il-każ, wara talba għal informazzjoni mressqa mir-rikorrenti quddiem il-Parlament fir-rigward tal-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tapplika għall-pożizzjonijiet vakanti, il-Parlament indikalha, f’ittra tal-<DATE ISO="20060105">5 ta’ Jannar 2006</DATE>, li, fil-kuntest tal-mili ta’ pożizzjonijiet vakanti, għandhom jiġu eżaminati suċċessivament, l-ewwel il-possibbiltajiet ta’ trasferiment jew ta’ ħatra abbażi tal-promozzjoni fi ħdan l-istituzzjoni kkonċernata u, sussegwentement, it-talbiet ta’ trasferiment jew il-possibbiltajiet li tiġi organizzata kompetizzjoni interna u li kien biss wara li dawn il-possibbiltajiet jiġu eżawriti li l-lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali setgħet tiġi kkonsultata. Barra minn hekk, il-Parlament indika li l-kandidaturi tal-kandidati li għaddew mill-kompetizzjonijiet ġenerali għall-pożizzjonijiet vakanti elenkati fis-sommarju kienu jiġu miċħudha <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> għaliex inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Fl-ilment, ir-rikorrenti indikat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>[hija kienet] indirizzat lill-Parlament biex issir taf il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tiġi maħtura<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[d]an tal-aħħar [kien] indikalha li, jekk tapplika għal pożizzjonijiet vakanti, il-kandidatura [tagħha] kienet ser tkun miċħuda awtomatikament, sa fejn l-uffiċjali u l-kandidati li għaddew minn kompetizzjonijiet interni jingħataw il-preċedenza<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Wara dan hija lmentat li hija lanqas ma kellha proposta waħda għal pożizzjoni u indikat li hija fermament konvinta li hija l-vittma tal-ispirtu vendikattiv tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħu bi tweġiba għall-ilment, il-Parlament qies li r-rikorrenti kienet libera li tibgħat kandidaturi spontanji lill-istituzzjonijiet kollha.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punt 1.1 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman qies dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Fl-osservazzjonijiet tagħha, ir-[rikorrenti] tindika li hija kienet ġiet informata minn uffiċjal tal-Parlament bil-fatt li hija ma kinitx awtorizzata tapplika għall-pożizzjonijiet vakanti interni tal-Parlament […]. L-Ombudsman josserva li, sa fejn din l-osservazzjoni għandha titqies li hija allegazzjoni ġdida, din ma kinitx ippreċeduta minn proċeduri xierqa mal-Parlament […]. Għal din ir-raġuni l-Ombudsman mhux ser jiddeċiedi dwarha fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi osservat li l-allegat aġir kontradittorju tal-Parlament jirriżulta minn pożizzjoni adottata mill-Parlament wara li r-rikorrenti ppreżentat l-ilment. Għalhekk, ir-rikorrenti la setgħet tilmenta dwar l-imsemmi aġir fl-imsemmi lment u lanqas ma setgħet tibda proċeduri amministrattivi xierqa mal-Parlament qabel ma tikkritika l-imsemmija pożizzjoni f’dan l-ilment skont l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 94/262. Din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-fatt li r-rikorrenti, la fl-ilment tagħha tal-<DATE ISO="20061114">14 ta’ Novembru 2006</DATE> indirizzat lill-Parlament, u lanqas fl-ilment, ma kkontestat l-implementazzjoni, mill-Parlament, tal-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea fil-verżjoni tiegħu applikabbli f’dan il-każ (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>) li jgħid li l-istituzzjonijiet jistgħu jikkonsultaw il-lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali biss wara li jiġu eżawriti l-possibbiltajiet ta’ trasferiment, ta’ ħatra abbażi tal-promozzjoni fi ħdan l-istituzzjoni kkonċernata, ta’ talbiet ta’ trasferiment jew tal-possibbiltajiet li tiġi organizzata kompetizzjoni interna.</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Ombudsman ma wettaq l-ebda żball meta kkunsidra, fil-punt 1.1 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li l-allegata kontradizzjoni invokata mir-rikorrenti kienet allegazzjoni ġdida u li din ma kinitx ippreċeduta minn proċeduri xierqa mal-Parlament. Għalhekk, l-assenza ta’ investigazzjoni dwar l-imsemmija kontradizzjoni ma tikkostitwixxix ksur tad-Deċiżjoni 94/262, tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni jew tal-prinċipju ta’ diliġenza.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli faħħar lill-Parlament talli estenda l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm imniżżel isimha mingħajr ma tħasseb dwar il-fatt li t-talba tagħha għal estensjoni baqgħet mingħajr tweġiba jew dwar l-eventwali nuqqas ta’ konsultazzjoni tal‑Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti kienet tiskadi fl-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Fil-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, ir-rikorrenti talbet lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament jestendi l-validità tal-imsemmija lista. Fis-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, id-dipartimenti tal-Parlament irrispondew din l-ittra. Huma indikaw li fuq talba tal-Ombudsman, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament kien talab li tinbeda l-proċedura sabiex il-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Fis-<DATE ISO="20070717">17 ta’ Lulju 2007</DATE>, is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament informa lir-rikorrenti bil-fatt li, fuq talba tal-Ombudsman u fl-istennija li dan tal-aħħar jeżamina l-fajl tagħha, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament kien iddeċieda li jestendi l-validità ta’ din il-lista sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Fl-aħħar nett, fil-punt 2.6 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman indika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Fl-aħħar nett, f’dak li [kien] jirrigwarda l-ittra tar-[rikorrenti] tal-<DATE ISO="20070521">21 ta’ Mejju 2007</DATE> li fiha hija [kienet] għarrfitna li [kienet] ikkuntattjat lis-[Segretarju] Ġenerali tal-Parlament […] fil-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, sabiex titlob l-estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa [li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98], l-Ombudsman [fakkar] li, f’ilment preċedenti, huwa kien qies li l-għażla tad-data ta’ skadenza tal-validità ta’ lista ta’ kandidati xierqa mill-Awtorità tal-Ħatra kienet deċiżjoni li taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Ombudsman [faħħar] lill-Parlament, talli [kien] iddikjara ruħu disponibbli li jestendi l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni sabiex ikun jista’ jlesti l-investigazzjoni tiegħu f’din il-kawża.<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kontenut tal-ittra tal-Parlament tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ma huwiex eżatt li jiġi ddikjarat li l-Parlament ma rrispondiex direttament għat-talba ta’ estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa mressqa mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>. Fil-fatt, mill-ittra tal-Parlament tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE> jirriżulta b’mod ċar li din kienet bi tweġiba għall-ittra tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>. Il-fatt li minn din l-ittra tal-Parlament jirriżulta wkoll li kien fuq talba tal-Ombudsman li kienet inbdiet il-proċedura sabiex il-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE> ma jimplikax li huwa ma kienx wieġeb għat-talba ta’ estensjoni tar-rikorrenti. L-istess ittra tal-Parlament għandha tinftiehem bħala tweġiba kemm għat-talbiet tar-rikorrenti kif ukoll għal dawk tal-Ombudsman dwar l-estensjoni tal-imsemmi terminu. F’kull każ, il-Qorti Ġenerali tosserva li l-ilment ma kienx jirrigwarda l-kwistjoni ta’ jekk il-Parlament kienx wettaq att ta’ amministrazzjoni ħażina meta ma rrispondiex b’mod espliċitu għat-talba tar-rikorrenti biex jestendi l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isimha. Konsegwentement, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma kienx investiga dawn il-kwistjonijiet wara l-ilment. Fl-aħħar nett, il-fatt li l-Parlament estenda l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni sakemm l-Ombudsman itemm l-investigazzjoni tiegħu ma jistax jiġi kkritikat fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba.</TXT></NP><NP><NO.P>126</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka wkoll l-eżistenza ta’ estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa mingħajr konsultazzjoni tal-Kunsill. Madankollu, ir-rikorrenti ma tispeċifikax suffiċjentement din l-allegazzjoni. F’kull każ, din il-kwistjoni ma kinitx tifforma parti mis-suġġett tal-ilment. Għaldaqstant, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma investigax din il-kwistjoni wara l-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>127</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli ma investigax debitament, wara l-ilment, il-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm diskriminazzjoni fil-konfront tagħha meta mqabbla mal-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 minħabba l-fatt li l-perijodu li matulu hija bbenefikat mill-fatt li isimha kien imniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat minn din il-kompetizzjoni kien aqsar minn dak li minnu bbenefikaw kandidati oħra li għaddew.</TXT></NP><NP><NO.P>128</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fl-ilment, ir-rikorrenti ma allegatx li kien hemm diskriminazzjoni kontriha minħabba l-fatt li l-perijodu ta’ validità li matulu isimha kien imniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 kien aqsar minn dak ta’ kandidati oħra li għaddew mill-istess kompetizzjoni. Hija lmentat li, mit-tniżżil ta’ isimha fl-imsemmija lista, ebda istituzzjoni ma kienet ipproponitilha pożizzjoni u hija qieset li kienet vittma tal-ispirtu vendikattiv tal-Parlament minħabba r-rikors li hija kienet ressqet kontra l-Parlament. Barra minn dan, hija speċifikat li riedet tikseb “ħatra jew minn tal-inqas il-possibbiltà li tikkompeti b’mod leali għall-pożizzjonijiet vakanti, u dan fl-istituzzjonijiet Ewropej kollha. Fl-aħħar nett, hija talbet lill-Ombudsman jiftaħ investigazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>għal amministrazzjoni ħażina f’dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-fajl [tagħha] li jidher fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>129</NO.P><TXT>Fil-posta elettronika tiegħu tat-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>, l-Ombudsman talab lill-Parlament jipprovdilu opinjoni dwar l-allegazzjonijiet u t-talba li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ir-[rikorrenti] tqis li l-Parlament ma amministrax b’mod xieraq il-fajl tagħha, [wara l-inklużjoni] ta’ isimha [fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>r-[rikorrenti] titlob li tiġi trattata b’mod ġust meta jkunu qed jimtlew pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>130</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħu, il-Parlament ikkonstata li r-rikorrenti ma kinitx stabbilixxiet fatti li jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta meta mqabbla mall-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-opinjoni tal-Parlament, ir-rikorrenti ma kkontestatx din l-aħħar evalwazzjoni. Lanqas l-ispezzjonijiet tal-Ombudsman ma kienu jirrigwardaw id-diskriminazzjoni allegata mir-rikorrenti fil-punt 127 iktar ’il fuq (ara l-punt 92 iktar ’il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="22"?><NP><NO.P>131</NO.P><TXT>Fil-posta elettronika tagħha tat-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> indirizzata lill-persuna inkarigata mill-fajl tagħha fl-uffiċċju tal-Ombudsman, ir-rikorrenti indikat dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>Kif diġà [taf], il-Parlament […] [kien] aċċetta li jestendi l-lista ta’ kandidati xierqa [li rriżultat mill-]Kompetizzjoni EUR/A/151/98 biss fuq talba tiegħek (peress li t-talba tiegħi kienet ġiet miċħuda impliċitament). L-estensjoni mogħtija [kienet] biss ta’ tliet xhur (li xahrejn minnhom kienu jaqgħu fil-perijodu tal-leave), filwaqt li kien mingħaliha li [kien] estenda l-lista inizjali għal perijodu itwal. Skont il-Parlament […], l-għan ta’ dan it-terminu [kien] biss sabiex inti tkun tista’ tikkonkludi l-investigazzjoni tiegħek.<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>132</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ir-rikorrenti ma tistax tikkritika lill-Ombudsman talli ma investigax, wara l-ilment, il-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm diskriminazzjoni fil-konfront tagħha meta mqabbla mal-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 minħabba l-fatt li l-perijodu li matulu hija bbenefikat mill-fatt li isimha kien imniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat minn din il-kompetizzjoni kien aqsar minn dak li minnu bbenefikaw kandidati oħra li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni. Fil-fatt, l-imsemmi lment ma jinkludix tali allegazzjoni. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li r-rikorrenti ma kkontestatx, fit-tweġiba tagħha għall-opinjoni tal-Parlament, l-evalwazzjoni tal-Parlament li tgħid li hija ma kinitx stabbilixxiet fatti li jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta meta mqabbla mall-kandidati l-oħra li għaddew minn din il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>133</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn l-ilment tar-rikorrenti jirrigwarda l-estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 bi tliet xhur biss filwaqt li l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa inizjali ġiet estiża għal perijodu itwal (ara l-posta elettronika tat-<DATE ISO="20070828">28 ta’ Awwissu 2007</DATE> riprodotta fil-punt 131 iktar ’il fuq) jew li kienet użanza li l-validità tal-listi ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali tiġi estiża għal perijodu itwal (ara l-ittra tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>), għandu jiġi osservat li, peress li d-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti ttieħdet mill-Parlament f’Ġunju 2007, din ma setgħetx tkun is-suġġett tal-ilment. Għalhekk, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma investigax din il-kwistjoni wara l-imsemmi lment. Iktar minn hekk, ma jidhirx li l-kwistjonijiet imqajma mir-rikorrenti quddiem l-Ombudsman fil-posta elettronika msemmija iktar ’il fuq kienu tqajmu quddiem il-Parlament. Fl-aħħar nett, l-allegazzjonijiet vagi tar-rikorrenti li jgħidu li l-validità tal-imsemmija lista ġiet estiża għal perijodu itwal għall-kandidati inizjali li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni u li kienet użanza li l-validità tal-listi ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ġenerali tiġi estiża għal perijodu itwal, ma humiex sostnuti. Għaldaqstant, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma investigax speċifikament dawn l-allegazzjonijiet. Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq in-nuqqas ta’ diliġenza, riprodott fil-punt 127 iktar ’il fuq, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>134</NO.P><TXT>Is-sitt nett, ir-rikorrenti tqis li l-fajl ta’ spezzjoni ma jinkludi l-ebda prova tal-fatt li l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm imniżżel isimha kienet ġiet imxandra lid-DĠ kollha tal-Parlament b’tali mod li l-Ombudsman kien żbaljat meta bbaża ruħu biss fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Parlament f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>135</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20070320">20 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-Parlament qies li l-listi ta’ kandidati xierqa kienu ġew iddistribwiti lid-DĠ kollha tal-Parlament u li ta’ kull sena ġabra tal-imsemmija listi li kienu għadhom validi u tan-numru ta’ kandidati li għaddew disponibbli fuq kull lista kien jintbagħat lill-imsemmija DĠ. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni tiegħu l-Ombudsman indika li ried jispezzjona l-fajls tal-Parlament fir-rigward tal-fatt li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>[i]l-Parlament donnu [kien i]sostni li l-lista [ta’ kandidati xierqa] li fuqha [kien] żdied isem ir-[rikorrenti] (ta’ Mejju 2005) [kienet] intbagħtet lid-DĠ kollha u li din [kienet] tidher ukoll fil-ġabra tal-listi fis-seħħ mibgħuta kull sena lid-DĠ<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="23"?><NP><NO.P>136</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar l-opinjoni tal-Parlament tal-<DATE ISO="20070320">20 ta’ Marzu 2007</DATE>, ir-rikorrenti qieset li l-Parlament ma pproduċa l-ebda element li jikkorobora d-dikjarazzjonijiet tiegħu dwar it-trażmissjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 lid-DĠ tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>137</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-punt 2.4 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman speċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>fid-dawl tal-ispezzjoni tiegħu tal-fajl tal-Parlament, […] il-kandidatura tar-[rikorrenti kienet] tqiegħdet għad-dispożizzjoni tad-DĠ kollha tal-Parlament<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>138</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjoni tal-Ombudsman esposta fil-punt 2.4 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, kif riprodotta fil-punt 137 iktar ’il fuq, ma hija akkumpanjata minn ebda riferiment preċiż għad-dokumenti insostenn tagħha, u dan minkejja l-fatt li r-rikorrenti kienet insistiet, fil-kummenti tagħha dwar l-opinjoni tal-Parlament, dwar in-neċessità li l-pożizzjoni tal-Parlament tiġi kkorroborata bi provi.</TXT></NP><NP><NO.P>139</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu prodotti quddiem il-Qorti Ġenerali, l-Ombudsman ma jipproduċi l-ebda prova f’dan ir-rigward. Huwa llimita ruħu li jenfasizza li l-ittra li tħabbar l-ispezzjoni kienet tindika b’mod ċar li hija kienet tirrigwarda l-listi fis-seħħ mibgħuta kull sena lid-DĠ u li d-deċiżjoni fil-punt 2.4 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> kienet ittieħdet fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjoni sabiex minnha jiġi dedott li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>[d]an kollu [kien] jagħti l-wieħed x’jifhem li r-rappreżentanti [tiegħu ...] kienu effettivament raw, matul l-ispezzjoni li huma wettqu, dokumenti li jikkonfermaw li l-Parlament kien informa lid-dipartimenti tiegħu bil-fatt li isem ir-rikorrenti kien żdied mal-lista [ta’ kandidati xierqa] kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>140</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi ammess li l-Ombudsman naqas milli josserva d-dmir ta’ diliġenza tiegħu matul l-investigazzjoni tiegħu dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-DĠ kollha tal-Parlament tat-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Fil-fatt, in-nuqqas ta’ diliġenza fit-tmexxija tal-imsemmija investigazzjoni huwa kkonfermat bil-fatt li l-Ombudsman jista’ jsostni l-evalwazzjoni li tinsab fil-punt 2.4 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> biss b’suppożizzjoni bbażata fuq dokumenti li tagħhom la jista’ jispeċifika n-natura u lanqas il-kontenut.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>141</NO.P><TXT>Minn dak li ġie espost iktar ’il fuq jirriżulta li l-Ombudsman wettaq tliet illegalitajiet fil-kuntest tal-eżami tiegħu tal-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>142</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Ombudsman żnatura l-kontenut tal-opinjoni tal-Parlament (ara l-punt 102 iktar ’il fuq). Dan l-iżnaturament huwa msejjes fuq nuqqas ta’ diliġenza fl-investigazzjoni tal-fajl li jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. Fil-fatt, l-Ombudsman ma għandux marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tar-rendikont tal-kontenut ta’ dokument.</TXT></NP><NP><NO.P>143</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Ombudsman naqas milli josserva d-dmir ta’ diliġenza tiegħu fl-eżami tat-trażmissjoni mill-Parlament tal-informazzjoni dwar it-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni. Fil-fatt, huwa ma jurix li investiga u kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-elementi rilevanti biex isir jaf jekk, meta u kif il-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni kienet ġiet trażmessa lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni bejn is-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE> u l-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> (ara l-punt 109 iktar ’il fuq). Skont il-ġurisprudenza riprodotta fil-punt 86 iktar ’il fuq, dan in-nuqqas ta’ osservanza tad-dmir ta’ diliġenza jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>144</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-Ombudsman naqas milli josserva d-dmir ta’ diliġenza tiegħu fl-eżami tat-trażmissjoni mill-Parlament lid-DĠ tiegħu tal-informazzjoni dwar l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa (ara l-punt 140 iktar ’il fuq). Fil-fatt, huwa ma jurix li investiga u kellu għad-dispożizzjoni tiegħu<?PAGE NO="24"?