12008E113

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VII: REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet fiskali - Artikolu 113 (ex Artikolu 93 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0094 - 0094


Artikolu 113

(ex Artikolu 93 TKE)

Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta' leġislazzjoni li tittratta dwar taxxi fuq it-turnover, dazji tas-sisa u forom oħra ta' tassazzjoni indiretta daqs kemm din l-armonizzazzjoni tkun neċessarja sabiex tiżgura l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

--------------------------------------------------