|
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 88/72 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IV – il-Qorti tal-Ġustizzja
(2009/191/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0365/2007) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3),
wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li qies ir-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0097/2008),
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lir-Reġistrar tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Ġustizzja għas-sena finanzjarja 2006; |
|
2. |
Jindika l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni ta' hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħhom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-22 ta' April 2008
b'osservazzjonijiet li jiffurmaw parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, Taqsima IV – il-Qorti tal-Ġustizzja
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006 (1),
wara li kkunsidra l-kontabilità annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2006 – Volum I (C6-0365/2007) (2),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-awtorità tal-kwittanza rigward il-verifiki interni mwettqa fl-2006,
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006 u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet verifikati (3),
wara li kkunsidra l-istqarrija ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsdira l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikolarment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regola 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0097/2008),
|
1. |
Jinnota li fl-2006 il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) kellha approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 252 306 372,60 (2005: EUR 232 602 467,74), b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 94,58 %; |
|
2. |
Jinnota li, wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovuti fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja urew rendiment ekonomiku negattiv għas-sena 2006 (EUR 1 529 933) u totali simili għall-attiv u l-passiv (EUR 72 187 617); |
|
3. |
Jinnota b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-ECJ f'Lulju 2007 ta' kodiċi ta' kondotta li japplika għall-Membri u l-ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Ewwel Istanza u t-Tribunal tas-Servizz Ċivili (6), inkluż l-obbligu li titressaq dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja; jenfasizza, madankollu, ir-rikjesta ripetuta tiegħu, fl-interess tat-trasparenza, anki fin-nuqqas ta' rekwiżiti legal fil-preżent, għall-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet konkreti, pereżempju fuq il-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. |
|
4. |
Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li mill-1 ta' Ottubru 2007 nħolqu żewġ unitajiet ta' amministrazzjoni separati (unità tal-verifika interna u unità tal-verifika) b'żewġ kapijiet tal-unità differenti, li ttemm sitwazzjoni kkritikata fis-snin li għaddew kemm mill-ECA kif ukoll mill-Parlament fejn il-kap tas-Servizz tal-Verifika Interna kien responsabbli għal verifika ex-ante tal-operazzjonijiet tal-uffiċjali li jawtorizzaw; |
|
5. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-informazzjoni li tinsab fit-tweġiba tal-ECJ għall-kwestjonarju tar-rapporteur dwar in-natura u l-kontenut eżatt tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifiki interni li twettqu fl-2006 b'effett li l-Awditur Intern tal-ECJ wettaq ħames verifiki speċifiċi u indirizza rakkomandazzjonijiet lis-servizzi kkonċernati (dwar l-organizzazzjoni u l-ġestjoni baġitarja taż-żjarat, dwar il-kuntratti tal-assigurazzjoni, dwar il-proċeduri marbuta mal-istandards minimi tal-kontroll intern, dwar il-ġestjoni tal-ispejjeż tal-ġarr u dwar l-użu tat-telefown); jenfasizza madankollu l-bżonn għall-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet; |
|
6. |
Jesprimi wkoll is-sodisfazzjon tiegħu li, wara l-2005, meta ebda verifiki “ex-post” ma kienu saru, fl-2006 l-verifika interna u l-unità tal-assistenza finanzjarja wettqu verifiki “ex-post” fuq tliet tipi ta' nfiq, primarjament nfiq għad-dokumentazzjoni u l-librerija, il-vetturi kif ukoll it-telekomunikazzjonijiet, li kkonfermaw ir-regolarità u l-konformità tan-infiq osservat; |
|
7. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnaqqis tal-għadd ta' kuntratti nnegozjati, bħala proporzjon tal-għadd ta' kuntratti mogħtija, minn 38 % fl-2005 għal 34 % fl-2006 (b’valur ta' aktar minn EUR 60 000, wara l-emenda tar-Regoli ta' Implimentazzjoni (7) għar-Regolament Finanzjarju); jirrikjedi, madankollu, li jsiru sforzi akbar mill-ECJ sabiex dan il-proporzjon jitnaqqas ulterjorment; |
|
8. |
Jinnota li fil-prattika l-2006 kienet l-ewwel sena ta' attività ġudizzjarja, tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili stabbilit reċentement wara li beda jopera f’Diċembru tal-2005; |
|
9. |
Jinnota li għalkemm l-għadd ta' paġni tradotti żdiedu b“24 % għal 669 668 fl-2006 meta mqabbla mal-2005, l-għadd ta' paġni mibgħuta għat-traduzzjoni baqa” stabbli (645 176 fl-2005 u 642 113 fl-2006), u li x-xogħol b’lura li rriżulta mit-tkabbir tal-2004 tnaqqas, grazzi għall-miżuri meħuda mill-ECJ; |
|
10. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-kritika fir-rapport speċjali Nru 2/2007 tal-ECA dwar in-nefqa fuq il-bini, li l-espert indipendenti, li l-ħatra tiegħu ġiet prevista fil-kuntratt ta' qafas għall-estensjoni tal-bini prinċipali tal-ECJ (il-“Palais”), ma ġiex maħtur mill-bidu u l-kuntratt ta' qafas oriġinali stabbilixxa biss prinċipji ġenerali; |
|
11. |
Jinnota b'sodisfazzjon li l-espert indipendenti (KPMG) ġie finalment maħtur u beda x-xogħol tiegħu ta' monitoraġġ tal-kuntratt u tal-ivverifikar “ex post” tal-kotba tal-kontijiet kollha; jittama li l-baġit inizjali jkun irrispettat u jħeġġeġ lill-ECJ biex tissorvelja mill-qrib l-aspetti kollha marbuta mal-progress tal-proġett permezz tar-regoli ta' implimentazzjoni li jirregolaw il-monitoraġġ; |
|
12. |
Jinnota wkoll b'sodisfazzjon li ġie ffirmat kuntratt ta' xiri bin-nifs (lease-purchase) bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Qorti tal-Ġustizzja li jistipula d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jissaħħaħ il-kuntratt ta' qafas tal-2001 u jipprovdi għall-bejgħ lill-ECJ tal-art li fuqha jinsab il-bini għall-prezz simboliku ta' EUR 1 meta l-ECJ issir il-proprjetarja tal-binjiet; |
|
13. |
Ifakkar li f'punt 35 tar-Rapport Speċjali tiegħu Nru 2/2007 dwar in-nefqa tal-Istituzzjoni fuq il-bini, il-Qorti tal-Awdituri kkummentat kif ġej dwar l-arranġamenti finanzjarji għall-bini tal-estensjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu: “(…) Il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinetx involuta fl-għoti tal-kuntratt u fin-negozjati dettaljati tal-kuntratt – li l-klawsoli u l-għażliet tiegħu ma kinux jaqblu minn qabel – u mhix firmatarja tal-kuntratti ta' ffinanzjar għalkemm hija se ġġarrab l-ispiża finanzjarja (eż. rati ta' interessi, tariffi għall-immaniġġjar). Id-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja eżaminaw il-proċedura li kienet segwita mill-gvern għall-għoti ta' kuntratt dwar l-iffinanzjar tal-proġett u ġibdu l-attenzjoni li kien hemm nuqqas ta' kompetizzjoni xierqa (…)”; Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq, mhux iktar tard minn Lulju 2008, ir-riżultati ta' investigazzjonijiet ulterjuri dwar ksur possibbli tad-Direttivi dwar kuntratti mħabbra b'konnessjoni mal-proġett ta' estensjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-risposta tagħha għall-Mistoqsija bil-miktub E-4016/2007; |
|
14. |
Jiġbed l-attenzjoni li fl-2006 l-għadd ta' uffiċjali u aġenti (membri tal-istaff awżiljari u temporanji, aġenti kuntrattwali) fis-servizz żdied matul din is-sena b’4,8 % għal 1 786; |
|
15. |
Jinnota bi tħassib madankollu, id-diffikultajiet persistenti tal-ECJ biex timpjega staff kwalifikat, kopert mir-Regolamenti tal-Istaff, għal bosta postijiet (primarjament interpreti u speċjalisti tal-IT) fuq il-bażi tal-kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO; |
|
16. |
Jifraħ lill-ECJ għall-inklużjoni ta' kapitolu fir-rapport tal-attivitajiet tagħha li jistabbilixxi s-segwitu matul is-sena għad-deċiżjonijijet ta' kwittanza preċedenti tal-Parlament u r-rapporti tal-ECA; jitlob, madankollu, li din it-taqsima, kif ukoll ir-rapport dwar il-verifiki interni mibgħut mill-ECJ lill-awtorità ta' kwittanza, ikunu aktar dettaljati. |
(2) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 1.
(3) ĠU C 273, 15.11.2007, p. 1.
(4) ĠU C 274, 15.11.2007, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU C 223, 22.9.2007, p. 1.
(7) Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).