> l-elementi rilevanti biex jevalwa l-imsemmija trażmissjoni. Skont il-ġurisprudenza riprodotta fil-punt 86 iktar ’il fuq, dan in-nuqqas ta’ diliġenza jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>145</NO.P><TXT>Sa fejn l-illegalitajiet identifikati fil-punti 142 sa 144 iktar ’il fuq jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni, il-fatt li l-fatti li taw lok għal dawn l-illegalitajiet jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala li jikkostitwixxu wkoll ksur tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 94/262 u tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni ma jaffettwax l-identifikazzjoni tal-illegalitajiet li jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="7"><TITLE><TI><P>Konklużjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>146</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, għandu jiġi deċiż li fi tliet okkażjonijiet l-Ombudsman naqas milli josserva d-dmir tiegħu ta’ diliġenza fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-ilment u li dawn in-nuqqasijiet jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw mill-ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>147</NO.P><TXT>Fit-tieni parti tal-ewwel motiv ir-rikorrenti tallega li waqt l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu l-Ombudsman wettaq diversi żbalji li jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>148</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli ma vverifikax ir-realtà tad-dikjarazzjonijiet tal-Parlament fir-rigward tal-kontenut tar-reġistru tal-messaġġier uffiċjali tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>149</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fil-punti 77 u 87 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman espona li l-Parlament kien iddikjara li l-komunikazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet dwar kandidat partikolari ma humiex, bħala prinċipju, irreġistrati fir-reġistru uffiċjali. L-Ombudsman qies li ma kienx hemm raġuni li jiddubita mill-eżattezza ta’ din l-informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>150</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman ma setax jafda din l-indikazzjoni tal-Parlament mingħajr verifika, għaliex, skontha, kull posta uffiċjali bejn l-istituzzjonijiet normalment tidher fir-reġistru tal-messaġġier uffiċjali u l-ittri kollha li kienet irċeviet mingħand il-Parlament kellhom numru li jikkorrispondi għar-reġistru uffiċjali u mhux għal numru intern.</TXT></NP><NP><NO.P>151</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li l-fatt li l-ittri kollha li r-rikorrenti rċeviet mingħand il-Parlament kellhom numru tar-reġistru uffiċjali ma jikkostitwixxix indizju li jista’ jikkonfuta r-realtà tad-dikjarazzjoni tal-Parlament li tgħid li l-posta bejn l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ kandidat ma kinitx irreġistrata fir-reġistru uffiċjali tal-posta. Fil-fatt, il-korrispondenza bejn l-istituzzjonijiet u kandidat hija min-natura tagħha stess uffiċjali filwaqt li dan ma huwiex neċessarjament il-każ għall-posta bejn l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ kandidatura. Barra minn hekk, is-suġġett tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman ma kinitx iż-żamma xierqa tar-reġistri tal-posta mill-Parlament, iżda t-trażmissjoni mill-Parlament lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti. Fid-dawl ta’ dan is-suġġett ta’ investigazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-Parlament li tgħid li fir-reġistru uffiċjali ma kienx hemm indikazzjonijiet ta’ posta bejn l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ kandidat partikolari hija partikolarment ta’ żvantaġġ għalih, u dan iżid il-kredibbiltà tagħha. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, għandu jitqies li r-rikorrenti ma pproduċietx, suffiċjentement, elementi li jindikaw li l-Ombudsman kien naqas milli josserva d-dmir tiegħu ta’ diliġenza meta aċċetta d-dikjarazzjoni tal-Parlament li tgħid li ma kienx hemm reġistrazzjoni ta’ posta bejn il-Parlament u l-istituzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrenti fir-reġistru uffiċjali tal-posta tal-Parlament.</TXT></NP><?PAGE NO="25"?><NP><NO.P>152</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ikkonfutata mill-fatt li jista’ jkun li l-prattika tal-Parlament li ma jirreġistrax il-posta bejn l-istituzzjonijiet fir-rigward tar-rikorrenti tmur kontra l-Artikolu 24 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba. Fil-fatt, il-kompatibbiltà ta’ din il-prattika mal-imsemmi kodiċi ma kinitx is-suġġett tal-investigazzjoni tal-Ombudsman f’dan il-każ u r-rikorrenti ma għamlitx ilment f’dan ir-rigward quddiem l-Ombudsman. Barra minn hekk, din il-kwistjoni ta’ kompatibbiltà ma tippermettix li tiġi kkonfutata d-dikjarazzjoni tal-Parlament li tgħid li l-komunikazzjonijiet inkwistjoni ma kinux jittniżżlu f’reġistru.</TXT></NP><NP><NO.P>153</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli rrifjuta li jinvestiga, wara li beda l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu, jekk il-Parlament kienx informa lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar iż-żieda ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li huwa paċifiku li, matul l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, ir-rikorrenti opponiet it-tkomplija tal-imsemmija investigazzjoni (ara l-ittra tal-<DATE ISO="20100710">10 ta’ Lulju 2010</DATE>).</TXT></NP><NP><NO.P>154</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman, għall-ewwel, qies li ma kienx hemm lok li jinvestiga minħabba li r-rikorrenti kienet qed topponi l-investigazzjoni. Sussegwentement, qies li, fil-kuntest ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, huwa seta’ jinvestiga <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, mingħajr il-kunsens tar-rikorrenti, sakemm ikun hemm interess pubbliku superjuri li jeżiġi dan. Madankollu huwa qies li dan ma kienx il-każ fil-kawża preżenti, peress li huwa kien beda l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu prinċipalment fl-interess tar-rikorrenti. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, huwa qies li l-pożizzjoni adottata mir-rikorrenti kienet konsegwentement tostakola l-investigazzjoni tiegħu u li ma kienx xieraq li jkompli l-investigazzjoni (ara l-punti 89 sa 94 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>).</TXT></NP><NP><NO.P>155</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-raġunijiet inkwistjoni mogħtija fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, għandu qabel kollox jiġi osservat li l-Ombudsman ma kienx awtomatikament obbligat, fil-kuntest ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, li jieqaf jinvestiga meta persuna kkonċernata minn din l-investigazzjoni tkun topponiha. Kif tindika r-rikorrenti, l-ebda dispożizzjoni tad-Deċiżjoni 94/262 jew tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni ma timponi fuq l-Ombudsman l-obbligu li jikseb il-kunsens tal-lanjanti sabiex jinvestiga istituzzjoni jew korp tal-Unjoni. Bl-istess mod, l-ebda dispożizzjoni ma timponi fuq l-Ombudsman l-obbligu li jinvestiga <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> biss meta dan ikun iġġustifikat minn interess pubbliku superjuri.</TXT></NP><NP><NO.P>156</NO.P><TXT>Madankollu, id-dmir tiegħu li jinvestiga b’diliġenza jimponilu li jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti meta huwa jwettaq atti ta’ investigazzjoni. Fost dawn l-elementi hemm l-attitudni tal-persuni kkonċernati u l-interess pubbliku tal-investigazzjoni. L-Ombudsman għandu setgħa diskrezzjonali fit-tweżin ta’ dawn l-elementi sabiex jiddeċiedi jekk hemmx lok jew le li jkompli investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>157</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti la tikkontesta l-fatt li hija opponiet l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, u lanqas il-fatt li ma kienx hemm interess pubbliku partikolari li jiġġustifika l-imsemmija investigazzjoni. Il-Qorti Ġenerali tqis li l-Ombudsman ma kisirx b’mod manifest u gravi l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu fil-qasam ta’ investigazzjonijiet billi invoka l-oppożizzjoni tar-rikorrenti għall-miżuri ta’ investigazzjoni sabiex jagħlaq din l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Madankollu, meta għalaq l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mingħajr ma evalwa jekk il-Parlament kienx wettaq atti ta’ amministrazzjoni ħażina fil-kuntest tal-komunikazzjoni lid-dipartimenti tiegħu u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni tat-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, l-Ombudsman irrinunzja li jikkoreġi, permezz tal-imsemmija investigazzjoni, ċerti żbalji li huwa kien wettaq fl-investigazzjoni fuq l-ilment u fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Għalhekk, l-Ombudsman ma jistax jinvoka ż-żamma ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> sabiex jeżonera lill-Unjoni mir-responsabbiltà tagħha għall-iżbalji li huwa wettaq fil-kuntest tal-investigazzjoni fuq l-ilment.</TXT></NP><?PAGE NO="26"?><NP><NO.P>158</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli ma investigax l-assenza ta’ konsultazzjoni mill-Parlament tal‑Kunsill (ara l-punt 96 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>) l-Ombudsman seta’ wkoll jiġġustifika din l-assenza ta’ investigazzjoni bl-oppożizzjoni tar-rikorrenti għal dawn il-miżuri ta’ investigazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>159</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett u f’kull każ, il-Qorti Ġenerali tqis li, anki jekk jitqies li l-Ombudsman żbaljatament irrifjuta li jinvestiga minħabba li r-rikorrenti kienet topponi dan, ir-rikorrenti ma setgħetx, skont id-<HT TYPE="ITALIC">dictum nemini licet venire contra factum proprium</HT>, tinvoka dan l-iżball biex teżiġi kumpens mingħand l-Unjoni. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tistax, mingħajr ma tikkontradiċi ruħha, titlob kumpens għall-assenza ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Ombudsman meta hija kienet opponiet din l-investigazzjoni. Din l-aħħar evalwazzjoni ma tikkonfutax l-impossibbiltà li l-Ombudsman jinvoka ż-żamma ta’ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> biex jeżonera lill-Unjoni mir-responsabbiltà tagħha għall-illegalitajiet li huwa wettaq fl-investigazzjoni fuq l-ilment u fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>160</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, l-ilmenti kollha sostnuti mir-rikorrenti fit-tieni parti tal-ewwel motiv għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>161</NO.P><TXT>Wara l-analiżi tal-ewwel motiv, għandu jiġi deċiż li l-Ombudsman wettaq tliet illegalitajiet li jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni kif ġie espost fil-punt 146 iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>162</NO.P><TXT>Fit-tieni motiv, ir-rikorrenti essenzjalment tallega li l-Ombudsman wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fir-rigward tad-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> u tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE> li jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. L-Ombudsman jikkontesta li wettaq l-imsemmija żbalji.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq iċ-ċitazzjoni tal-opinjoni tal-Parlament fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>163</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikklassifika mill-ġdid l-ilment espost fil-punt 102 iktar ’il fuq bħala żball manifest ta’ evalwazzjoni. Għar-raġunijiet esposti fil-punti 102 u 142 iktar ’il fuq, l-illegalita inkwistjoni tagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq ir-rettifika tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>164</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball, immanipula u ffalsifika fatti u rrenda ruħu ħati tad-delitt ta’ falsifikazzjoni u użu ta’ dokumenti foloz meta rrettifika, fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-punt 2.5 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, mingħajr ma ppubblika rettifika.</TXT></NP><NP><NO.P>165</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-ilmenti, il-Qorti Ġenerali tenfasizza, qabel kollox, li hija għandha l-ġurisdizzjoni li teżamina jekk ċerti aġiri tal-istituzzjonijiet jistgħux jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni, madankollu hija ma għandhiex ġurisdizzjoni li tikkonstata, abbażi ta’ dawn l-aġiri, delitt. Għaldaqstant, l-allegazzjoni li timplika konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali li l-Ombudsman rrenda ruħu ħati tad-delitt ta’ falsifikazzjoni u użu ta’ dokumenti foloz, hija inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>166</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali tosserva li, fid-deċiżjoni tal-Ombudsman tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, indirizzata lill-Parlament u li kopja tagħha ntbagħtet lir-rikorrenti, l-Ombudsman kien indika li kellu jikkoreġi d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> minħabba l-iżball li kien hemm fil-punt 2.5 tal-imsemmija deċiżjoni li kien jiżnatura l-kontenut tal-opinjoni tal-Parlament (ara l-punt 102 iktar ’il<?PAGE NO="27"?> fuq). Għalhekk, fid-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-korrezzjoni li kellha ssir ġiet esposta espliċitament lir-rikorrenti u lill-Parlament. Ir-rikorrenti għalhekk ma tistax tinvoka manipulazzjoni mhux iġġustifikata jew falsifikazzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>167</NO.P><TXT>Din il-pubblikazzjoni ġiet sussegwentement ippubblikata mill-Ombudsman li ppubblika verżjoni emendata tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li kienet tinkludi l-korrezzjoni adottata bid-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>. Din il-verżjoni emendata tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> ssostitwiet id-deċiżjoni inizjali żbaljata tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Ir-rikorrenti ġiet għalhekk informata bit-trasparenza kollha b’din il-korrezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>168</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-assenza ta’ pubblikazzjoni ta’ rettifika la tikkostitwixxi żball u ħafna inqas falsifikazzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Għalhekk, l-ilment magħmul mir-rikorrenti għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-lista ta’ kandidati xierqa</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>169</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti essenzjalment tikkritika lill-Ombudsman talli ma rrikonoxxiex bħala każ ta’ amministrazzjoni ħażina l-fatt li l-Parlament ma kienx ippubblika isimha f’Il-Ġurnal Uffiċjali inkwantu kandidat li għadda mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, filwaqt li l-Parlament kien aċċetta, fil-<DATE ISO="20030225">25 ta’ Frar 2003</DATE>, ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman li jippubblika l-ismijiet tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>170</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li din l-assenza ta’ pubblikazzjoni ma ġietx ikkritikata espliċitament mir-rikorrenti fl-ilment. Konsegwentement, l-Ombudsman ma setax, abbażi ta’ dak l-ilment, ikun obbligat li jinvestiga eventwali każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>171</NO.P><TXT>Barra minn hekk, wara mistoqsija bil-miktub tal-Qorti Ġenerali, l-Ombudsman ipproduċa r-rakkomandazzjoni li huwa kien indirizza lill-Parlament, fil-<DATE ISO="20021211">11 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li kienet tirrigwarda l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-ismijiet tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjonijiet kif ukoll l-ittra tal-President tal-Parlament, tal-<DATE ISO="20030225">25 ta’ Frar 2003</DATE>, li permezz tagħha ġiet aċċettata din ir-rakkomandazzjoni. Mill-imsemmija rakkomandazzjoni jirriżulta li din tirrigwarda l-kompetizzjonijiet ta’ wara l-adozzjoni tagħha u li l-kandidati għandhom jiġu informati fl-avviż ta’ kompetizzjoni bil-fatt li l-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu ser ikunu ppubblikati.</TXT></NP><NP><NO.P>172</NO.P><TXT>Peress li l-kompetizzjoni li għaliha pparteċipat ir-rikorrenti kienet ġiet ippubblikata fit-<DATE ISO="19990302">2 ta’ Marzu 1999</DATE>, jiġifieri qabel mal-Parlament aċċetta r-rakkomandazzjoni msemmija iktar ’il fuq u peress li l-avviż ta’ kompetizzjoni tal-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 ma kienx jispeċifika li l-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu kienu ser jiġu ppubblikati, l-Ombudsman ma setax jikkritika lill-Parlament talli ma onorax ir-rakkomandazzjoni tiegħu li huwa kien aċċetta fil-<DATE ISO="20030225">25 ta’ Frar 2003</DATE>. Li kieku l-Ombudsman qies li l-Parlament kien wettaq att ta’ amministrazzjoni ħażina meta ma ppubblikax isem ir-rikorrenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali wara li dan tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, huwa ma kienx ikun qed iħares l-osservanza ta’ wieħed mir-rekwiżiti li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tiegħu, jiġifieri li l-kandidati kollha kellhom jiġu informati, fl-avviż ta’ kompetizzjoni, bil-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu.</TXT></NP><NP><NO.P>173</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett u mill-bqija, il-Qorti Ġenerali tosserva li l-ismijiet tat-22 il-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 ma ġewx ippubblikati fIl-Ġurnal Uffiċjali. Ir-rikorrenti ma tipproponi l-ebda argument li jiġġustifika li hija għandha tingħata pubbliċità ikbar minn dik li minnha bbenefikaw it-22 il-kandidati l-oħra li għaddew. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kemm il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll it-trattament xieraq rikjest mir-rikorrenti nnifisha fl-ilment jimplikaw li, l-istess bħall-kandidati l-oħra li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni, il-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat minn din il-kompetizzjoni u li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti ma tiġix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="28"?><NP><NO.P>174</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tqis li l-Ombudsman ma kienx żbaljat meta qies li l-Parlament ma kienx wettaq att ta’ amministrazzjoni ħażina meta ma ppubblikax isem ir-rikorrenti f’Il-Ġurnal Uffiċjali bħala kandidat li għadda mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>175</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq diversi żbalji meta bbaża ruħu fuq id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> biex juri li l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-Unjoni kellhom aċċess għall-informazzjoni dwar id-disponibbiltà tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>176</NO.P><TXT>Qabel kollox, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball meta ma vverifikax il-fondatezza tal-allegazzjoni tal-Parlament li tgħid li d-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> kien kunfidenzjali. Issa, skont ir-rikorrenti, dan id-dokument ma kienx kunfidenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>177</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Ombudsman kellu aċċess għall-verżjoni integrali tad-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> fil-kuntest tal-investigazzjoni tiegħu (ara r-rapport ta’ spezzjoni). Il-Parlament, madankollu talab li dan id-dokument jitqies kunfidenzjali, u l-Ombudsman aċċetta dan. Għalhekk, ir-rikorrenti ma kellhiex aċċess għall-imsemmi dokument matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għad-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> u tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>. Madankollu, matul din il-proċedura ġudizzjarja, l-Ombudsman ipproduċa verżjoni tad-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> li ċerti partijiet tiegħu ġew imħassra.