|
18.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 274/1 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/276/S
DIRETTUR (grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)
DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-PRESIDENZA — DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL
(2022/C 274 A/01)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Presidenza, id-Direttorat tal-Protokoll, fuq il-bażi tal-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa r-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14 (2). Is-salarju bażiku huwa ta’ EUR 15 590,76 fix-xahar. Ma’ dan is-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa Komunitarja u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regolament dwar il-politika tal-mobilità, li ġie adottat mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibilità kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew u barra minnhom.
2. Post tax-xogħol
Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jaċċetta l-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, bħal pereżempju diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-Direttur Ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ kompetenza tad-Direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni, |
|
— |
tmexxi, tistimula, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti – taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-dipartiment filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ) fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
tippjana l-attivitajiet tad-Direttorat (definizzjoni tal-objettivi u l-istrateġiji) – tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti – tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
tagħti pariri lid-Direttur Ġenerali, lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tagħha, |
|
— |
tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-Istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tagħha, |
|
— |
tiġġestixxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabilitajiet finanzjarji, |
|
— |
twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibilità
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Rekwiżiti ġenerali Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
|
(b) |
Rekwiżiti speċifiċi
|
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista ta’ kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-Kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti se jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imniżżel fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti |
|
— |
approċċ metikoluż |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
it-8 ta’ Awwissu 2022, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf, ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/276/S) u curriculum vitæ fil-format tal-Europass (7), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/276/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (8) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) kif ukoll mir-Regolament (UE, Εuratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) Meta jiġi reklutat, l-uffiċjal jingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(3) Għall-kompiti prinċipali, ara l-Anness.
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja, l-Ungerija u l-Iżvezja.
(5) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(6) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(7) https://europa.eu/europass/
(8) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet.
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
DIRETTORAT ĠENERALI GĦALL-PRESIDENZA
DIRETTORAT TAL-PROTOKOLL
DMIRIJIET PRINĊIPALI
|
— |
Jassisti lill-President u l-korpi politiċi tal-Parlament Ewropew f’dak kollu li jikkonċerna l-attivitajiet relatati mal-protokoll tal-istituzzjoni; |
|
— |
Jiżgura d-direzzjoni, il-koordinament u t-tmexxija tal-unitajiet tad-Direttorat tal-Protokoll; |
|
— |
Joffri assistenza lid-Deputat Segretarju Ġenerali u lid-Direttur Ġenerali għall-Presidenza fl-oqsma tal-protokoll; |
|
— |
Jiżgura r-rappreżentanza tad-Direttorat Ġenerali f’kumitati u laqgħat interni u esterni; |
|
— |
Iwettaq il-funzjonijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
UNITÀ TAŻ-ŻJARAT UFFIĊJALI, TAD-DELEGAZZJONIJIET U TAL-VIŻI
|
— |
Jassisti lill-President u lill-Membri fl-organizzazzjoni ta’ żjarat uffiċjali, żjarat fuq xogħol u d-delegazzjonijiet interparlamentari (organizzazzjoni, programm, akkoljenza, servizzi ta’ VIP, swali protokollari, tribuni diplomatiċi, bnadar, eċċ.); |
|
— |
Jinforma dwar l-akkoljenzi u l-avvenimenti uffiċjali organizzati mill-istituzzjoni; |
|
— |
Jipprovdi assistenza protokollari matul iż-żjarat tad-delegazzjonijiet interparlamentari; |
|
— |
Jassisti lill-Membri u lid-delegazzjonijiet li jżuru lill-Parlament Ewropew għall-kisba tal-viżi; |
|
— |
Jikkoordina r-relazzjonijiet mal-korpi diplomatiċi; iħejji n-noti verbali għall-passes diplomatiċi. |
UNITÀ TAĊ-ĊERIMONJI UFFIĊJALI U TAL-AVVENIMENTI TA’ KORTEŻIJA
|
— |
Jorganizza avvenimenti annwali u puntwali ta’ natura protokollari; |
|
— |
Jiżgura l-ġestjoni tar-rigali uffiċjali offruti f’isem il-Parlament Ewropew mill-President u r-rappreżentanti uffiċjali tagħha; |
|
— |
Jorganizza ċerimonji tal-għoti ta’ midalji lill-Membri uxxenti u lill-membri tal-persunal li taw bejn 15 u 25 sena servizz fi ħdan il-Parlament Ewropew; |
|
— |
Jassisti lill-persunal tal-PE għat-tħejjija tal-irtirar tagħhom (riċevimenti tat-tluq, rigal istituzzjonali); |
|
— |
Jippjanifika, jorganizza u jiġġestixxi l-organizzazzjoni ta’ kunċerti fi “Ġnien iċ-ċittadini” fi Brussell u waqt l-avvenimenti uffiċjali; |
|
— |
Jabbozza l-obitwarji għall-Membri. |