14.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2206

tal-11 ta’ Novembru 2022

li tistabbilixxi l-mudell tar-rappurtar għar-rapporti annwali lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-Istati Membri dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 54(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862 jistabbilixxu regoli ġodda dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen. Ir-Regolamenti l-ġodda jżidu l-effettività u jsaħħu l-effiċjenza teknika u operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u jestendu l-użu tagħha billi jintroduċu kategoriji u funzjonalitajiet ġodda ta’ allert. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxa tip ġdid ta’ allert dwar ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2018/1861 jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-Regolament (UE) 2018/1862 jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE. Il-fatt li l-bażi ġuridika għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tikkonsisti fi strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tikkostitwixxi sistema waħda ta’ informazzjoni li għandha topera bħala tali.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), flimkien mar-Regolamenti (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, jistabbilixxu d-drittijiet tas-suġġetti tad-data rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom b’rabta mal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif ukoll il-proċeduri għall-eżerċitar ta’ tali drittijiet.

(4)

L-awtoritajiet superviżorji indipendenti nazzjonali msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2016/679 jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri b’rabta mal-użu tagħhom tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

(5)

F’konformità mar-Regolamenti (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont mudell li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li r-rapporti annwali mill-Istati Membri jipprevedu ħarsa ġenerali konsistenti tal-funzjonament tar-rimedji disponibbli għas-suġġetti tad-data, jenħtieġ li l-mudell jistabbilixxi d-data li għandha tinġabar skont ir-Regolamenti (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862, dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-data personali tagħhom maħżuna fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, kif ukoll dwar rimedji quddiem il-qrati nazzjonali u r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi.

(7)

Bis-saħħa tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2018/1860, l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 huwa applikabbli wkoll għall-allerti dwar ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jinkludu wkoll fir-rapporti annwali tagħhom lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data rigward dik il-kategorija ta’ allerti.

(8)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1861 u r-Regolament (UE) 2018/1862 u ma hijiex marbuta bihom jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. Madankollu, minħabba li r-Regolament (UE) 2018/1861 u r-Regolament (UE) 2018/1862 jimxu fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, fis-26 ta’ April 2019 innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1861 u r-Regolament (UE) 2018/1862 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għaldaqstant, id-Danimarka hija marbuta bid-dritt internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(9)

L-Irlanda qiegħda tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni sa fejn tikkonċerna r-Regolament (UE) 2018/1862, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (6), moqri flimkien mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1745 (7).

(10)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-Istati mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis (8) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (G) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (9).

(11)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (10), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (G), tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (11) u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (12).

(12)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (13), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (G), tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (14) u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (15).

(13)

Fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, jew huwa altrimenti marbut miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, u jenħtieġ li tinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE (16) u (UE) 2018/934 (17).

(14)

Fir-rigward tal-Kroazja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew huwa altrimenti marbut miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011, u jenħtieġ li tinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 (18).

(15)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew huwa altrimenti marbut miegħu, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.

(16)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u ta l-opinjoni tiegħu fil-11 ta’ Lulju 2022,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 għandha tingħata skont il-mudell stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14.

(2)   ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1745 tat-18 ta’ Novembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar il-protezzjoni tad-data u dwar l-implimentazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-Irlanda (ĠU L 393, 23.11.2020, p. 3).

(8)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(10)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(13)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(14)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

MUDELL GĦAR-RAPPORT ANNWALI LILL-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-DATA SKONT L-ARTIKOLU 54(3) TAR-REGOLAMENT (UE) 2018/1861 U L-ARTIKOLU 68(3) TAR-REGOLAMENT (UE) 2018/1862

Għandu jiġi pprovdut annwalment minn kull Stat Membru sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena inkwistjoni.

Id-data għandha tiddaħħal f’tabella li jkun fiha l-istruttura u l-kampijiet tad-data li ġejjin.

RAPPORT ANNWALI

Lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità ma’:

L-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862

Stat Membru:

Perjodu ta’ rapportar skont is-sena kalendarja:

Talbiet għal aċċess kkompletati  (1)

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1860

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1861

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1862

L-ebda allert dwar l-applikant fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS)

1a.

L-għadd ta’ talbiet għal aċċess ippreżentati lill-kontrollur tad-data

 

 

 

 

1b.

L-għadd ta’ każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data  (2)

 

 

 

 

2a.

L-għadd ta’ talbiet għal aċċess ippreżentati lill-awtorità superviżorja (3)

 

 

 

 

2b.