</TXT></NP><NP><NO.P>178</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13.3 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni, il-lanjanti ma għandux aċċess għad-dokumenti jew għall-informazzjoni li l-Ombudsman jikseb mingħand l-istituzzjonijiet matul l-investigazzjoni tiegħu meta dawn jiġu identifikati bħala kunfidenzjali għall-attenzjoni tal-Ombudsman. L-Artikolu 10.1 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni jipprevedi li l-Ombudsman għandu jikklassifika lment bħala kunfidenzjali fuq talba tal-lanjanti. L-imsemmija dispożizzjonijiet ma jipprevedu l-ebda eċċezzjoni jew proċedura speċifika sabiex tiġi vverifikata l-fondatezza tat-talbiet għal trattament kunfidenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>179</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, l-Ombudsman ma għandux is-setgħa li jikkontesta t-talbiet tal-istituzzjonijiet sabiex ċerti dokumenti jew ċerta informazzjoni tiġi trattata b’mod kunfidenzjali fir-rigward tal-lanjanti bl-istess mod bħalma l-Ombudsman ma għandux is-setgħa li jikkontesta talba sabiex ilment ta’ lanjanti jingħata trattament kunfidenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>180</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Ombudsman ma wettaqx żball meta ma kkontestax it-talba sabiex id-dokumenti tal-Parlament jingħataw trattament kunfidenzjali.</TXT></NP><NP><NO.P>181</NO.P><TXT>Madankollu, meta f’deċiżjoni l-Ombudsman jibbaża l-evalwazzjoni tiegħu fuq elementi kunfidenzjali u meta lanjant jikkontesta l-legalità tal-imsemmija deċiżjoni quddiem il-qorti tal-Unjoni, l-Ombudsman ma jistax validament jinvoka, kontra l-ilmenti tal-lanjant, raġunijiet ibbażati fuq elementi kunfidenzjali li għalihom ma għandhomx aċċess il-lanjant u l-qorti. Fil-fatt, jekk l-Ombudsman jopponi l-komunikazzjoni ta’ kull jew parti minn dawn l-elementi minħabba li huma kunfidenzjali, il-qorti tal-Unjoni għandha tagħmel eżami tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata biss abbażi tal-elementi li ġew ikkomunikati lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, il‑Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Kadi, C‑584/10 P, C‑593/10 P u C‑595/10 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:518">EU:C:2013:518</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 127).</TXT></NP><NP><NO.P>182</NO.P><TXT>Wara dan, ir-rikorrenti tqis li, essenzjalment, l-Ombudsman wettaq żball meta, fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ibbaża l-evalwazzjoni tiegħu fuq id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, filwaqt li l-imsemmi dokument ma kienx jipprova li l-informazzjoni li tinsab f’dan id-dokument kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi kollha tal-Unjoni qabel jew wara l-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>183</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-ilment, ir-rikorrenti sempliċement tirrepeti l-illegalità allegata fil-punt 103 iktar ’il fuq billi tikklassifikaha mill-ġdid bħala żball manifest ta’ evalwazzjoni. Għar-raġunijiet esposti fil-punti 104 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, għandu jiġi ammess li l-Ombudsman wettaq illegalità meta bbaża ruħu<?PAGE NO="29"?> fuq id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> sabiex iqis li kien stabbilit li l-Parlament kien debitament informa lill-istituzzjonijiet lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni bit-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>184</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli żbaljatament ipprova jivverifika mal-istituzzjonijiet, mal-korpi u mal-organi l-oħra tal-Unjoni li l-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 kienet ġiet trażmessa lilhom, filwaqt li huwa nnifsu, fil-kwalità ta’ istituzzjoni, ma kienx jaf biha.</TXT></NP><NP><NO.P>185</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-investigazzjoni fuq l-ilment, ma jistax jitqies li l-Ombudsman wettaq żball meta investiga mal-Parlament dwar it-trażmissjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni. Fil-fatt, għandu, qabel kollox, jiġi osservat li l-investigazzjonijiet fuq l-ilment u r-reklutaġġ ta’ uffiċjali għad-dipartimenti tiegħu jikkostitwixxu żewġ funzjonijiet separati tal-Ombudsman u li huwa ma għandux jagħmel konnessjoni bejn l-ilmenti li fuqhom qed jinvestiga u l-assenza ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni rilevanti għar-reklutaġġ, jiġifieri, f’dan il-każ, it-tniżżil tar-rikorrenti f’lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni. Barra minn hekk u f’kull każ, għandu jitfakkar li l-Ombudsman għandu marġni ta’ diskrezzjoni dwar il-mod ta’ kif irid imexxi l-investigazzjoni tiegħu u li l-għażla tiegħu li l-ewwel jinvestiga mal-Parlament ma taqbiżx il-limiti ta’ dan il-marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>186</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, huwa ma jistax jiġi kkritikat talli investiga mingħajr ma l-ewwel ivverifika jekk, fil-kwalità tiegħu ta’ korp tal-Unjoni, kienx irċieva mingħand il-Parlament l-informazzjoni li tgħid li isem ir-rikorrenti kien tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Fil-fatt, minbarra l-fatt li l-Ombudsman għandu marġni ta’ diskrezzjoni fl-organizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tiegħu u jista’ għalhekk jagħżel liema aspett rilevanti huwa għandu jispezzjoni l-ewwel, għandu jiġi osservat li, anki li kieku l-Ombudsman kien irċieva din l-informazzjoni, dan mhux neċessarjament kien ikun suffiċjenti sabiex jintwera li anki l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni kienu rċevew l-imsemmija informazzjoni. Għaldaqstant, l-ilment tar-rikorrenti, miġbur fil-qosor fil-punt 184 iktar ’il fuq, huwa infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>187</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tqis li l-fatt li, fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman indika li l-ispezzjoni kienet ikkonfermat li l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tagħha kien intbagħat lill-Kunsill filwaqt li naqas li jispeċifika li dan kien intbagħat wara talba tagħha biex tipprova li l‑Kunsill ma kellux informazzjoni dwar il-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, minkejja li kien ko-organizzatur tal-imsemmija kompetizzjoni. Hija ssostni wkoll li l-fatt li hija rċeviet tweġiba negattiva għat-talba tagħha ta’ impjieg mal-Qorti tal-Awdituri Ewropea kien jimplika li din ma kellhiex informazzjoni dwar l-imsemmija lista. Fl-aħħar nett, hija tinvoka l-iskambju ta’ ittri tagħha mal-EPSO fl-2007 u tikkunsidra li minn dan ma jistax jiġi dedott li isimha kien tniżżel fil-lista tal-EPSO qabel is-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>. Hija tikkritika lill-Ombudsman talli ma kkonfrontax l-informazzjoni provenjenti mill-EPSO li hija kienet għaddietlu mal-allegazzjonijiet tal-Parlament ibbażati fuq id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>188</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet tar-rikorrenti jsostnu l-ilment tagħha bbażat fuq l-assenza ta’ prova ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi l-oħra tal-Unjoni tat-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, bil-konsegwenza li tivvizzja l-evalwazzjoni li l-Ombudsman għamel f’dan ir-rigward fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Peress li l-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi li l-Ombudsman wettaq illegalità f’dan ir-rigward (ara l-punti 104 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq), dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jaffettwawx is-soluzzjoni tal-kawża. Il-Qorti Ġenerali madankollu tosserva li l-fatt li l‑Kunsill talab il-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tar-rikorrenti wara talba min-naħa tagħha ma jipprova xejn fir-rigward tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kunsill tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm imniżżel isem ir-rikorrenti. Bl-istess mod, il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tirrispondi talba tar-rikorrenti billi tindika li ma kienx hemm pożizzjonijiet iddikjarati vakanti li jikkorrispondu għat-talba tagħha ma juri xejn fir-rigward tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm imniżżel isem ir-rikorrenti.</TXT></NP><?PAGE NO="30"?><NP><NO.P>189</NO.P><TXT>Il-ħames nett, sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball meta, fil-kuntest tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu, ma investigax fir-rigward tat-trażmissjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, dan l-ilment huwa sovrapost għal dak eżaminat fil-punti 153 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Fuq il-punt 2.2 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>190</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball meta fl-ittra tiegħu tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> huwa indika li qiegħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>jerġa jikkonferma li l-punt 2.2 tad-deċiżjoni [tiegħu kien] ibbażat fuq il-konstatazzjoni tal-Parlament, magħmula fl-opinjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20070320">20 ta’ Marzu 2007</DATE>, li l-lista ta’ kandidati xierqa [li rriżultat mill-Kompetizzjoni] EUR/A/151/98 [kienet] ġiet imxandra lid-[DĠ] kollha<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>. Fil-fatt, hija ssostni li b’dan il-mod l-Ombudsman indika li huwa ma kienx qed jibbaża ruħu fuq il-fajl ta’ investigazzjoni sabiex jiddeċiedi, iżda biss fuq allegazzjonijiet unilaterali tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>191</NO.P><TXT>Dan l-ilment tar-rikorrenti ma jistax jiġi milqugħ, għaliex, kif jindika l-Ombudsman, fil-punt 2.2 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, huwa sempliċement ippreżenta, mingħajr żball, il-pożizzjoni tal-Parlament. Huwa ma evalwax l-imsemmija pożizzjoni f’dan il-punt. Min-naħa l-oħra, sa fejn ir-rikorrenti tikkontesta l-assenza ta’ prova tat-trażmissjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 lid-DĠ kollha tal-Parlament, għandu jiġi osservat li dan l-ilment jingħaqad ma dak eżaminat fil-punti 134 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq u li r-rikorrenti kienet iġġustifikata meta osservat l-assenza ta’ prova tal-imsemmija trażmissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Fuq il-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>192</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball meta qies, fil-punt 2.6 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li l-għażla tad-data ta’ skadenza tal-validità ta’ lista ta’ kandidati xierqa kienet taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra. Hija ssostni li r-Regolamenti tal-Persunal ma jagħtux tali setgħa lill-Awtorità tal-Ħatra.</TXT></NP><NP><NO.P>193</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li minn qari flimkien tal-Artikoli 29 u 30 tar-Regolamenti tal-Persunal jirriżulta li hija l-Awtorità tal-Ħatra li għandha tiddetermina l-perijodu ta’ validità ta’ lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni. F’dan ir-rigward l-Awtorità tal-Ħatra għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandha tiġi eżerċitata fl-osservanza tal-prinċipji ġenerali, bħal prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ dmir ta’ motivazzjoni. Għaldaqstant, l-Ombudsman ma wettaqx żball meta qies li l-għażla tad-data ta’ skadenza tal-validità ta’ tali lista kienet deċiżjoni li taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>194</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli wettaq żball meta ma kkonstatax li d-deċiżjoni tal-Parlament li jestendi l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isimha kienet ivvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni, għandu jiġi osservat li, fl-ittra tiegħu tas-<DATE ISO="20070717">17 ta’ Lulju 2007</DATE>, il-Parlament speċifika li din l-estensjoni kienet ingħatat sabiex l-Ombudsman ikun jista’ jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, l-ilment tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud għaliex infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>195</NO.P><TXT>It-tielet nett, sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball meta ma investigax, wara l-estensjoni tal-validità tat-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, dwar id-diskriminazzjoni li saret fil-konfront tagħha meta mqabbla mal-kandidati l-oħra li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni f’dak li jirrigwarda t-tul tat-tniżżil ta’ isimhom fl-imsemmija lista, għandu jiġi osservat li dan l-ilment diġà tressaq fil-kuntest tal-ewwel motiv. Dan għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet esposti fil-punti 127 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>196</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball meta ma ħax azzjoni fir-rigward tal-ittra tagħha tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, fejn kienet indikatlu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>l-fatt li estenda [l-validità tal-]lista ta’ kandidati xierqa [li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98] biss bi [tliet] xhur (li xahrejn<?PAGE NO="31"?> minnhom kienu jaqgħu fil-perijodu tal-leave), [kien jikkonferma] id-diskriminazzjoni [li tagħha hija kienet vittma] minn xi snin ’il hawn, għaliex [kienet] użanza li l-validità tal-listi ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjonijiet ġenerali tiġi estiża għal perijodi ħafna itwal, u dan għall-benefiċċju, minn naħa, tal-kandidati li għaddew u, min-naħa l-oħra, tad-diversi istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis, qabel kollox li, peress li d-data ta’ din l-ittra u d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> huma qrib xulxin, ma jistax jiġi stabbilit b’ċertezza li l-Ombudsman seta’ jsir jaf b’din l-ittra qabel l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni. Barra minn hekk u f’kull każ, peress li l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni mqajma f’din l-ittra tirrigwarda l-estensjoni tat-terminu ta’ validità tal-listi ta’ kandidati xierqa, ilment f’dan ir-rigward seta’ jsir validament biss wara l-estensjoni effettiva tal-validità tal-lista li fuqha kien hemm imniżżel isem ir-rikorrenti (ara l-punt 132 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, dan huwa lment separat li jista’ jiġġustifika t-tressiq ta’ lment ġdid, iżda ma huwiex estensjoni tas-suġġett tal-investigazzjoni fuq l-ilment. L-Ombudsman għalhekk ma wettaq ebda żball meta ma investigax din l-allegata diskriminazzjoni fil-kuntest tal-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>197</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti tqis li, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman wettaq żball meta qies li l-Parlament ma kienx iddiskrimina kontriha meta mqabbla mal-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 f’dak li kien jirrigwarda d-determinazzjoni tal-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-imsemmija kompetizzjoni. Hija ssostni li, b’kuntrast mal-kandidati l-oħra li isimhom tniżżel fl-imsemmija lista fl-2001, li kienet valida sal-2007, isimha tniżżel biss fl-2005.</TXT></NP><NP><NO.P>198</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jkunux ittrattati b’mod differenti, sakemm differenzjazzjoni ma tkunx oġġettivament iġġustifikata (sentenzi tad-<DATE ISO="19771019">19 ta’ Ottubru 1977</DATE>, Ruckdeschel <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 117/76 u 16/77, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:160">EU:C:1977:160</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 7; tas-<DATE ISO="19801016">16 ta’ Ottubru 1980</DATE>, Hochstrass vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, 147/79, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:238">EU:C:1980:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 7, u tas-<DATE ISO="19900926">26 ta’ Settembru 1990</DATE>, Beltrante <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill, T‑48/89, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1990:50">EU:T:1990:50</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34). Għalhekk jirriżulta li jkun hemm ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni meta żewġ kategoriji ta’ persuni, li s-sitwazzjonijiet fattwali u legali tagħhom ma jkollhomx differenzi essenzjali, jiġu ttrattati b’mod differenti jew meta sitwazzjonijiet differenti jiġu ttrattati b’mod identiku (sentenza tas-<DATE ISO="19970416">16 ta’ April 1997</DATE>, Kuchlenz-Winter vs Il-Kummissjoni, T‑66/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:56">EU:T:1997:56</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55). Sabiex differenza fit-trattament tista’ tkun kompatibbli mal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni, din id-differenza għandha tkun iġġustifikata fuq il-bażi ta’ kriterju oġġettiv u raġonevoli u għandha tkun proporzjonata fid-dawl tal-għan imfittex minn din id-differenzjazzjoni (sentenza tat-<DATE ISO="20040302">2 ta’ Marzu 2004</DATE>, Di Marzio vs Il-Kummissjoni, T‑14/03, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:59">EU:T:2004:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 83).</TXT></NP><NP><NO.P>199</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 inħolqot fit-<DATE ISO="20010112">12 ta’ Jannar 2001</DATE>. F’din il-lista ġew inizjalment imniżżla l-ismijiet ta’ 22 il-kandidati li għaddew. Issa, kif ġie espost fil-punt 113 iktar ’il fuq, dawn it-22 il-kandidati inizjali li għaddew minn din il-kompetizzjoni kollha ġew irreklutati qabel il-<DATE ISO="20021231">31 ta’ Diċembru 2002</DATE>, ħlief għal kandidat wieħed li ġie rreklutat fl-<DATE ISO="20030601">1 ta’ Ġunju 2003</DATE>. Għalhekk, dawn il-kandidati inizjali li għaddew kollha bbenefikaw minn perijodu ta’ tniżżil ta’ isimhom fl-imsemmija lista ta’ kandidati xierqa ta’ minn tal-inqas sentejn, erba’ xhur u għoxrin ġurnata.</TXT></NP><NP><NO.P>200</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti inizjalment ma kinitx fost il-kandidati li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 li ismijiethom kienu tniżżlu fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-imsemmija kompetizzjoni li kienet inħolqot fit-<DATE ISO="20010112">12 ta’ Jannar 2001</DATE> u kkontestat dan b’suċċess quddiem il-Qorti Ġenerali (sentenza Staelen vs Il-Parlament, punt 6 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:52">EU:T:2003:52</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fis-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE>, isem ir-rikorrenti żdied fuq l-imsemmija lista. F’ittra tad-<DATE ISO="20050519">19 ta’ Mejju 2005</DATE>, il-Parlament informa lir-rikorrenti bil-fatt li isimha kien tniżżel f’din il-lista, li hija kienet l-uniku kandidat li għadda li ismu kien għadu jidher f’din il-lista u li l-lista inkwistjoni kellha tibqa’ fis-seħħ sal-<DATE ISO="20070601">1 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Madankollu, fis-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ir-rikorrenti ġiet informata bil-fatt li s-Segretarju Ġenerali tal-Parlament kien talab li tinbeda l-proċedura sabiex il-validità tal-lista inkwistjoni tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Fis-<?PAGE NO="32"?><DATE ISO="20070717">17 ta’ Lulju 2007</DATE>, ir-rikorrenti ġiet informata bl-adozzjoni tad-deċiżjoni li l-validità tal-lista inkwistjoni tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Għalhekk, isem ir-rikorrenti tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni għal sentejn, tliet xhur u erbatax il-ġurnata.