European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3120

28.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12014 – STONEPEAK / REPSOL / PECOS RENEWABLES JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3120)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Affiljati ta’ Stonepeak Partners LP (flimkien ma’ kwalunkwe wieħed mill-affiljati tagħha, “Stonepeak”, l-Istati Uniti),

—

Repsol SA (“Repsol”, Spanja),

—

Pecos Renewables North America LLC (“PECOS Renewables”, l-Istati Uniti), li bħalissa hija taħt il-kontroll esklużiv ta’ Repsol (Spanja).

Stonepeak u Repsol se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Pecos Renewables.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Stonepeak hija ditta ta’ investiment alternattiv globali li tispeċjalizza fl-infrastruttura u l-assi reali,

—

Repsol hija attiva fl-industrija taż-żejt u tal-gass tul il-katina tal-valur kif ukoll fl-enerġija rinnovabbli.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Pecos Renewables huma dawn li ġejjin:

—

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku solari u l-ħżin tal-enerġija tal-batteriji fl-Istati Uniti, permezz ta’ erba’ assi tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu fl-Istati Uniti.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12014 – STONEPEAK / REPSOL / PECOS RENEWABLES JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (the “ir-Regolament dwar l-Għaqdiet).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3120/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)