European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6457

23.10.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11723 – ONEX / QH / MARS DEBTCO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6457)

1.   

Fis-16 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Onex Corporation (“Onex”, il-Kanada),

—

Qatar Holding LLC (“QH”, il-Qatar),

—

Mars Debtco Limited (“Mars Debtco”, ir-Renju Unit).

Onex u QH se jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mars Debtco kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Onex: kumpanija li tinvesti fis-servizzi industrijali, fil-kura tas-saħħa, fis-servizzi tal-konsumatur u bl-imnut, fis-servizzi finanzjarji u fl-istrateġiji ta’ kreditu privat.

—

QH: kumpanija azzjonarja ta’ investiment globali mwaqqfa mill-Awtorità tal-Investiment tal-Qatar. Tinvesti f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi u reġjuni.

—

Mars Debtco: veikolu bi skop speċjali li jkollu l-ishma kollha f’Farsound Aviation Limited, fornitur ta’ katina tal-provvista globali u tal-loġistika ta’ spare parts żgħar għall-magni tal-inġenji tal-ajru bbażat fir-Renju Unit.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11723 - ONEX / QH / MARS DEBTCO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6457/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)