</TXT></NP><NP><NO.P>201</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-perijodu li matulu isem ir-rikorrenti kien imniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, kien iqsar minn dak li minnu bbenefikaw il-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>202</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman qies li ma kienx hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina f’dak li jirrigwarda d-differenza allegata mir-rikorrenti bejn il-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, li minnu hija kienet ibbenefikat għat-tniżżil ta’ isimha u l-perijodu li minnu bbenefikaw, għat-tniżżil ta’ isimhom, il-kandidati li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni, minħabba li l-Parlament kien spjegalu li dawn il-kandidati l-oħra li għaddew kienu ġew irreklutati fis-sentejn ta’ wara l-pubblikazzjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, filwaqt li isem ir-rikorrenti kien tniżżel fuq din il-lista għal perijodu ta’ ftit iktar minn sentejn, jiġifieri perijodu itwal minn dak li matulu l-ismijiet tal-kandidati l-oħra li għaddew kienu mniżżla fl-imsemmija lista, u li din l-ispjegazzjoni tal-Parlament kienet konvinċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>203</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatti esposti fil-punti 199 sa 201 iktar ’il fuq, l-ispjegazzjoni mogħtija mill-Parlament kienet żbaljata u l-Ombudsman ma setax, abbażi ta’ din l-ispjegazzjoni, jqis li ma kienx hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>204</NO.P><TXT>Il-fatt li, matul investigazzjoni, spjegazzjoni mogħtija minn istituzzjoni lill-Ombudsman tista’ tidher konvinċenti, ma jeżentax lill-Ombudsman mir-responsabbiltà li jiżgura ruħu li l-fatti li fuqhom hija bbażata din l-ispjegazzjoni jkunu minnhom meta l-imsemmija spjegazzjoni tkun tikkostitwixxi l-unika bażi tal-konstatazzjoni tagħha ta’ assenza ta’ każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-imsemmija istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>205</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Ombudsman ma aġixxiex bid-diliġenza kollha meħtieġa meta kkonstata assenza ta’ każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament meta aċċetta l-ispjegazzjonijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tar-reklutaġġ tat-22 il-kandidat inizjali li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 mingħajr ma rċieva elementi li jikkonfermaw id-data tar-reklutaġġ ta’ kull wieħed minn dawn il-kandidati li għaddew u meta rriżulta li dawn l-ispjegazzjonijiet kienu infondati. Dan in-nuqqas ta’ diliġenza jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni fir-rigward tal-aġir tal-Ombudsman (ara l-punti 84 sa 86 iktar ’il fuq).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>Fuq il-qerda tal-fajl tar-rikorrenti</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>206</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti essenzjalment tqis li l-Ombudsman wettaq żbalji matul l-investigazzjonijiet tiegħu meta ma opponiex il-qerda, mill-Parlament, tal-fajl tagħha u meta kkunsidra li ma kienx neċessarju li jivverifika jekk il-Parlament kienx iġġustifikat meta ma qeridx biss id-data personali li tinsab fil-fajl tagħha iżda qered il-fajl kollu kemm hu.</TXT></NP><NP><NO.P>207</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti rċeviet, fil-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ittra mingħand id-Direttur Ġenerali tad-DĠ tal-persunal tal-Parlament li kienet tinformaha li l-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 kienet skadiet fil-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE> u li, jekk hija tixtieq, il-fajl ta’ kandidatura tagħha seta’ jinżamm għal perijodu ta’ sentejn u nofs, fil-każ ta’ eventwali tilwima dwar l-imsemmija kompetizzjoni. Skont l-Artikoli 2 u 4 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, li abbażi tiegħu kienet ġiet organizzata l-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, il-fajl ta’ kandidatura kellu jinkludi l-formola li kellha timtela minn kull persuna li tixtieq tapplika għal kompetizzjoni kif ukoll id-dokumenti jew l-informazzjoni addizzjonali mehmuża magħha. Fid-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-rikorrenti informat lill-Ombudsman bil-kontenut tal-ittra tal-<?PAGE NO="33"?><DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>. F’Marzu 2010, il-Parlament qered il-fajl kollu tar-rikorrenti relatat ma din il-kompetizzjoni, jiġifieri mhux biss il-fajl ta’ kandidatura, iżda wkoll il-fajl li kien jinkludi d-dokumenti miżjuda wara li l-kandidatura tagħha ġiet aċċettata. Fid-<DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, l-Ombudsman beda l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>. Fl-aħħar nett, fil-punt 86 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman qies dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>Il-Parlament [kien] qies li l-qerda ta’ dan il-fajl kienet konformi mal-politika ġenerali tiegħu f’dan il-qasam u kienet neċessarja sabiex josserva l-obbligi ġenerali tiegħu li jirriżultaw mir-regoli fil-qasam ta’ protezzjoni tad-data. Huwa [kien] ipprovda kopja tar-regoli inkwistjoni li minnhom [kien] jirriżulta li d-data dwar kandidati mhux irreklutati [kellha] tinqered sentejn u nofs wara li [tkun] skadiet il-validità tal-lista ta’ riżerva inkwistjoni. Il-Parlament [kien] barra minn hekk spjega għalfejn ma [kienx] jillimita ruħu għall-qerda tad-data personali dwar kandidat inkwistjoni li [kienet] tinsab fil-fajl, iżda [kien] jeqred il-fajl kollu kemm hu. L-Ombudsman [kien] osserva li l-mod kif il-Parlament [kien] tratta l-fajl tar-rikorrenti donnu [kien] konformi mal-approċċ ġenerali f’tali każijiet, jiġifieri li d-dokumenti inkwistjoni jinqerdu sentejn u nofs wara l-iskadenza tal-validità tal-listi ta’ riżerva inkwistjoni. Huwa [kien] iqis li [ma kienx hemm] lok li jiġi eżaminat, fil-każ preżenti, jekk il-Parlament [kienx] aġixxa b’mod korrett meta ma qeridx biss id-data personali tal-lanjanti, iżda wkoll il-fajl kollu kemm hu. Fil-fatt, li [kien] rilevanti fil-każ preżenti [kien] li mill-informazzjoni pprovduta mill-Parlament [kien] jirriżulta li dan tal-aħħar ma [kellu] l-ebda kopja tal-ittri u tal-posta elettronika li jinformaw lill-istituzzjonijiet u lill-korpi l-oħra tal-Unjoni bil-fatt li isem il-lanjanti [kien] ġie miżjud fil-lista ta’ riżerva inkwistjoni li kienet teżisti preċedentement. Ma [kien] hemm xejn li [kien] jissuġġerixxi li l-Parlament [kien] qered il-fajl inkwistjoni sabiex jeqred provi.<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>208</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli ma opponiex il-qerda, mill-Parlament, tal-fajl tagħha, għaliex, skontha, din il-qerda kienet tagħmel impossibbli t-tkomplija tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>209</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-atti tal-proċess ta’ din il-kawża ma jirriżultax li r-rikorrenti nnifisha opponiet il-qerda tal-fajl tagħha, minkejja li hija setgħet tagħmel dan. Iktar minn hekk, fl-ittra tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman ġie informat biss bil-qerda tal-fajl ta’ kandidatura tar-rikorrenti u mhux tal-fajl kollu. Issa, fid-dawl tal-kontenut tal-fajl ta’ kandidatura, ir-rikorrenti ma esponietx sa fejn dan seta’ jkun ta’ xi utilità sabiex tintwera t-trażmissjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, lill-istituzzjonijiet, lill-korpi jew lill-organi tal-Unjoni. Fid-dawl tal-kontenut tal-imsemmi fajl, l-assenza ta’ turija tar-rilevanza tiegħu min-naħa tar-rikorrenti, u l-fatt li ma huwiex paċifiku li l-Ombudsman kien jaf li l-fajl kollu tar-rikorrenti kien ser jinqered u mhux biss il-fajl ta’ kandidatura tagħha, dan tal-aħħar ma jistax jiġi kkritikat talli ma opponiex din il-qerda.</TXT></NP><NP><NO.P>210</NO.P><TXT>Barra minn hekk u f’kull każ, ir-rikorrenti ma wrietx li, teoretikament, kien biss il-fajl tagħha għand l-Parlament li kien jippermetti li jintwera li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni kienu ġew informati bit-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Kif jindika l-Ombudsman, kienu disponibbli sorsi oħra ta’ informazzjoni fosthom, b’mod partikolari, għand il-Kunsill. Madankollu, ir-rikorrenti kienet opponiet li l-Ombudsman jinvestiga ma dawn l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni (ara l-punti 153 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq). Fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Ombudsman għandu fl-organizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tiegħu u ta’ eventwali sorsi oħra, l-assenza ta’ oppożizzjoni mill-Ombudsman għall-qerda tal-fajl tar-rikorrenti mill-Parlament ma hijiex biżżejjed sabiex jintwera aġir illegali min-naħa tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>211</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qies li ma kienx neċessarju li jivverifika jekk il-Parlament kienx iġġustifikat meta qered il-fajl tagħha kollu kemm hu, meta kien manifest li din il-qerda kienet irregolari.</TXT></NP><?PAGE NO="34"?><NP><NO.P>212</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, dan tal-aħħar ma wettaqx żbalji meta qies li ma kienx importanti li jagħmel investigazzjonijiet fuq il-qerda tal-fajl kollu kemm hu tar-rikorrenti mill-Parlament. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 43 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-għan tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> kien li jinforma lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni bit-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, il-perijodu ta’ validità ta’ din il-lista u l-ugwaljanza fit-trattament tar-rikorrenti u tal-kandidati l-oħra li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni f’dak li jirrigwarda l-perijodu ta’ validità tal-imsemmija lista.</TXT></NP><NP><NO.P>213</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Ombudsman setgħa validament ma jinvestigax, fil-kuntest tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu, dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-Parlament kienx iġġustifikat meta qered il-fajl tar-rikorrenti kollu kemm hu.</TXT></NP><NP><NO.P>214</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti tikkritika speċifikament lill-Ombudsman talli ma investigax dwar il-qerda illegali tad-data personali tagħha, kif jindika l-Ombudsman fil-kontroreplika, ir-rikorrenti ma għamlitx tali lment fl-istadju tar-rikors. Issa, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 44(1)(ċ), flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li r-rikors promotur għandu jindika s-suġġett tal-kawża u għandu jkollu sunt tal-motivi mressqa u li ebda motiv ġdid ma jista’ jiġi ppreżentat fil-mori tal-kawża sakemm dan il-motiv ma jkunx ibbażat fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi li joħorġu matul il-proċedura. Madankollu, motiv jew argument, li jikkostitwixxi l-estensjoni ta’ motiv imressaq preċedentement, direttament jew impliċitament, fir-rikors promotur u li jkunu marbuta mill-qrib ma’ dan il-motiv għandu jiġi ddikjarat ammissibbli (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20070314">14 ta’ Marzu 2007</DATE>, Aluminium Silicon Mill Products vs Il-Kunsill, T‑107/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:85">EU:T:2007:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dan il-każ, l-imsemmi lment ma jikkostitwixxix estensjoni ta’ lment eżistenti. Għaldaqstant, dan l-ilment għandu jiġi miċħud għaliex inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>215</NO.P><TXT>Barra minn hekk u f’kull każ, matul l-investigazzjonijiet imwettqa f’dan il-każ mill-Ombudsman, ir-rikorrenti qatt ma għamlet tali lment mal-Ombudsman. Fl-ittra tagħha tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-rikorrenti ma opponietx il-qerda tal-fajl ta’ kandidatura tagħha kif imħabbra fl-ittra tal-Parlament tal-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Ir-rikorrenti lanqas ma lmentat dwar tali illegalita mal-Ombudsman wara d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> jew matul l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu. Għalhekk, l-Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma investigax dwar din il-kwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>Fuq it-tweġiba għall-ittra tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>216</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli injora l-fatt li l-Parlament ma kienx wieġeb għall-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE> li permezz tagħha hija talbet estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>217</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi osservat li, fl-ittra tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, il-Parlament indika espliċitament li din l-ittra kienet tikkostitwixxi tweġiba għall-ittra tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>. Barra minn hekk, fil-punt 81 tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman ittratta espliċitament il-kwistjoni tat-tweġiba għall-ittra tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>. Għalhekk huwa ma jistax jiġi akkużat li injora s-suġġett tat-tweġiba tal-Parlament għall-ittra tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>. Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li r-rikorrenti kisbet estensjoni, sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>, tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>218</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ilment ibbażat fuq l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni mill-Ombudsman tal-fatt li l-Parlament ma kienx wieġeb l-ittra tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE> għandu jiġi miċħud għaliex infondat.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="35"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Fuq l-assenza ta’ investigazzjoni dwar l-oppożizzjoni tal-Parlament għall-ħatra tagħha</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>219</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli ma investigax dwar l-oppożizzjoni tal-Parlament għall-ħatra tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>220</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fl-ilment, ir-rikorrenti indikat li, peress li hija kienet l-unika kandidata li għaddiet mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 li isimha kien tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa tal-imsemmija kompetizzjoni li ma ġietx maħtura, minn dan hija tiddeduċi li kienet vittma ta’ aġir vendikattiv min-naħa tal-Parlament. Hija enfasizzat li ħbieb uffiċjali li jaħdmu fl-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, li ma setgħetx issemmi isimhom għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, kienu kkonfermaw is-suspetti tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>221</NO.P><TXT>L-Ombudsman iddeċieda, wara l-ilment, li jinvestiga dwar it-trattament tal-fajl tar-rikorrenti wara l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u fuq in-natura ġusta tat-trattament li kellu jingħata lir-rikorrenti fil-kuntest tal-mili ta’ pożizzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>222</NO.P><TXT>Dan l-approċċ ma huwiex ivvizzjat b’illegalità. Fil-fatt, peress li l-allegazzjoni tal-aġir vendikattiv tal-Parlament hija msejsa fuq deduzzjoni u fuq allegazzjonijiet minn sorsi mhux identifikati, huwa kellu jinvestiga l-fatti li wasslu għal din id-deduzzjoni u għal dawn l-allegazzjonijiet. Issa, l-Ombudsman għamel dan meta ddefinixxa s-suġġett tal-investigazzjoni fuq l-ilment.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>223</NO.P><TXT>Mill-eżami tat-tieni motiv jirriżulta li, minbarra l-illegalitajiet stabbiliti fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel motiv, l-Ombudsman naqas milli josserva l-obbligu ta’ diliġenza meta bbaża ruħu fuq sempliċi dikjarazzjoni tal-Parlament dwar il-perijodu li matulu l-ismijiet tal-kandidati li għaddew kienu mniżżla fil-lista ta’ kandidati xierqa (ara l-punt 205 iktar ’il fuq). Il-konsegwenza ta’ dan in-nuqqas ta’ diliġenza kienet li l-Ombudsman żbaljatament ikkunsidra bħala minnhom ċerta fatti u, għaldaqstant, żbaljatament ikkonkluda li ma kienx hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq l-illegalitajiet minħabba l-assenza ta’ imparzjalita, ta’ oġġettività u ta’ indipendenza kif ukoll il-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman u użu ħażin ta’ poter</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>224</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li, fil-kuntest tal-investigazzjonijiet inkwistjoni f’dan il-każ, l-Ombudsman kien ħati ta’ assenza ta’ imparzjalita, ta’ oġġettività u ta’ indipendenza, kien in <HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> u wettaq użu ħażin ta’ poter.</TXT></NP><NP><NO.P>225</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti għandha dubji dwar ir-regolarità tal-ftehim ta’ kooperazzjoni tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> konkluż bejn il-Parlament u l-Ombudsman (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>ftehim ta’ kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>) u dwar l-effett ta’ dan il-ftehim fuq it-trattament indipendenti u oġġettiv tal-ilment.</TXT></NP><NP><NO.P>226</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrenti ma tesponix bi preċiżjoni suffiċjenti l-portata tal-ilment tagħha. Sempliċi mistoqsija ma hijiex biżżejjed sabiex tispjega r-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li l-Ombudsman ma huwiex indipendenti fir-rigward tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>227</NO.P><TXT>L-unika allegazzjoni suffiċjentement preċiża tar-rikorrenti dwar il-ftehim ta’ kooperazzjoni hija dik li tgħid li l-Ombudsman ma kellux l-indipendenza meħtieġa minħabba s-sostenn mogħti lilu, abbażi ta’ dan il-ftehim, mid-dipartiment legali tal-Parlament fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>228</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 8 tal-ftehim ta’ kooperazzjoni jipprevedi l-possibbiltà ta’ kooperazzjoni fil-qasam ġuridiku bejn l-Ombudsman u l-Parlament. Madankollu, ir-rikorrenti ma tipprovdi l-ebda ħjiel ta’ prova li l-Ombudsman uża din il-possibbiltà f’dan il-każ. B’mod partikolari, hija ma tipprovdi l-ebda<?PAGE NO="36"?> indizju li juri li fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta’ investigazzjoni l-Ombudsman ibbenefika mis-sostenn tad-dipartiment legali tal-Parlament. Għaldaqstant, l-ilment tar-rikorrenti li jgħid li l-Ombudsman ma kellux l-indipendenza meħtieġa minħabba l-imsemmi ftehim għandu jiġi miċħud għaliex infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>229</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman hija r-rieda ta’ dan tal-aħħar li jipproteġi lill-Parlament, rieda li tirriżulta kemm mill-ittra tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> kif ukoll minn dik tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE> li fihom jissemma l-punt 2.5 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, bl-eċċezzjoni tas-silta żbaljata, li jgħid li fl-opinjoni tiegħu l-Parlament kien diġà indika li l-lista ta’ kandidati xierqa li tindika d-disponibbiltà tar-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>230</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> l-Ombudsman indika, b’mod żbaljat, li mill-opinjoni tal-Parlament kien jirriżulta li l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet oħra (ara l-punt 102 iktar ’il fuq). Madankollu, l-ommissjonijiet indikati mir-rikorrenti fir-rigward tal-ittri tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE> u tal-<DATE ISO="20100310">10 ta’ Marzu 2010</DATE> ma kinux ommissjonijiet moħbija, peress li fiċ-ċitazzjoni l-ommissjoni hija ssostitwita b’punti sospensivi. Fl-aħħar nett, fiż-żewġ ittri, l-Ombudsman ifakkar il-kontenut tal-evalwazzjoni tiegħu esposta fil-punt 2.5 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> sa fejn din tirrigwarda l-ispezzjoni u mhux l-opinjoni tal-Parlament. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, l-ommissjonijiet imsemmija mir-rikorrenti ma jurux il-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> jew il-parzjalità tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>231</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti tqis li l-fatt li l-Ombudsman qatt ma eżiġa li l-Parlament jipproduċi l-prova li l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u li kkuntenta ruħu bid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, jikkostitwixxi indizju ta’ soġġettività u ta’ kollużjoni. Madankollu, il-fatt li l-Ombudsman ma wettaqx korrettament l-investigazzjoni tiegħu dwar il-prova tat-trażmissjoni tal-imsemmija lista lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni (ara l-punti 103 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq) ma jikkostitwixxix, fih innifsu, indizju ta’ soġġettività jew ta’ kollużjoni bejn il-Parlament u l-Ombudsman. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma turix li dan in-nuqqas kien intenzjonali. Din l-evalwazzjoni tgħodd ukoll fir-rigward tan-nuqqas imwettaq mill-Ombudsman minħabba l-assenza ta’ prova tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tad-DĠ l-oħra tal-Parlament ta’ din il-lista.