7.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10417 — D’Ieteren/Wehold/TVH Parts)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 358/05)

1.   

Fil-25 ta’ Awwissu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

D’Ieteren Group SA/NV (“D’Ieteren”, il-Belġju),

—

Wehold S.à.r.l. (“Wehold”, il-Lussemburgu),

—

TVH Parts Holding NV (“TVH Parts”, il-Belġju), ikkontrollata minn Wehold u Quva S.à.r.l.

D’Ieteren u Wehold jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TVH Parts.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

D’Ieteren: attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha, fid-distribuzzjoni tal-karozzi, fit-tiswija u l-bdil tal-ħġieġ tal-karozzi, fil-ġestjoni tal-proprjetà immobbli u fil-bejgħ ta’ notebooks u għodda oħra tal-ktiba.

—

Wehold: kumpanija azzjonista għall-ishma tal-familja Thermote f’TVH Parts u f’ċerti kumpaniji oħra tal-portafoll.

—

TVH Parts: kumpanija azzjonista tat-TVH Group, attiva fid-distribuzzjoni ta’ spare parts għall-ġarr tal-materjal, makkinarju tal-kostruzzjoni, dak industrijali u agrikolu, kif ukoll fil-provvista ta’ servizzi tal-manifattura u t-tiswija għal numru limitat ta’ spare parts u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ servizz ta’ strument tal-intraċċar għall-ġestjoni tal-flotta tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10417 — D’Ieteren/Wehold/TVH Parts

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.