L-għadd ta’ każijiet fejn ikun ingħata aċċess għad-data  (4)

 

 

 

 

Talbiet għal rettifika kkompletati  (5)

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1860

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1861

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1862

L-ebda allert dwar l-applikant fis-SIS

3a.

L-għadd ta’ talbiet għal rettifika ta’ data mhux preċiża ppreżentati lill-kontrollur tad-data

 

 

 

 

3b.

L-għadd ta’ każijiet fejn id-data tkun ġiet rettifikata

 

 

 

 

4a.

L-għadd ta’ talbiet għal rettifika ta’ data mhux preċiża ppreżentati lill-awtorità superviżorja (6)

 

 

 

 

4b.

L-għadd ta’ każijiet fejn id-data tkun ġiet rettifikata (Fakultattiv  (7))

 

 

 

 

Talbiet għal tħassir permanenti kkompletati  (8)

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1860

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1861

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1862

L-ebda allert dwar l-applikant fis-SIS

5a.

L-għadd ta’ talbiet għal tħassir permanenti ta’ data maħżuna illegalment ippreżentati lill-kontrollur tad-data

 

 

 

 

5b.

L-għadd ta’ każijiet fejn id-data tkun tħassret b’mod permanenti

 

 

 

 

6a.

L-għadd ta’ talbiet għal tħassir permanenti ta’ data maħżuna illegalment ippreżentati lill-awtorità superviżorja (9)

 

 

 

 

6b.

L-għadd ta’ każijiet fejn id-data tkun tħassret (Fakultattiv  (10))

 

 

 

 

 

Kawżi l-qorti magħluqa  (11)

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1860

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1861

Allert dwar is-suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2018/1862

7a.

L-għadd ta’ proċedimenti tal-qorti mibdija

 

 

 

7b.

L-għadd ta’ każijiet fejn il-qorti tkun qatgħet il-kawża favur ir-rikorrent

 

 

 

 

Jekk jogħġbok inkludi kwalunkwe osservazzjoni dwar każijiet ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet finali mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra dwar allerti mdaħħla mill-Istat Membru emittenti

(Jekk jogħġbok żid linji kemm hemm bżonn.)

L-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861

L-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862

1.

 

1.

 

2.

 

2.

 

3.

 

3.

 


(1)  Jekk jogħġbok inkludi biss każijiet li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni finali fis-sena kalendarja inkwistjoni, anki jekk it-talba tkun ġiet ippreżentata f’sena preċedenti.

(2)  Jekk jogħġbok inkludi l-għadd totali kemm tal-aċċess sħiħ mogħti kif ukoll tal-aċċess parzjali mogħti u żid l-għadd ta’ aċċess parzjali mogħti fil-parentesi. Huwa fakultattiv li jiġi pprovdut l-għadd separat dwar l-aċċess parzjali.

(3)  Talbiet għal aċċess f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

(4)  Jekk jogħġbok inkludi l-għadd totali kemm tal-aċċess sħiħ mogħti kif ukoll tal-aċċess parzjali mogħti u żid l-għadd ta’ aċċess parzjali mogħti fil-parentesi. Huwa fakultattiv li jiġi pprovdut l-għadd separat dwar l-aċċess parzjali.

(5)  Jekk jogħġbok inkludi biss każijiet li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni finali fis-sena kalendarja inkwistjoni, anki jekk it-talba tkun ġiet ippreżentata f’sena preċedenti.

(6)  Talbiet għal aċċess f’konformità mal-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

(7)  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimlew jew ma jimlewx il-kampijiet tad-data mmarkati b’“Fakultattiv” peress li din id-data mhijiex elenkata fost id-data li għandha tiġi rrapportata lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 jew l-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862.

(8)  Jekk jogħġbok inkludi biss każijiet li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni finali fis-sena kalendarja inkwistjoni, anki jekk it-talba tkun ġiet ippreżentata f’sena preċedenti.

(9)  Talbiet għal aċċess skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva (UE) 2016/680.

(10)  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jimlew jew ma jimlewx il-kampijiet tad-data mmarkati b’“Fakultattiv” peress li din id-data mhijiex elenkata fost id-data li għandha tiġi rrapportata lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 jew l-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862.

(11)  Jekk jogħġbok inkludi biss każijiet li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni finali fis-sena kalendarja inkwistjoni, anki jekk it-talba tkun ġiet ippreżentata f’sena preċedenti.