</TXT></NP><NP><NO.P>232</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, għar-raġunijiet esposti fil-punti 168 u 179 iktar ’il fuq, l-Ombudsman ma wettaq l-ebda żball meta ma ppubblikax rettifika tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> u meta invoka l-kunfidenzjalità ta’ ċerti dokumenti prodotti mill-Parlament. Għaldaqstant, dawn l-elementi ma jistgħux jiġu invokati sabiex jintwera li l-Ombudsman kien parzjali jew li kkolluda mal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>233</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti tallega li l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman toħroġ mill-fatt li huwa injora s-sejħiet tagħha, dawk ta’ P. u dawk ta’ W. u kien biss wara tliet snin li fetaħ investigazzjoni ġdida. Madankollu, ma jistax jitqies li l-Ombudsman injora l-imsemmija sejħiet, peress li huwa fetaħ investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> b’konsegwenza tagħhom. Barra minn hekk, anke jekk kellu jitqies li din l-investigazzjoni ma nfetħitx f’terminu raġonevoli, xorta jibqa’ l-fatt li din il-kunsiderazzjoni ma hijiex biżżejjed biex jiġi pprovat li l-Ombudsman aġixxa in <HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>234</NO.P><TXT>Is-sitt nett, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman kien jaf li d-deċiżjoni tiegħu li jiftaħ investigazzjoni ġdida f’Lulju 2010 ma kienx ser tkun suċċess, peress li kien jaf li l-Parlament kien qered id-data kollha dwar il-fajl tagħha f’Marzu 2010. Fl-opinjoni tagħha, l-investigazzjoni l-ġdida kienet għalhekk sempliċi tentattiv sabiex tinħeba n-negliġenza manifesta li kien hemm fit-tmexxija tal-ewwel investigazzjoni u turi l-parzjalità flagranti tal-Ombudsman favur il-Parlament.</TXT></NP><?PAGE NO="37"?><NP><NO.P>235</NO.P><TXT>Dawn l-ilmenti huma infondati. Fil-fatt, għar-raġunijiet esposti fil-punti 206 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, ir-rikorrenti la turi li l-Ombudsman kien jaf li l-Parlament kien ser jeqred il-fajl tagħha kollu kemm hu u lanqas li l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman ma kienx ser ikollha suċċess. Konsegwentement, dawn l-elementi ma jippermettux li tiġi kkonstatata l-intenzjoni li tinħeba negliġenza manifesta jew li tintwera parzjalità min-naħa tal-Ombudsman fir-rigward tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>236</NO.P><TXT>Is-seba’ nett, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman aġixxa in <HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> u pprova jaħbi l-ħtija tiegħu meta ddeċieda, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, li ma kienx hemm każ ta’ amministrazzjoni ħażina, meta aċċetta d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament u meta rrifjuta li jistaqsi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li, f’dan il-każ, il-fatt li l-Ombudsman żbaljatament aċċetta d-dikjarazzjonijiet tal-Parlament ma jurix suffiċjentement skont il-liġi l-eżistenza tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman jew ir-rieda ta’ dan tal-aħħar li jaħbi l-ħtija tiegħu. Bl-istess mod, lanqas il-fatt li, f’dan il-każ, l-Ombudsman irrifjuta li jkompli l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> wara li r-rikorrenti rrifjutat li tikkollabora f’din l-investigazzjoni (ara l-punti 153 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq), ma jikkostitwixxi prova tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman jew li pprova jaħbi xi ħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>237</NO.P><TXT>It-tmien nett, ir-rikorrenti tqis li l-fatt li rċeviet, ġimgħa qabel id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ittra li kienet tħabbrilha l-modalitajiet tal-qerda tad-data relatata mal-fajl ta’ kandidatura tagħha, jagħti x’jifhem li l-Parlament kien, qabilha, sar jaf bl-imsemmija deċiżjoni. Il-Qorti Ġenerali tqis li tali spekulazzjonijiet ma jippermettux li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ kollużjoni bejn il-Parlament u l-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>238</NO.P><TXT>Id-disa’ nett, ir-rikorrenti tallega li l-Ombudsman aġixxa b’mod kontradittorju sa fejn, minn naħa, huwa aċċetta immedjatament li l-EPSO jamministra l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti fid-database tiegħu u, min-naħa l-oħra, huwa rrifjuta l-pubblikazzjoni tal-imsemmija lista f’Il-Ġurnal Uffiċjali, għaliex ma kienx jixraq li r-regola fil-qasam tal-pubblikazzjoni tiġi applikata retroattivament. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrenti ma spjegatx suffiċjentement ir-raġunijiet li għalihom hija kienet tqis li dan l-approċċ kien kontradittorju. Barra minn hekk u f’kull każ, anki jekk tali approċċ kellu jirriżulta kontradittorju, dan ma huwiex biżżejjed sabiex juri l-eżistenza ta’ kollużjoni bejn il-Parlament u l-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>239</NO.P><TXT>L-għaxar nett, ir-rikorrenti tirrepeti l-ilmenti tagħha dwar il-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, jiġifieri, minn naħa, li faħħar lill-Parlament talli estenda l-validità ta’ din il-lista mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-assenza ta’ tweġiba minn dan tal-aħħar għat-talba tagħha ta’ estensjoni u, min-naħa l-oħra, l-assenza ta’ investigazzjoni, mill-Ombudsman, fir-rigward tal-allegata diskriminazzjoni bejn is-sitwazzjoni tar-rikorrenti u dik tal-kandidati l-oħra li għaddew mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, sabiex minnhom tiddeduċi l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> jew il-parzjalità tal-Ombudsman. Fir-rigward ta’ dawn l-ilmenti, għandu jitfakkar li, għar-raġunijiet esposti fil-punti 125 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, ir-rikorrenti kienet żbaljata li tallega li l-Parlament ma kienx irrispondiha. Barra minn hekk, fir-rigward tad-diskriminazzjoni, il-ħtija mwettqa (ara l-punti 197 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq) ma hijiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> jew il-parzjalità tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>240</NO.P><TXT>Il-ħdax nett, ir-rikorrenti tqis li huwa suspettuż ħafna li l-Ombudsman ma jipproduċix l-ittra li huwa bagħat lill-Parlament fl-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE> u t-tweġiba tal-Parlament tal-<DATE ISO="20070531">31 ta’ Mejju 2007</DATE> li jirrigwardaw l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 li fuqha kien hemm imniżżel isimha. Peress li l-Ombudsman ipproduċa dawn id-dokumenti fil-kontroreplika, l-imsemmi lment ma għadx għandu skop.</TXT></NP><NP><NO.P>241</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-fatt li, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110531">31 ta’ Mejju 2011</DATE>, l-Ombudsman żnatura s-sens tal-ittra tal-Parlament tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE> billi ddikjara li dan kien informah bid-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 jikkostitwixxi indizju tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman u tal-eżistenza ta’ kollużjoni bejn dan tal-aħħar u l-Parlament.</TXT></NP><?PAGE NO="38"?><NP><NO.P>242</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fl-ittra tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, ir-rappreżentant tal-Parlament indika li l-ittra tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, li permezz tagħha talbet l-estensjoni tal-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, kienet ingħaddietlu biex jirrispondiha u li kien iddedikalha l-attenzjoni kollha tiegħu. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Parlament indika lir-rikorrenti li, fuq talba tal-Ombudsman u fl-istennija tar-riżultati tal-eżami tal-fajl minn dan tal-aħħar, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament kien talab lid-dipartimenti tiegħu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>jibdew il-proċedura sabiex [il-validità] tal-[imsemmija lista ta’ kandidati xierq] tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE><QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>243</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman qies dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-Parlament kellux jofri tweġiba espliċita għall-ittra tal-lanjanti tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>, għandu jitfakkar li f’din l-ittra, il-lanjanti talbet lill-Parlament jestendi l-validità tal-lista ta’ riżerva inkwistjoni. L-Ombudsman iqis li huwa evidenti li amministrazzjoni tajba tirrikjedi li l-Parlament jirrispondi din l-ittra. Eżami fid-dettall tas-sottomissjonijiet magħmula fl-[ilment], juri madankollu li tali tweġiba kienet intbagħtet. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE>, il-Parlament informa lill-lanjanti li, fuq talba tal-Ombudsman, kien iddeċieda li jestendi l-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ riżerva inkwistjoni sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Kopja ta’ din l-ittra ntbagħtet lill-Ombudsman mil-lanjanti fit-<DATE ISO="20070608">8 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Għaldaqstant, [ma jista’] jiġi kkonstatat l-ebda każ ta’ amministrazzjoni ħażina f’dak li jirrigwarda dan l-aspett tal-każ.<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>244</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, huwa manifest li l-ittra tal-Parlament tas-<DATE ISO="20070606">6 ta’ Ġunju 2007</DATE> tikkostitwixxi tweġiba għall-ittra tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE>. Sussegwentement, għandu jiġi rrilevat li, f’din l-ittra, ir-rikorrenti ġiet informata bil-bidu tal-proċedura sabiex il-validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Peress li din l-inizjattiva kienet toriġina mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament, li kienet timplika l-kunsens ta’ dan tal-aħħar għal tali estensjoni u peress li ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti, din tal-aħħar kellha tifhem li l-validità tal-imsemmija lista kellha tiġi estiża sal-<DATE ISO="20070831">31 ta’ Awwissu 2007</DATE>. Għaldaqstant, din l-ittra la tikkostitwixxi indizju tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT> tal-Ombudsman u lanqas indizju tal-eżistenza ta’ kollużjoni bejn dan tal-aħħar u l-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>245</NO.P><TXT>It-tnax-il nett, ir-rikorrenti tqis li l-fatt li l-Ombudsman wieġeb fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, jiġifieri ftit wara li hija għarrfet, fis-<DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>, lill-Presidenza Franċiża tal‑Kunsill bir-rekriminazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-Ombudsman, għall-ittri tagħha tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE> u tal-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE> jikkostitwixxi indizju tal-eżistenza ta’ kollużjoni bejn l-Ombudsman u l-Parlament li rċieva mistoqsijiet mill-imsemmija Presidenza Franċiża. Dan l-ilment huwa infondat. Fil-fatt, matul is-seduta r-rikorrenti kkonfermat li dan il-fatt ma kienx jikkostitwixxi prova tal-eżistenza ta’ tali kollużjoni. Barra minn hekk, it-tweġiba tal-Ombudsman għall-ittri tar-rikorrenti ftit wara li saru mistoqsijiet lill-Parlament, li r-rikorrenti tikklassifika biss bħala probabbli, ma tikkostitwixxix indizju tal-eżistenza ta’ kollużjoni bejn l-Ombudsman u l-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>246</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-diversi elementi prodotti mir-rikorrenti, kemm jekk ikkunsidrati separatament jew flimkien, ma jippermettux li tintwera l-<HT TYPE="ITALIC">mala fides</HT>, il-parzjalità u approċċ soġġettiv tal-Ombudsman. Bl-istess mod, id-diversi argumenti magħmula mir-rikorrenti, kemm jekk ikkunsidrati separatament jew flimkien, ma jippermettux li tintwera l-eżistenza ta’ kollużjoni bejn l-Ombudsman u l-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>247</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tallega użu ħażin ta’ poter, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ użu ħażin ta’ poter għandu portata preċiża fid-dritt tal-Unjoni u jirrigwarda s-sitwazzjoni fejn awtorità amministrattiva tuża l-poteri tagħha għal għan li ma jkunx dak li għalih ingħatawlha l-poteri. Deċiżjoni tkun ivvizzjata b’użu ħażin ta’ poter biss jekk din tkun tidher, fuq il‑bażi ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u uniformi, li tkun ittieħdet sabiex jintlaħqu għanijiet li ma jkunux dawk iddikjarati (sentenzi tal-<DATE ISO="19970625">25 ta’ Ġunju 1997</DATE>, Italie vs Il-Kummissjoni, C‑285/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:313">EU:C:1997:313</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 52, u tat-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE>, Du Pont de Nemours (France) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, T‑31/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:167">EU:T:2013:167</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 334).</TXT></NP><?PAGE NO="39"?><NP><NO.P>248</NO.P><TXT>Ebda wieħed mill-argumenti magħmula mir-rikorrenti iktar ’il fuq ma jippermetti li jiġi kkonstatat, fuq il-bażi ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u uniformi, li l-Ombudsman adotta d-deċiżjonijiet tiegħu biex jaħbi l-illegalitajiet allegatament imwettqa minnu u dawk allegatament imwettqa mil-Parlament fil-kuntest tal-ġestjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>249</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fuq l-illegalitajiet imwettqa minħabba l-ksur tal-prinċipji ta’ premura u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, ta’ terminu raġonevoli, tal-Artikoli 14 u 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>250</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti tallega li, fl-investigazzjonijiet inkwistjoni f’dan il-każ, l-Ombudsman kiser il-prinċipji ta’ premura u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, ta’ terminu raġonevoli, l-Artikoli 14 u 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba kif ukoll l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>251</NO.P><TXT>L-ilmenti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv ibbażati fuq in-negliġenza tal-Ombudsman fl-investigazzjonijiet inkwistjoni, fuq il-ħabi tal-iżbalji tiegħu u fuq l-assenza ta’ verifika tal-kunfidenzjalità allegata jissovraponu ruħhom għal dawk magħmula fil-kuntest tal-ewwel tliet motivi. Għalhekk, għandu jsir riferiment għall-evalwazzjoni ta’ dawn l-ilmenti magħmula fil-kuntest tal-eżami tal-imsemmija motivi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq it-terminu raġonevoli</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>252</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat ksur ta’ terminu raġonevoli, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kull persuna għandha d-dritt li l-każ tagħha jiġi ttrattat fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni. Barra minn hekk, ġie deċiż li meta t-tul ta’ proċedura ma jkunx stabbilit permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, in-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> taż-żmien meħud mill-istituzzjoni sabiex tadotta l-att inkwistjoni għandha tiġi evalwata skont iċ-ċirkustanzi kollha speċifiċi għal kull każ u, b’mod partikolari, l-importanza tat-tilwima għall-persuna kkonċernata, il-kumplessità tal-kawża u l-aġir tal-partijiet inkwistjoni. Għalhekk, in-natura raġonevoli ta’ terminu ma tistax tiġi stabbilita b’riferiment għal limitu massimu speċifiku, stabbilit b’mod astratt, iżda għandha tiġi evalwata f’kull każ speċifiku skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, De Nicola vs BEI, T‑264/11 P, ĠabraSP, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:461">EU:T:2013:461</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>253</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti tqis li l-Ombudsman kiser l-obbligu li huwa għandu li jitratta każ f’terminu raġonevoli, minn naħa, billi stenna kważi tliet snin wara d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> sabiex jirrikonoxxi li kien għadu neċessarju li jingħataw ċerti kjarifiki u, min-naħa l-oħra, billi ħa iktar minn erba’ snin biex jagħlaq definittivament il-fajl. Barra minn hekk, hija tikkritika lill-Ombudsman talli r-risposti tiegħu għal ċerti ittri ngħataw f’terminu mhux raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>254</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-ilment, għandha ssir distinzjoni, minn naħa, bejn il-perijodu mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> sal-bidu tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li matulu r-rikorrenti kienet għamlet diversi domandi lill-Ombudsman (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>ewwel perijodu<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>) u, min-naħa l-oħra, il-perijodu mill-bidu tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, sal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE> li għalqet din l-investigazzjoni (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>tieni perijodu<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>). Fil-fatt, l-evalwazzjoni tal-osservanza ta’ terminu raġonevoli mill-Ombudsman ma għandhiex tiġi evalwata abbażi tal-fondatezza tal-motivi invokati mill-partijiet f’diversi atti, iżda abbażi tal-mod ta’ kif żvolġew il-proċeduri li wasslu għall-adozzjoni tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="40"?><NP><NO.P>255</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel perijodu ma jirrigwardax proċedura <HT TYPE="ITALIC">strictu sensu</HT>, iżda diversi domandi min-naħa tar-rikorrenti lill-Ombudsman li għalihom huwa kellu jirrispondi f’terminu raġonevoli. Min-naħa l-oħra, it-tieni perijodu jirrigwarda proċedura ta’ investigazzjoni li twassal għal deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>256</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel perijodu, ir-rikorrenti talbet, fl-<DATE ISO="20080124">24 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni għaliex fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> l-Ombudsman ma kienx wieġeb u ħa inkunsiderazzjoni elementi li jinsabu fl-ittra tagħha tad-<DATE ISO="20071019">19 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Fl-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, l-Ombudsman wieġeb dawn l-ittri billi rrifjuta t-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni. Għalhekk, l-Ombudsman wieġeb rispettivament tmien u ħames xhur wara li ntbagħtu l-ittri tar-rikorrenti mingħajr ma ġew invokati elementi partikolari li jiġġustifikaw dan id-dewmien fl-għoti ta’ tweġiba. Kif l-Ombudsman innifsu jammetti, dawn it-termini ma kinux raġonevoli. Fil-fatt, fl-assenza ta’ elementi oħra, it-tweġiba mogħtija f’dan il-każ, jiġifieri rifjut tat-talba ta’ ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni, ma tiġġustifikax tali dewmien.</TXT></NP><NP><NO.P>257</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20080714">14 ta’ Lulju 2008</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Ombudsman jikkomunikalha ċerti dokumenti li jirrigwardaw il-pubbliċità mogħtija lit-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. L-Ombudsman wieġeb din l-ittra fil-<DATE ISO="20080721">21 ta’ Lulju 2008</DATE>. Dan it-terminu għal tweġiba huwa raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>258</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20080801">1 ta’ Awwissu 2008</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet ittra lill-Ombudsman bi tweġiba għall-ittra ta’ dan tal-aħħar tal-<DATE ISO="20080721">21 ta’ Lulju 2008</DATE>. L-Ombudsman wieġeb din l-ittra fl-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>. Dan it-terminu għal tweġiba huwa raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>259</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE>, ir-rikorrenti wieġbet l-ittra tal-Ombudsman tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>. Fit-tmiem tal-ittra tar-rikorrenti hemm il-parti tas-sentenza li ġejja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>qed nipprojbilek li terġa’ tiktibli<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>. Fid-dawl tal-kontenut ta’ din l-ittra, Ombudsman ma jistax jiġi kkritikat talli ma weġibhiex.</TXT></NP><NP><NO.P>260</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tweġibiet għall-ittri ta’ P., ir-rikorrenti ma tistax tinvoka l-eventwali dewmien mhux raġonevoli għal dawn it-tweġibiet, peress li hija ma kinitx id-destinatarja tal-imsemmija tweġibiet.</TXT></NP><NP><NO.P>261</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni perijodu, ma jistax jitqies li t-terminu li għadda bejn id-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, jiġifieri d-data tal-bidu tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, u l-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, jiġifieri d-data ta’ meta ttieħdet id-deċiżjoni li temmet din l-investigazzjoni, ma kienx raġonevoli, peress li bejn dawn iż-żewġ dati għaddiet anqas minn sena.