31987L0355

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1987 li temenda d-Direttiva 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku

Official Journal L 192 , 11/07/1987 P. 0046 - 0047
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0145
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 16 P. 0145
CS.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
ET.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
HU.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
LT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
LV.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
MT.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
PL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
SK.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281
SL.ES Chapter 13 Volume 008 P. 280 - 281


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-25 ta' Ġunju 1987

li temenda d-Direttiva 71/316/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku

(87/355/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ekonomiċi Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta' Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta' kontroll metroloġiku [4], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 87/354/KEE [5], għandu jkun issupplimentat b'disinni ta' l-ittri distintivi E għal Spanja, EL għall-Ġreċja u P għall-Portugall;

Billi huwa meħtieġ ukoll li jkun emendat l-Anness imsemmi biex jinbidel id-disinn ta' l-ittri distintivi IR għall-Irlanda b'IRL,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. Id-disinni msemmija fil-punt 3.2.1 ta' l-Anness II għad-Direttiva 71/316/KEE huma b'dan supplimentati bl-ittri disitintivi E, EL, u P u l-ittri disitintivi IR huma b'dan mibdula b'IRL.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

2. L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 1987. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul il-Lussemburgu, fil-25 ta' Ġunju 1987.

Għall-Kunsill

Il-President

H De Croo

[1] ĠU C 317, ta' l-10.12.1986, p. 8.

[2] Opinjoni mogħtija fid-19 ta' Ġunju 1987 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 150, tad-9.6.1987, p. 4.

[4] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

[5] Ara paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------