</TXT></NP><NP><NO.P>262</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tikkritika lill-Ombudsman talli kien biss fit-<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE> li bagħtilha l-kummenti tal-Parlament li huwa kien irċieva fl-<DATE ISO="20070320">20 ta’ Marzu 2007</DATE>, l-Ombudsman ġustament josserva li, fl-ittra tiegħu tal-<DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, huwa ma llimitax ruħu li jittrażmetti l-opinjoni tal-Parlament. Huwa informa wkoll lir-rikorrenti bid-deċiżjoni tiegħu li jibda investigazzjoni, u dan jippreżupponi analiżi. Għaldaqstant, l-imsemmi terminu huwa raġonevoli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq l-osservanza tal-kodiċi ta’ mġiba tajba</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>263</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tallega ksur tal-Artikoli 14 u 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba, għandu jiġi osservat li dan il-kodiċi ma huwiex test leġiżlattiv iżda riżoluzzjoni tal-Parlament li introduċiet emendi għal proġett li kien ġie ppreżentat lilu mill-Ombudsman Ewropew u li jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva f’dan ir-rigward (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>, PC-Ware Information Technologies vs Il-Kummissjoni, T‑121/08, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:183">EU:T:2010:183</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 90 u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, fl-introduzzjoni tal-imsemmi kodiċi l-Ombudsman indika li dan ma kienx strument legali vinkolanti.</TXT></NP><?PAGE NO="41"?><NP><NO.P>264</NO.P><TXT>Għalhekk, bl-adozzjoni tal-kodiċi ta’ mġiba tajba, l-għan tal-Ombudsman ma kienx li jistabbilixxi dispożizzjonijiet legali li jagħtu drittijiet lill-individwi. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmi kodiċi ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi kkonstatat ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li l-għan tagħha huwa li tagħti drittijiet lill-individwi li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. Huwa biss sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi kodiċi jikkostitwixxu l-espressjoni tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba kif sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li dawn jistgħu jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>265</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment tar-rikorrenti li ta’ spiss u għal diversi xhur l-Ombudsman la wieġeb u lanqas ma kkonferma li rċieva l-ittri tar-rikorrenti u, għaldaqstant, takkużah bi ksur tal-Artikoli 14 u 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba, il-Qorti Ġenerali tqis li l-imsemmi lment għandu jiġi miċħud għaliex ma huwiex preċiż. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma tispeċifikax għal liema ittri ma rċevietx konferma ta’ rċevuta jew tweġiba. Barra minn hekk, fir-rigward tar-regola li tgħid li kull ittra mibgħuta lil istituzzjoni għandha tkun is-suġġett ta’ konferma ta’ rċevuta fi żien ġimagħtejn, sanċita fl-Artikolu 14 tal-kodiċi ta’ mġieba tajba, il-Qorti Ġenerali tosserva li din hija sempliċi regola formali li ma hijiex prevista espliċitament fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. In-nuqqas ta’ osservanza ta’ din ir-regola ma jistax għalhekk jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li l-għan tagħha huwa li tagħti drittijiet lill-individwi li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>266</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tinvoka r-regola sanċita fl-Artikolu 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba li tgħid li l-uffiċjal għandu jiżgura li tittieħed deċiżjoni dwar kull talba jew ilment indirizzat lill-istituzzjoni f’terminu raġonevoli, mingħajr dewmien, u f’kull każ, mhux iktar tard minn xahrejn mid-data li fiha jkunu ġew irċevuti, il-Qorti Ġenerali tqis li terminu ta’ xahrejn ma huwiex terminu imperattiv. L-osservanza ta’ terminu raġonevoli fit-trattament ta’ lment sanċit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandha tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ. Issa, l-osservanza tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli fit-trattament tal-ilment diġà ġiet analizzata fil-punti 252 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>267</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, l-argumenti tar-rikorrenti bbażati fuq l-Artikoli 14 u 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fuq l-assenza ta’ aċċess għall-fajl</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>268</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tallega li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>anki l-atitudni tal-Ombudsman matul il-proċedura kollha tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali […] minħabba […] fl-assenza ta’ aċċess għall-fajl, in-nuqqas ta’ trasparenza<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, il-Qorti Ġenerali tqis li r-rikorrenti ma tipprovdix biżżejjed indikazzjonijiet speċifiċi dwar l-ilment tagħha. Hija ma tesponix kif, f’dan il-każ, l-Ombudsman kiser obbligi ta’ aċċess għall-fajl u ta’ trasparenza. Konsegwentement, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>269</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, apparti l-ilmenti li jissovraponu ruħhom għall-ilmenti magħmula fil-motivi preċedenti, huwa biss id-dewmien mhux raġonevoli fl-għoti tat-tweġiba għall-ittri msemmija fil-punt 256 iktar ’il fuq li jikkostitwixxi ksur. Sa fejn ir-rikorrenti għanda d-dritt li t-talbiet tagħha jiġu trattati f’terminu raġonevoli, in-nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmi terminu jikkostitwixxi ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li l-għan tagħha huwa li tagħti drittijiet lill-individwi li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="42"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-danni u r-rabta kawżali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>270</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija ġarrbet dannu kemm materjali kif ukoll morali minħabba l-iżbalji mwettqa mill-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>271</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dannu materjali, ir-rikorrenti essenzjalment issostni li, minħabba n-nuqqasijiet imwettqa mill-Ombudsman, hija tilfet opportunità serja li tiġi rreklutata bħala uffiċjal. Konsegwentement, ir-rikorrenti titlob il-ħlas tar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>remunerazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> minn Ġunju 2005 sal-<DATE ISO="20260331">31 ta’ Marzu 2026</DATE>, jiġifieri mid-data tat-tniżżil ta’ isimha fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 sal-età normali tal-irtirar, inklużi d-drittijiet għall-pensjoni, jew, minn tal-inqas, ta’ parti minn dan l-ammont bħala kumpens għat-telf ta’ opportunità. Għall-evalwazzjoni tat-telf ta’ opportunità, ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali tista’ tapplika koefiċċjent li jirrappreżenta t-telf ta’ opportunità li tinħatar billi jittieħed b’mod partikolari inkunsiderazzjoni l-fatt li hija kienet l-unika kandidata li kien għad fadal fuq l-imsemmija lista ta’ kandidati xierqa. Ir-rikorrenti tevalwa d-dannu fil-passat għal EUR 559 382,13. Għall-futur, hija tistieden lill-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-Ombudsman iħallasha kull xahar mix-xahar ta’ Mejju 2011 sax-xahar ta’ Marzu 2026 l-ammonti netti, jew minn tal-inqas parti minn dawn l-ammonti, li jikkorrispondu għas-salarji ffissati għall-uffiċjali tal-funzjoni AD mill-grad AD 9 skala 2, it-tieni sena, b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ karriera normali ta’ uffiċjal tal-istess grad, flimkien mal-kontribuzzjonijiet korrisponenti għall-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar favur ir-rikorrenti kif ukoll mal-kontribuzzjonijiet lill-fond tal-assigurazzjoni għall-mard.</TXT></NP><NP><NO.P>272</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dannu morali, ir-rikorrenti tqis li hija sostniet tali dannu minħabba l-akkaniment tal-Parlament fir-rigward tagħha u minħabba n-negliġenza manifesta tal-Ombudsman li huwa meqjus bħala l-protettur tad-drittijiet taċ-ċittadini. Hija tqis li l-proċedura mibdija quddiem l-Ombudsman rriżultat f’telf ta’ ħin, ta’ enerġija u ta’ flus. Barra minn hekk, hija tindika li tilfet kull fiduċja li dan il-korp stabbilit bit-Trattat jista’ jatiha assistenza minħabba l-atitudni tiegħu, u dan ikkawżalha dannu morali. Sempliċi apoloġija ma hijiex tali li ssewwi l-ħsara psikoloġika kkawżata minn dawn in-nuqqasijiet u l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman ma għamlet xejn biex tirrimedja l-iżbalji mwettqa fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>. Għalhekk, ir-rikorrenti tevalwa d-dannu morali għal <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> EUR 50 000. L-Ombudsman jikkontesta l-argumenti kollha tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>273</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni ta’ dawn id-diversi argumenti, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, l-Unjoni tista’ tinżamm responsabbli biss jekk ir-rikorrenti tkun effettivament sofriet dannu reali u ċert (sentenzi tas-<DATE ISO="19820127">27 ta’ Jannar 1982</DATE>, De Franceschi vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, 51/81, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:20">EU:C:1982:20</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9, u tas-<DATE ISO="19960116">16 ta’ Jannar 1996</DATE>, Candiotte vs Il-Kunsill, T‑108/94, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:5">EU:T:1996:5</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>274</NO.P><TXT>Hija r-rikorrent li għandha tipproduċi provi lill-qorti tal-Unjoni sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza u l-portata ta’ tali dannu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19760521">21 ta’ Mejju 1976</DATE>, Roquette frères vs Il-Kummissjoni, 26/74, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:69">EU:C:1976:69</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 677, punti 22 sa 24; tad-<DATE ISO="19960109">9 ta’ Jannar 1996</DATE>, Koelman vs Il-Kummissjoni, T‑575/93, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:1">EU:T:1996:1</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 97, u tat-<DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, Dorsch Consult vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T‑184/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:74">EU:T:1998:74</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60). Barra minn hekk, ġie deċiż li rikors għad-danni ma jistax jiġi miċħud meta, minkejja l-eżistenza ta’ inċertezza fir-rigward tal-kwantifikazzjoni eżatta tiegħu, id-dannu kien inkontestabbli u jista’ jiġi evalwat ekonomikament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Agraz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 68 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:708">EU:C:2006:708</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>275</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ġie deċiż li fil-kuntest ta’ rikors għad-danni, rabta kawżali tkun stabbilita meta jkun hemm rabta suffiċjentement diretta ta’ kawża u effett bejn l-aġir allegat fil-konfront tal-istituzzjoni u d-dannu invokat, rabta li għandha tiġi pprovata mir-rikorrent. Għalhekk l-aġir ikkontestat għandu jkun<?PAGE NO="43"?> il-kawża determinanti tad-dannu (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20091218">18 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Arizmendi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, T‑440/03, T‑121/04, T‑171/04, T‑208/04, T‑365/04 u T‑484/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:530">EU:T:2009:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 85 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq id-dannu materjali u r-rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>276</NO.P><TXT>Qabel kollox, it-talba tar-rikorrenti sabiex l-Unjoni tiġi kkundannata tikkumpensaha għall-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman, għandha tiġi miċħuda sa fejn din tirrigwarda l-ħlas tar-remunerazzjoni kollha li r-rikorrenti kienet tirċievi li kieku hija ġiet irreklutata mix-xahar ta’ Ġunju 2005, jiġifieri d-data ta’ meta isimha tniżżel fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, sal-età normali tal-irtirar, inklużi d-drittijiet għall-pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>277</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 ma kienx jagħtiha d-dritt li tiġi rreklutata. Is-setgħa diskrezzjonali li l-istituzzjonijiet għandhom fil-qasam ta’ reklutaġġ ta’ kandidati li għaddew minn kompetizzjonijiet tipprekludi tali dritt. Konsegwentement, id-danni sostnuti minħabba nuqqas li jaffettwa t-tniżżil ta’ isem persuna f’lista ta’ kandidati xierqa li tirriżulta minn kompetizzjoni ma jistax ikun ekwivalenti għal-<HT TYPE="ITALIC">lucrum cessans</HT> li jirriżulta mit-telf ta’ dan id-dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Girardot, C‑348/06 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:107">EU:C:2008:107</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>278</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li wasslu għal dannu ekwivalenti għad-dannu li kienet iġġarrab persuna li għandha dritt li tiġi rreklutata.</TXT></NP><NP><NO.P>279</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda t-telf ta’ opportunità li r-rikorrenti tiġi rreklutata, il-Qorti Ġenerali tqis li, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Ombudsman, din it-talba ma hijiex inammissibbli minħabba li ma tipprovdix biżżejjed indikazzjonijiet speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>280</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja amettiet li huwa diffiċli ħafna, jekk mhux saħansitra impossibbli, li jiġi ddefinit metodu li jippermetti li tiġi kkwantifikata b’eżattezza l-possibbiltà ta’ reklutaġġ f’impjieg fi ħdan istituzzjoni u, konsegwentement, li jiġi evalwat id-dannu li jirriżulta mit-telf ta’ opportunità (sentenza l‑Kummissjoni vs Girardot, punt 277 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:107">EU:C:2008:107</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 60), madankollu, minn dan hija ma ddeduċietx li talba għad-danni minħabba telf ta’ opportunità għandha tiġi miċħuda awtomatikament għaliex inammissibbli u infondata. F’dan il-każ, ir-rikorrenti pproponiet metodu sabiex it-telf ta’ opportunità jiġi kkalkolat bi preċiżjoni suffiċjenti. Fil-fatt, filwaqt li għamlet riferiment għall-ġurisprudenza Girardot, hija talbet li jiġi applikat koeffiċjent fuq il-valur tar-remunerazzjoni li kienet tirċevi li kieku ġiet irreklutata mix-xahar ta’ Ġunju 2005 fil-Grad AD 8, skala 4, sal-2026 b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ karriera normali ta’ uffiċjal, flimkien mal-kontribuzzjonijiet korrispondenti għall-fond għall-pensjonijiet tal-irtirar u mal-kontribuzzjonijiet lill-fond tal-assigurazzjoni għall-mard u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li hija kienet l-unika kandidat li kien għad fadal fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP><NP><NO.P>281</NO.P><TXT>Madankollu, it-talba għad-danni tar-rikorrenti għat-telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata għandha tiġi miċħuda peress li ma hemmx rabta suffiċjentement diretta bejn l-imsemmi dannu u l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>282</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-iżnaturament tal-kontenut tal-opinjoni tal-Parlament imwettaq mill-Ombudsman fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20061022">22 ta’ Ottubru 2006</DATE> (ara l-punt 102 iktar ’il fuq) ma jimplikax li r-rikorrenti tilfet opportunità li tiġi rreklutata. Anki li kieku l-Ombudsman ikkonstata li fl-opinjoni pprovduta mill-Parlament ma kienx hemm indikat li l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti kienet tqiegħdet għad-dispożizzjoni ta’ istituzzjonijiet korpi u organi oħra tal-Unjoni,<?PAGE NO="44"?> minn dan la kienet tirriżulta konstatazzjoni, mill-Ombudsman, ta’ assenza ta’ komunikazzjoni tal-imsemmija lista lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni, u lanqas telf ta’ opportunità għar-rikorrenti li tiġi rreklutata.</TXT></NP><NP><NO.P>283</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Ombudsman tad-dmir ta’ diliġenza tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li l-kawża determinanti tal-potenzjali telf ta’ opportunità li r-rikorrenti tiġi rreklutata tinsab fl-aġir tal-Parlament u mhux f’dak tal-Ombudsman. Fil-fatt, huwa biss jekk il-Parlament, minn naħa, ma informax lid-DĠ tiegħu u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni bil-fatt li isem ir-rikorrenti kien fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, u, min-naħa l-oħra, ma niżżilx isem ir-rikorrenti fl-imsemmija lista għal perijodu ekwivalenti għal dak li matulu kienu mniżżla l-ismijiet tal-kandidati l-oħra li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni, li r-rikorrenti potenzjalment tilfet opportunità li tiġi rreklutata.</TXT></NP><NP><NO.P>284</NO.P><TXT>Li kieku l-Ombudsman kien ikkonstata li l-Parlament kien naqas milli josserva l-obbligu tiegħu ta’ amministrazzjoni tajba billi ma kkomunikax lid-DĠ tiegħu u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni fi żmien xieraq it-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 u billi ma tax lir-rikorrenti perijodu ta’ tniżżil fil-lista ta’ kandidati xierqa identiku għal dak mogħti lill-kandidati l-oħra li għaddew, l-Ombudsman kien ikollu jikkoopera mal-Parlament biex isib soluzzjoni bonarja sabiex jiġu eliminati l-każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina u sabiex ir-rikorrenti tingħata sodisfazzjon. Meta soluzzjoni bonarja ma tkunx possibbli jew meta ma tirnexxix, l-Ombudsman jista’ jew jifformula kritika, jew inkella jistabbilixxi rapport li jkun fih abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet li jista’ jwassal għal rapport speċjali b’rakkomandazzjonijiet (ara l-Artikolu 3(5) sa (7) tad-Deċiżjoni 94/262 u l-Artikoli 6 sa 8 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni).</TXT></NP><NP><NO.P>285</NO.P><TXT>Kif tammetti r-rikorrenti, l-ebda waħda minn dawn il-miżuri adottati mill-Ombudsman fir-rigward tal-Parlament ma hija legalment vinkolanti. Il-fatt li l-kooperazzjoni twassal għal soluzzjoni bonarja jiddependi kemm fuq l-Ombudsman kif ukoll fuq il-Parlament. Issa, peress li l-miżuri li l-Ombudsman jista’ jadotta fil-konfront tal-Parlament ma humiex vinkolanti, dawn il-miżuri ma jistgħux jitqiesu bħala l-kawża determinanti tad-dannu li jikkonsisti fit-telf tal-opportunità li r-rikorrenti tiġi rreklutata (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza Arizmendi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni, punt 275 iktar ’il fuq, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:530">EU:T:2009:530</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 93).</TXT></NP><NP><NO.P>286</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni ma hijiex ikkonfutata mill-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-Parlament dejjem segwa r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u li rifjut seta’ jservi ta’ bażi għal azzjoni għad-danni kontra l-Parlament. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma tipprovax l-allegazzjoni tagħha li l-imsemmija rakkomandazzjonijiet jiġu segwiti. Barra minn hekk, anki li kieku dan ġie pprovat, dan xorta waħda ma jipprovdix rabta kawżali suffiċjentement diretta bejn l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman u t-telf tal-opportunità li r-rikorrenti tiġi rreklutata. Barra minn hekk, il-fatt li r-rifjut tal-Parlament li jsegwi dawn ir-rakkomandazzjonijiet jista’ jservi ta’ bażi għal rikors għad-danni ma jagħmilx l-imsemmija rakkomandazzjonijiet vinkolanti.</TXT></NP><NP><NO.P>287</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli mill-Ombudsman (ara l-punti 252 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq), għandu jiġi kkonstatat li d-dewmien tal-Ombudsman biex iwieġeb għal ċerti ittri tar-rikorrenti ma jistax ikun il-kawża determinanti tat-telf tal-opportunità li din tal-aħħar tiġi rreklutata. Fil-fatt, ma teżistix rabta suffiċjentement diretta bejn id-dewmien fl-għoti tal-imsemmija tweġibiet u t-telf tal-opportunità li r-rikorrenti tiġi rreklutata bħala uffiċjal. Ma jistax jiġi preżunt li tweġiba mogħtija f’terminu raġonevoli kien ikollha kontenut differenti u kienet tkun favorevoli għar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="45"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq id-dannu morali u r-rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>288</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi osservat li l-allegat akkaniment tal-Parlament fir-rigward tar-rikorrenti ma jikkostitwixxix illegalita mwettqa mill-Ombudsman, b’tali mod li ebda kumpens għad-dannu morali ma jista’ jingħata għal din ir-raġuni fil-kuntest ta’ din il-kawża li tirrigwarda biss ir-responsabbiltà tal-Unjoni minħabba l-aġir illegali tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>289</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-allegazzjoni tar-rikorrenti li tgħid li l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman ikkawżawlha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>telf ta’ flus<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> tirrigwarda d-dannu materjali. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din id-dikjarazzjoni hija vaga wisq sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat jekk l-imsemmi dannu huwiex reali u ċert, b’tali mod li hija irrilevanti għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>290</NO.P><TXT>Sussegwentement, sa fejn ir-rikorrenti tqis li l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman ħolqu sensazzjoni ta’ telf ta’ ħin u ta’ enerġija u kkawżaw telf ta’ kunfidenza f’dan il-korp, għandu jiġi osservat li huwa minnu li l-iżnaturament tal-kontenut tal-opinjoni tal-Parlament u n-nuqqas ta’ diliġenza fid-dmirijiet ta’ investigazzjoni tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> neċessarjament kellhom effett fuq il-kunfidenza tar-rikorrenti fil-korp li nħoloq sabiex jiġu missielta l-każijiet ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Bl-istess mod, fil-kuntest tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman, in-nuqqas ta’ diliġenza ta’ dan tal-aħħar fid-dmirijiet ta’ investigazzjoni tiegħu fir-rigward tal-eżistenza ta’ diskriminazzjoni fir-rigward tal-perijodu tat-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 meta mqabbel mal-perijodu li minnu bbenefikaw il-kandidati l-oħra li għaddew, neċessarjament affettwa ħażin il-fiduċja tar-rikorrenti fl-uffiċċju tal-Ombudsman. Id-dewmien mhux raġonevoli biex jibgħat it-tweġiba għal ċerti ittri tar-rikorrenti li jitolbu l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni minħabba li d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> kienet ivvizzjata bi żbalji, saħħet dan l-effett ħażin. L-imsemmija żbalji barra minn hekk ħolqu fi ħdan ir-rikorrenti s-sensazzjoni li tilfet ħinha u l-enerġija tagħha meta rrappurtat quddiem l-Ombudsman il-każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament f’dak li jirrigwarda t-tniżżil ta’ isimha fl-imsemmija lista.</TXT></NP><NP><NO.P>291</NO.P><TXT>Id-dannu kkawżat mill-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman ġie mtaffi permezz ta’ ċerti azzjonijiet meħdua minn dan tal-aħħar. Għalhekk, ir-riproduzzjoni żbaljata tal-opinjoni tal-Parlament fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> ġiet ikkoreġuta mill-Ombudsman fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE> (ara l-punt 166 iktar ’il fuq). L-Ombudsman skuża ruħu għad-dewmien fl-għoti tat-tweġibiet tiegħu u għall-iżbalji tiegħu. Fl-aħħar nett, l-Ombudsman beda investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>292</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-azzjonijiet meħuda mill-Ombudsman imsemmija fil-punt 291 iktar ’il fuq ma humiex biżżejjed sabiex jikkumpensaw b’mod sħiħ id-danni morali sostnuti minħabba l-illegalitajiet imwettqa. Fil-fatt, l-Ombudsman beda l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu ħafna wara li r-rikorrenti lmentat bl-eżistenza ta’ żbalji fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> u din inbdiet biss wara l-intervent ta’ membru tal-Parlament. B’mod partikolari, fir-rigward tal-iżnaturament tal-kontenut tal-opinjoni tal-Parlament mwettqa mill-Ombudsman fl-imsemmija deċiżjoni, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti qajmet dan il-punt fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20080801">1 ta’ Awwissu 2008</DATE> u li l-Ombudsman, għall-ewwel, naqas li jikkoreġi dan l-iżnaturament (ara l-ittra tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>). Kien biss b’konsegwenza tal-ittra ta’ P., tal-<DATE ISO="20100601">1 ta’ Ġunju 2010</DATE>, u iktar minn sena u nofs wara li r-rikorrenti ddenunzjat l-imsemmi żnaturament, li l-Ombudsman, fl-ittra tiegħu tad-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ammetta l-imsemmi żball u kkoreġih. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iskużi u l-korrezzjoni tal-Ombudsman ma jippermettux li d-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti minħabba dan l-iżnaturament jiġi kkumpensat b’mod sħiħ. Barra minn hekk, l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman ma ppermettietx li jissewwa kompletament id-dannu morali kkawżat min-nuqqas ta’ diliġenza ta’ dan tal-aħħar fil-kuntest tal-investigazzjonijiet mibdija fuq ilment, peress li huwa ma mexxiex tajjeb l-imsemmija investigazzjoni fir-rigward tal-kwistjoni tat-trażmissjoni lid-DĠ tal-Parlament u lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-organi l-oħra tal-Unjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm imniżżel isem ir-rikorrenti. Il-fatt li r-rikorrenti opponiet ruħha għal din l-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ma jikkonfutax<?PAGE NO="46"?> l-eżistenza ta’ telf ta’ fiduċja fi ħdan ir-rikorrenti kkawżat mill-assenza ta’ investigazzjoni diliġenti mill-Ombudsman fuq l-ilment. Bil-kontra ta’ dan, l-oppożizzjoni tagħha għall-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman kienet immotivata mill-imsemmi telf ta’ fiduċja. Fl-aħħar nett, l-iskużi tal-Ombudsman ma jippermettux li jiġi kkumpensat b’mod sħiħ id-dannu morali marbut mat-telf ta’ fiduċja tar-rikorrenti kkawżat min-nuqqas ta’ diliġenza tal-Ombudsman fl-investigazzjoni fuq l-ilment f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-perijodu ta’ tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 meta mqabbel ma dak li minnu bbenefikaw l-kandidati l-oħra li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>293</NO.P><TXT>L-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman jikkostitwixxu wkoll il-kawża determinanti tat-telf ta’ fiduċja tar-rikorrenti fl-istituzzjoni tal-Ombudsman u tas-sensazzjoni li l-ilment kien telf ta’ żmien u ta’ enerġija. Għalhekk teżisti rabta kawżali bejn l-imsemmija illegalitajiet u d-danni morali allegati, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 275 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>294</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-ammont tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman għandu, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, jiġi evalwat <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> għal EUR 7 000.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet għal miżuri ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji u fuq is-sottomissjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ ilmenti ġodda</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet li jinsabu fir-replika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>295</NO.P><TXT>Kif ġie espost fil-punti 46 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali tordna ċertu numru ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji.</TXT></NP><NP><NO.P>296</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tat-talba biex jiġu prodotti d-dokumenti li jinsabu fil-fajl ta’ spezzjoni, għandu jiġi osservat li r-rikorrenti pproduċiet dawn id-dokumenti quddiem il-Qorti Ġenerali wara li hija ngħatat aċċess għalihom fil-proċedura fil-Kawża F‑9/12 (ara l-ittri tar-rikorrenti tal-25 ta’ April u tas-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>). Il-President tal-Ewwel Awla ppermetta li dawn id-dokumenti jiddaħħlu fil-proċess bla ħsara għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà u tar-rilevanza tagħhom (ara d-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20120523">23 ta’ Mejju 2012</DATE> u tad-<DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>).</TXT></NP><NP><NO.P>297</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li l-produzzjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ammissibbli u rilevanti għas-soluzzjoni ta’ din it-tilwima (ara l-punti 94 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq). Għaldaqstant, kif tammetti r-rikorrenti fl-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20120425">25 ta’ April 2012</DATE>, it-talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura magħmula fir-replika ma għadx għandha skop. Hija biss dik il-parti tad-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, li fir-rigward tagħha ma tneħħietx il-kunfidenzjalità, li għadha s-suġġett ta’ talba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura. F’dan ir-rigward, indipendentement mill-fondatezza taż-żamma tal-kunfidenzjalità fir-rigward ta’ ċerti siltiet minn dan id-dokument, il-Qorti Ġenerali tqis li s-soluzzjoni ta’ din il-kawża ma tirrikjedix l-aċċess għal dan id-dokument kollu.</TXT></NP><NP><NO.P>298</NO.P><TXT>It-tieni nett, lanqas ma għad għandha skop it-talba għall-produzzjoni tal-ittri tal-24 u tal-<DATE ISO="20070531">31 ta’ Mejju 2007</DATE> dwar l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98, peress li dawn l-ittri ġew mehmuża mal-kontroreplika.</TXT></NP><NP><NO.P>299</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’dak li jirrigwarda t-talba sabiex N. Diamandouros, ex Ombudsman, u membri tal-persunal tal-uffiċċju tal-Ombudsman u tal-Parlament inkarigati mill-fajl tar-rikorrenti (ara l-punt 46 iktar ’il fuq) jissejħu sabiex jixhdu, il-Qorti Ġenerali tqis li għandha biżżejjed informazzjoni mill-atti tal-proċess fil-kuntest ta’ din il-kawża sabiex tirrispondi għad-diversi lmenti magħmula mir-rikorrenti. Għalhekk, ma hemmx lok li l-imsemmija persuni jinstemgħu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="47"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talbiet magħmula wara l-kontroreplika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>300</NO.P><TXT>Wara l-kontroreplika, ir-rikorrenti talbet, fil-25 ta’ April, fis-6 ta’ Ġunju, fit-23 ta’ Ottubru u fid-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE> kif ukoll fis-<DATE ISO="20131106">6 ta’ Novembru 2013</DATE>, li tiġi awtorizzata tipproduċi provi u argumenti ġodda insostenn tar-rikors tagħha. F’uħud minn dawn l-ittri, hija talbet ukoll lill-Qorti Ġenerali tadotta miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>301</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, fl-ittri tagħha tal-25 ta’ April u tas-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-rikorrenti ressqet tliet ilmenti ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>302</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti qieset li l-fatt li membru tad-dipartiment legali tal-Parlament irċieva kopja tal-ittra mibgħuta mill-Parlament lill‑Kunsill fil-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> jikkonferma li l-Parlament ried ikun ta’ ħsara għar-rikorrenti kif hija kienet esponiet fl-ilment. Fl-opinjoni tagħha, il-fatt li ma saritx investigazzjoni fuq ir-raġunijiet li għalihom membru tal-imsemmi dipartiment legali kien irċieva kopja tal-imsemmija ittra kien ostakola l-iżvelar tal-verità. Barra minn hekk hija indikat li l-Ombudsman ma kienx talab it-tneħħija tal-kunfidenzjalità ta’ din l-ittra.</TXT></NP><NP><NO.P>303</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li mit-tweġiba tal-Parlament fil-Kawża F‑9/12 jirriżulta li l-fajl tagħha ma kienx inqered f’Marzu 2010, iżda f’Lulju 2010, jiġifieri wara l-ftuħ, fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman. Minn dan hija ddeduċiet li l-Parlament kien qered il-fajl tagħha intenzjonalment.</TXT></NP><NP><NO.P>304</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti qieset li l-fatt li l-Ombudsman u l-Parlament kienu ħassru l-listi ta’ kandidati xierqa li rriżultaw mill-kompetizzjonijiet mhux speċjalizzati u speċjalizzati ta’ amministraturi fid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> kien inkwetanti. Fl-opinjoni tagħha, il-kunċett ta’ kunfidenzjalità kien interpretat b’mod parzjali ħafna mill-Parlament, peress li l-listi ta’ kandidati xierqa li rriżultaw mill-kompetizzjonijiet mhux ta’ lingwa Franċiża ma kinux imħassra. Għalhekk hija kienet konvinta li tabilħaqq kien hemm bżonn ta’ amministraturi.</TXT></NP><NP><NO.P>305</NO.P><TXT>Fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali, bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji, tistieden lill-Parlament jipproduċi t-talba tiegħu lill-Ombudsman tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> jew lill-Ombudsman jipproduċi t-tweġiba tiegħu lill-Parlament tal-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, kif irreġistrati fir-reġistri fir-rigward tat-trażmissjoni ta’ dokumenti li l-Ombudsman kellu wara l-ispezzjoni li huwa wettaq f’Mejju 2007 fl-uffiċċji tal-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>306</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat provi ġodda insostenn tar-rikors miksuba wara r-risposti tal-Parlament u tal-Kunsill għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottati mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F‑9/12. Abbażi ta’ dawn il-provi, ir-rikorrenti għamlet l-ilmenti li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>307</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti rrepetiet l-allegazzjoni tagħha li tgħid li l-fajl tagħha kien inqered wara l-ftuħ tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman. Fl-opinjoni tagħha, is-silenzju ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-gidba tal-Parlament fuq il-qerda tal-fajl tal-kompetizzjoni jikkostitwixxi ostruzzjoni tal-verità. Iktar minn hekk, hija ssostni li l-Ombudsman ma kienx investiga l-qerda illegali tal-fajl tagħha mill-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>308</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti kkritikat lill-Ombudsman tali ma qiesx li l-Parlament kien ħati ta’ każ ta’ amministrazzjoni ħażina, meta dan la kien ipproduċa l-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni fil-verżjoni tagħha ta’ Ġunju 2005, u lanqas kopja tan-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati tal-imsemmija lista.</TXT></NP><?PAGE NO="48"?><NP><NO.P>309</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti qieset li la kienet ġiet informata bin-numru ta’ pożizzjonijiet vakanti ta’ amministraturi mhux speċjalizzati fil-Grad A 7 bejn Ġunju 2005 u Awwissu 2007, u lanqas bin-numru ta’ membri tal-persunal temporanju li għandhom it-tip ta’ profil tagħha li ġew maħtura matul dan il-perijodu fi ħdan l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni. Issa, fl-opinjoni tagħha, tali informazzjoni tippermetti li jintwera li hija kellha kull ċans li tiġi rreklutata, fatt li seta’ jintwera permezz ta’ investigazzjoni leali tal-Ombudsman. Għalhekk hija talbet lill-Qorti Ġenerali tordna miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ġodda intiżi sabiex isiru magħrufa l-pożizzjonijiet vakanti ta’ amministraturi mhux ġeneralizzati fi ħdan il-Parlament u l‑Kunsill bejn l-2005 u Awwissu 2007 kif ukoll in-numru ta’ membri tal-persunal temporanju jew kuntrattwali li kellhom profil simili rreklutati matul dan il-perijodu kif ukoll in-nazzjonalità tal-persuni rreklutati.</TXT></NP><NP><NO.P>310</NO.P><TXT>Fl-ittra tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti talbet ukoll miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ġodda, jiġifieri, minn naħa, li l-Kunsill jiġi mistieden jipproduċi l-kopji tal-ittri li hija kienet bagħtitlu fid-<DATE ISO="20060209">9 ta’ Frar 2006</DATE> u fit-<DATE ISO="20070123">23 ta’ Jannar 2007</DATE> u, min-naħa l-oħra, li l-Kunsill u l-Parlament jiġu mistiedna jipproduċu kopja tal-posta elettronika li l-Kunsill, permezz ta’ E., bagħat lill-Parlament fi Frar 2006 sabiex jitlob il-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> u l-att ta’ kandidatura tagħha kif ukoll kull talba ta’ korrispondenza eventwali mill-Kunsill lill-Parlament fir-rigward tagħha u fir-rigward tal-kandidatura tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>311</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20131106">6 ta’ Novembru 2013</DATE>, ir-rikorrenti talbet li E. O’Reilly, l-Ombudsman il-ġdid, tissejjaħ sabiex tixhed sabiex issir magħrufa l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-iżbalji mwettqa mil-predeċessur tagħha u sa liema punt hija kienet qed tassumihom jew tirrifjutahom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq l-involviment ta’ membru tad-dipartiment legali tal-Parlament</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>312</NO.P><TXT>Sa fejn ir-rikorrenti tallega li l-posta elettronika tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> hija ħjiel ta’ prova tal-oppożizzjoni tal-Parlament għar-reklutaġġ tagħha, il-Qorti Ġenerali tqis li, fid-dawl tal-ilment, tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> u tal-fatt li r-rikorrenti saret taf bil-posta elettronika tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> wara l-preżentata tal-kontroreplika, dan l-ilment il-ġdid huwa ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>313</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li membru tad-dipartiment legali tal-Parlament irċieva kopja ta’ posta elettronika mibgħuta minn uffiċjal tal-Parlament fil-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> li titrażmetti l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> u l-att ta’ kandidatura tar-rikorrenti lil responsabbli tal-Kunsill, ma jikkostitwixxix ħjiel ta’ prova li l-Parlament ostakola kull ħatra tar-rikorrenti. Fil-fatt, dan il-fatt ma jurix li l-Parlament seta’ kellu xi preġudizzju <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> fir-rigward tal-kandidatura tar-rikorrenti. Il-fatt li kopja ntbagħtet lil membru tad-dipartiment legali jista’ jiġi spjegat bir-rieda tal-amministrazzjoni li tiżgura ruħha mil-legalità tal-proċeduri billi tinvolvi mill-qrib id-dipartiment legali tal-istituzzjoni inkwistjoni. Din il-verifika tal-legalità tal-proċeduri applikati tifforma parti mill-funzjonijiet leġittimi ta’ dipartiment legali.</TXT></NP><NP><NO.P>314</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-opinjoni fuq in-notifika ta’ kontroll minn qabel irċevuta mid-delegat għall-protezzjoni tad-data tal-Parlament Ewropew tat-<DATE ISO="20080313">13 ta’ Marzu 2008</DATE>, invokata mir-rikorrenti, din hija irrilevanti f’dan ir-rigward peress li din hija opinjoni mogħtija wara l-posta elettronika inkwistjoni u peress li l-komunikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> u tal-att ta’ kandidatura tar-rikorrenti lid-dipartiment legali tal-Parlament jistgħu jkunu ġġustifikati fid-dawl tal-funzjonijiet leġittimi ta’ dan id-dipartiment.</TXT></NP><NP><NO.P>315</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, sa fejn ir-rikorrenti tosserva li l-Ombudsman qatt ma talab it-tneħħija tal-kunfidenzjalità ta’ dan id-dokument, il-Qorti Ġenerali tqis li, peress li ma tesponix għalfejn l-Ombudsman kellu jitlob l-imsemmija tneħħija, din l-osservazzjoni hija bla effett f’dan il-każ.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="49"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq il-qerda tal-fajl tal-Parlament</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>316</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega li l-Parlament qered intenzjonalment il-fajl tagħha wara d-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, id-data tal-bidu tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman. Hija tibbaża din l-allegazzjoni fuq il-posta elettronika tat-30 ta’ Ġunju u tal-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE> skambjata bejn il-Parlament u l-Ombudsman, fuq l-anness mehmuż mar-risposta f’din il-kawża li jirriproduċi fil-forma ta’ lista d-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl tal-Ombudsman fuq l-ilment u fuq il-fatt li, fir-risposta tiegħu fil-Kawża F‑9/12, il-Parlament indika li l-fajl tar-rikorrenti kien inqered f’Lulju 2010.</TXT></NP><NP><NO.P>317</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-Ombudsman ipproduċa l-posta elettronika tat-30 ta’ Ġunju u tal-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, b’tali mod li t-talba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura f’dan ir-rigward ma għadx għandha skop.</TXT></NP><NP><NO.P>318</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’din il-kawża l-Ombudsman indika li l-Parlament kien qered il-fajl tar-rikorrenti f’Marzu 2010, jiġifieri qabel il-bidu tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>319</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tiegħu fuq miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura fil-Kawża F‑9/12, il-Parlament indika li kien wettaq żball fl-indikazzjoni tad-data tal-qerda tal-fajl tar-rikorrenti. Huwa rrettifika din id-data u kkonferma li l-fajl tar-rikorrenti kien inqered f’Marzu 2010.</TXT></NP><NP><NO.P>320</NO.P><TXT>Iktar minn hekk, bil-kontra ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, mill-posta elettronika tat-30 ta’ Ġunju u tal-<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, ma jirriżultax li, f’dawk id-dati, il-Parlament kien għad għandu l-fajl tar-rikorrenti. Bil-kontra ta’ dan fil-posta elettronika tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, wara li espona li l-fajl tar-rikorrenti kien inqered, ir-rappreżentant tal-Parlament jitlob kopja tad-dokumenti tal-fajl tal-Ombudsman li jikkorrispondu għad-dokumenti tal-fajl tal-Parlament li tagħhom l-Ombudsman kien irċieva kopja waqt l-ispezzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>321</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm, fil-lista tad-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl tal-Ombudsman fuq l-ilment, ir-riferiment għad-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>dokumenti kunfidenzjali miksuba waqt l-ispezzjoni tal-fajl<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> jidher kronoloġikament bejn l-1 ta’ Ġunju u l-<DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, dan il-fatt ma jurix li l-Parlament ma kienx qered l-imsemmija dokumenti f’Marzu 2010. Fil-fatt, min-nota tal-fajl tal-<DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE> jirriżulta li kien hemm intervall ta’ żmien bejn it-teħid tal-possessjoni ta’ dawn id-dokumenti mill-Ombudsman wara l-ispezzjoni tiegħu tal-fajls tal-Parlament u r-reġistrazzjoni tagħhom fil-fajl tal-Ombudsman.</TXT></NP><NP><NO.P>322</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma turix li l-fajl tagħha nqered mill-Parlament wara l-bidu tal-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-Ombudsman. Iktar minn hekk, għar-raġunijiet esposti fil-punti 209 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq, l-Ombudsman ma wettaqx żball meta ma investigax dwar il-qerda tal-fajl tar-rikorrenti mill-Parlament.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq il-pożizzjonijiet vakanti bejn l-2005 u l-2007</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>323</NO.P><TXT>Sabiex tipprova li kien ikollha kull ċans li tiġi rreklutata bejn Ġunju 2005 u Awwissu 2007 li kieku l-Parlament ma kienx ostakola l-ħatra tagħha, ir-rikorrenti titlob il-produzzjoni tal-lista tal-pożizzjonijiet vakanti ta’ amministraturi mhux speċjalizzati fil-Grad A 7 bejn Ġunju 2005 u Awwissu 2007 u tan-numru ta’ membri tal-persunal temporanju li għandhom il-profil tar-rikorrenti maħtura matul dan il-perijodu kif ukoll in-nazzjonalità tal-persuni rreklutati.</TXT></NP><NP><NO.P>324</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li ma hemmx lok li tilqa din it-talba, peress li l-Ombudsman ma kkunsidrax li r-rikorrenti ma kellha l-ebda ċans li tiġi rreklutata. Fil-fatt, li kieku l-Ombudsman kien qies li r-rikorrenti ma kellha l-ebda ċans li tiġi rreklutata, huwa ma kienx jiftaħ investigazzjoni dwar ix-xandir tat-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="50"?><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fuq l-ommissjonijiet fid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>325</NO.P><TXT>Id-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> fih informazzjoni tal-Parlament u ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni. Kien il-Parlament li żamm kunfidenzjali l-informazzjoni, li kienet tirrigwarda istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, fil-verżjoni trażmessa mill-Ombudsman lill-Qorti Ġenerali. Bil-kontra ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, l-ommissjoni tad-data la hija inkwetanti u lanqas ma hija interpretazzjoni parzjali tal-kunfidenzjalità mill-parlament. Fil-fatt, il-Parlament ma jistax jiżvela d-data tal-istituzzjonijiet l-oħra mingħajr l-approvazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>326</NO.P><TXT>Barra minn hekk u f’kull każ, it-tweġiba għall-kwistjoni ta’ jekk kienx hemm pożizzjonijiet oħra disponibbli għal amministraturi fil-lingwa Franċiża ma toħroġx mid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE> kif donnha tippreżupponi r-rikorrenti. Fil-fatt, din il-lista tindika l-persuni li ismijiethom jidhru f’listi ta’ kandidati xierqa, iżda mhux jekk kienx hemm pożizzjonijiet vakanti fi ħdan l-istituzzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>327</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, l-ilmenti li r-rikorrenti għamlet fl-ittri tagħha tal-25 ta’ April u tas-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE> fir-rigward tal-kunfidenzjalità ta’ ċerti partijiet mid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE>, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Fuq l-assenza ta’ produzzjoni mill-Parlament tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni fil-verżjoni tagħha ta’ Ġunju 2005 u tan-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>328</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegazzjoni li tgħid li l-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti qatt ma ġiet stabbilita, għandu jiġi osservat li, fl-ittra tad-<DATE ISO="20050519">19 ta’ Mejju 2005</DATE>, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament informa lir-rikorrenti li isimha kien issa jidher fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98. Barra minn hekk, ir-rikorrenti nnifisha pproduċiet f’din il-proċedura, kopja tad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-Parlament tas-<DATE ISO="20050517">17 ta’ Mejju 2005</DATE> li tikkonstata li isem ir-rikorrenti kien jidher fuq l-imsemmija lista. Minn dan isegwi li huwa stabbilit suffiċjentement skont il-liġi li l-Parlament effettivament ipprova l-eżistenza ta’ din il-lista.</TXT></NP><NP><NO.P>329</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment li jgħid li l-Ombudsman naqas milli jikkonstata każ ta’ amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Parlament minħabba li ma kienx kapaċi jipproduċi kopja tan-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati tal-lista ta’ kandidati xierqa li fuqha kien hemm isem ir-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li dan huwa lment ġdid li ma jikkostitwixxix estensjoni ta’ lment eżistenti jew li huwa bbażat fuq fatt ġdid. Għaldaqstant, dan l-ilment huwa inammissibbli. Sa fejn l-ilment tar-rikorrenti jirrigwarda l-assenza ta’ verifika tal-eżistenza ta’ noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati, għandu jsir riferiment għall-evalwazzjoni magħmula fil-punti 97 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Fuq it-talba għall-produzzjoni tal-posta elettronika ta’ E.</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>330</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob il-produzzjoni tal-posta elettronika ta’ E. li għaliha l-Parlament wieġeb fil-<DATE ISO="20060621">21 ta’ Ġunju 2006</DATE> minħabba li l-imsemmija posta elettronika tinkludi informazzjoni li tikkonferma l-assenza ta’ trażmissjoni tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni mill-Parlament. Hija essenzjalment tqis li din il-posta elettronika kienet potenzjalment tippermetti li jintwera li l‑Kunsill ġie informat bil-kandidatura tagħha minnha stess u mhux permezz tat-trażmissjoni tal-imsemmija lista mill-Parlament.</TXT></NP><NP><NO.P>331</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-posta elettronika tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> jirriżulta li membru tal-persunal tal-Parlament ittrażmetta l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> u l-att ta’ kandidatura tar-rikorrenti lil E., membru tal-persunal tal-Kunsill, fuq talba tagħha. Il-posta elettronika tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> kienet tifforma parti mid-dokumenti li kienu jinsabu fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>fajls<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> ippreparati għall-ispezzjoni tal-Ombudsman<?PAGE NO="51"?> (ara l-punt 93 iktar ’il fuq u l-ittra tar-rikorrenti tas-<DATE ISO="20120606">6 ta’ Ġunju 2012</DATE>). Fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-Ombudsman indika li l-ispezzjoni kienet ikkonfermat li l-<HT TYPE="ITALIC">curriculum vitae</HT> tar-rikorrenti kien intbagħat lid-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>dipartiment<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> li talab informazzjoni dwarha, jiġifieri l-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>332</NO.P><TXT>Madankollu, f’din il-kawża ntwera suffiċjentement li l-Ombudsman ma setax jipprova d-dikjarazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> dwar il-fatt li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi l-oħra tal-Unjoni kienu ġew informati b’mod xieraq bit-tniżżil ta’ isem ir-rikorrenti fil-lista ta’ kandidati xierqa li rriżultat mill-Kompetizzjoni EUR/A/151/98 sa mit-tniżżil ta’ isimha fl-imsemmija lista. Il-posta elettronika tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE> ma tikkonfutax din il-konklużjoni. Għalhekk, il-produzzjoni tad-dokument mitlub ma hijiex neċessarja f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>333</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-talba għall-produzzjoni tal-ittri tad-<DATE ISO="20060209">9 ta’ Frar 2006</DATE> u tat-<DATE ISO="20070123">23 ta’ Jannar 2007</DATE> tirrigwarda l-istess kwistjoni. Konsegwentement, għar-raġunijiet esposti fil-punt 332 iktar ’il fuq, ma hemmx lok li t-talba tar-rikorrenti tintlaqa.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>Fuq it-talba sabiex E. O’Reilly tissejjaħ sabiex tixhed</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>334</NO.P><TXT>It-talba għall-adozzjoni ta’ miżura istruttorja li tikkonsisti fl-ordni sabiex E. O’Reilly tissejjaħ sabiex tixhed għandha tiġi miċħuda. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali tqis li d-dokumenti prodotti f’din il-kawża huma suffiċjenti sabiex tiġi evalwata l-fondatezza tar-rikors tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>335</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha esposti iktar ’il fuq, dan ir-rikors għandu jiġi milqugħ parzjalment.</TXT></NP><NP><NO.P>336</NO.P><TXT>Fil-fatt, kemm fl-investigazzjoni fuq ilment tar-rikorrenti li wasslet għad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> kif ukoll fl-investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tiegħu li wasslet għad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-Ombudsman wettaq illegalitajiet. Dawn l-illegalitajiet jikkonsistu fl-iżnaturament ta’ fatt, f’nuqqas ta’ diliġenza fir-rigward ta’ ċerti dmirijiet ta’ investigazzjoni u fin-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli huma suffiċjentement serji biex jagħtu lok għar-responsabbiltà tal-Unjoni. Dawn ma kkawżawx id-danni materjali allegati mir-rikorrenti iżda dannu morali li ġie evalwat <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT> għal EUR 7 000.</TXT></NP><NP><NO.P>337</NO.P><TXT>Il-kumplament tar-rikors tar-rikorrenti huwa miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>338</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jekk il-partijiet ikunu telliefa fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>339</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kemm l-Ombudsman kif ukoll ir-rikorrenti tilfu fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom. Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha tiġi kkundannata għal nofs l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż tal-Ombudsman u dan tal-aħħar għandu jiġi kkundannat għal nofs l-ispejjeż tiegħu u għal nofs l-ispejjeż tar-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><?PAGE NO="52"?><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 7 000 lil C. Staelen.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Ombudsman Ewropew għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ C. Staelen.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">C. Staelen għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Ombudsman Ewropew.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Prek</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kreuschitz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="53"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-fatti preċedenti għall-ilment quddiem l-Ombudsman</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>II –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ilment imressaq quddiem l-Ombudsman</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>III –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-investigazzjoni ex officio tal-Ombudsman</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ammissibbiltà</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-mertu</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Introduzzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ġurisprudenza fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>C –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet allegati</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw mill-ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw mill-ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba fil-kuntest tal-investigazzjonijiet dwar id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Introduzzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ illegalitajiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>24</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>c)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw mill-ksur tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 94/262, tal-Artikoli 5 u 9.2 tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni u tal-prinċipji ta’ premura u ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>24</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>d)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet li jirriżultaw minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>a) Introduzzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>b) Fuq iċ-ċitazzjoni tal-opinjoni tal-Parlament fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM><?PAGE NO="54"?><TOC.ITEM><ITEM.CONT>c) Fuq ir-rettifika tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>d) Fuq it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-lista ta’ kandidati xierqa</ITEM.CONT><ITEM.REF>27</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>e) Fuq il-punt 2.2 tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>30</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>f) Fuq il-perijodu ta’ validità tal-lista ta’ kandidati xierqa</ITEM.CONT><ITEM.REF>30</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>g) Fuq il-qerda tal-fajl tar-rikorrenti</ITEM.CONT><ITEM.REF>32</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>h) Fuq it-tweġiba għall-ittra tal-<DATE ISO="20070515">15 ta’ Mejju 2007</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>34</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>i) Fuq l-assenza ta’ investigazzjoni dwar l-oppożizzjoni tal-Parlament għall-ħatra tagħha</ITEM.CONT><ITEM.REF>35</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>j) Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>35</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet minħabba l-assenza ta’ imparzjalita, ta’ oġġettività u ta’ indipendenza kif ukoll il-mala fides tal-Ombudsman u użu ħażin ta’ poter</ITEM.CONT><ITEM.REF>35</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>4.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-illegalitajiet imwettqa minħabba l-ksur tal-prinċipji ta’ premura u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>amministrazzjoni tajba<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>, ta’ terminu raġonevoli, tal-Artikoli 14 u 17 tal-kodiċi ta’ mġiba tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</ITEM.CONT><ITEM.REF>39</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Introduzzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>26</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-terminu raġonevoli</ITEM.CONT><ITEM.REF>39</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>c)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-osservanza tal-kodiċi ta’ mġiba tajba</ITEM.CONT><ITEM.REF>40</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>d)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-assenza ta’ aċċess għall-fajl</ITEM.CONT><ITEM.REF>41</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>e)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>41</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>D –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-danni u r-rabta kawżali</ITEM.CONT><ITEM.REF>42</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Kunsiderazzjonijiet preliminari</ITEM.CONT><ITEM.REF>42</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-dannu materjali u r-rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman</ITEM.CONT><ITEM.REF>43</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>c)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq id-dannu morali u r-rabta kawżali bejn dan id-dannu u l-illegalitajiet imwettqa mill-Ombudsman</ITEM.CONT><ITEM.REF>45</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talbiet għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura u istruttorji u fuq is-sottomissjoni ta’ ilmenti ġodda</ITEM.CONT><ITEM.REF>46</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talbiet li jinsabu fir-replika</ITEM.CONT><ITEM.REF>46</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talbiet magħmula wara l-kontroreplika</ITEM.CONT><ITEM.REF>47</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Introduzzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>47</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Evalwazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>48</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-involviment ta’ membru tad-dipartiment legali tal-Parlament</ITEM.CONT><ITEM.REF>48</ITEM.REF></TOC.ITEM><?PAGE NO="55"?><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-qerda tal-fajl tal-Parlament</ITEM.CONT><ITEM.REF>49</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>c)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-pożizzjonijiet vakanti bejn l-2005 u l-2007</ITEM.CONT><ITEM.REF>49</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>d)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ommissjonijiet fid-dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>pooling<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> tal-<DATE ISO="20070514">14 ta’ Mejju 2007</DATE></ITEM.CONT><ITEM.REF>50</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>e)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-assenza ta’ produzzjoni mill-Parlament tal-lista ta’ kandidati xierqa inkwistjoni fil-verżjoni tagħha ta’ Ġunju 2005 u tan-noti komparattivi tal-klassifikazzjoni u tal-merti tal-kandidati</ITEM.CONT><ITEM.REF>50</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>f)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talba għall-produzzjoni tal-posta elettronika ta’ E.</ITEM.CONT><ITEM.REF>50</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>g)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-talba sabiex E. O’Reilly tissejjaħ sabiex tixhed</ITEM.CONT><ITEM.REF>51</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>51</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>51</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>